Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #24623 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24353 u għar-risposta relattiva, peress li l-avukati ta' Għawdex għandhom bżonn computer li jaħdem fil-kamra ta' l-avukati fil-qorti ta' Għawdex, tista' l-Ministru tara li jiġi fornut computer li jaħdem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-kamra allokata għall-avukati hemm diġa’ computer li jaħdem.
Leg 10 PQ #24456 Sitting 509 2007-03-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Rabat

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24132 dwar it-Triq Rabat, San Lawrenz, tista' issa tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jien infurmata li ma kienx hemm prezzijiet li nbidlu wara li ntrebħet l-offerta u li l-ispejjeż tax-xogħol skond kif kienu aċċettati meta ngħatat l-offerta kienu jammontaw għal Lm 1,885,043 u l-ispejjeż ta' l-ewwel fażi jammontaw għal Lm 2,214,067.
Leg 10 PQ #24457 Sitting 509 2007-03-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq ir-Rabat

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24134 dwar Triq ir-Rabat, San Lawrenz, tista' issa tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-iskeda bil-kwantitajiet oriġinali ġiet annessa mar-risposta parlamentari numru 23409. L-iskeda bil-kwantitaijiet il-ġodda qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24458 Sitting 509 2007-03-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Shift allowance

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati skond l-grad tagħhom li kellhom shift allowance fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 ' l hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mog]tija fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24461 Sitting 509 2007-03-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skola Ninu Cremona

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24146 dwar kumpless fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona, rigward il-miżuri ta' sigurta' għat-tfal fejn hija qalet li se ssir triq ġdida aċċessibbli għat-trasport ta' l-istudenti biex dawn jitwasslu u jittieħdu quddiem il-bieb ta' l-iskola. Tista' l-Ministru tgħid kif dawn il-miżuri se joffru sigurta' lil dawk l-istudenti li ma jużawx it-trasport għall-iskola bħalma huma t-tfal tar-Rabat u minn rħula viċin, kif ukoll studenti oħra mill-irħula li jibqgħu r-Rabat wara l-iskola biex imorru għal lezzjonijiet tal-privat jew għal xi raġuni oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-mizuri ta' sigurta' imsemmija fil-mistoqsija huma dawk l-istess mizuri applikabbli illum f'kull skola f'Malta u Għawdex.
Leg 10 PQ #24450 Sitting 508 2007-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skola Ninu Cremona

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24146 dwar kumpless fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona, tista' l-Ministru tgħid: Meta hu mistenni li jitlesta l-ewwel fażi tal-proġett? X'inhi l-istima ta' l-ispejjeż fuq l-ewwel fażi? Meta hu mistenni li jitlesta u jibda jiffunzjona l-proġett tal-Qorti ġdid? Kemm hu mistenni li jiswa? Meta hu mistenni li jitlesta l-proġett tat-tieni fażi tal-parkeġġ? Kemm hu mistenni li jiswa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru Konċernat. Fir-rigward tal-proġett il-ġdid tal-Qorti f’Għawdex, nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li dan il-proġett għadu fi stadju ta’ ippjanar u għalhekk m’hinix f’pożizzjoni li nista’ nirrispondi għalissa.
Leg 10 PQ #24452 Sitting 508 2007-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Triq San Lawrenz

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23411 dwar Triq San Lawrenz, Rabat, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ispejjeż fuq xogħol relatat mat-triq li ma kienx inkluż fl-istima oriġinali jammonta għall-Lm 187,056 filwaqt li l-ispiża ta' xogħol li ma kienx inkluż fl-istima oriġinali relatat ma servizzi jammonta għal Lm 211,963.
Leg 10 PQ #24453 Sitting 508 2007-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Trasferiment ta' ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema mal-ministeru tagħha mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? X'inhu l-grad tagħhom? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? X'xogħol qed jagħmlu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jispeċifika l-perijodu li fih saru t-trasferimenti msemmija.
Leg 10 PQ #24454 Sitting 508 2007-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku skond il-grad fil-ministeru tagħha? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? Kemm hemm impjegati li mhumiex fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku u qed jagħmel xogħol tas-servizz ġenerali? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? X'xogħol qed jagħmlu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li din il-mistoqsija tieħu ħafna xogħol biex l-informazzjoni tiġi miġbura, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini raġuni valida għaliex qigħed jitlobha.
Leg 10 PQ #24455 Sitting 508 2007-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Taqsima tax-Xogħlijiet Pubblici — Watchman

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm/kien hemm mpjegati jagħmlu xogħol ta' watchman fit-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sal-aħħar tal-2006 u fl-aħħar ta' Frar 2007? X'kien/x'inhu l-grad tagħhom? Liema huma s-siti li qed jindokraw? Jekk hemm relievers pool, kemm hemm nies fiha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ħaddiema li kienu jew qiegħdin jagħmlu xogħol ta’ watchman minn 1999 sal-aħħar ta’ Frar 2007 huma kif jidher fl-iskeda li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra u li fl-aħħar ta’ Frar 2007 kien hemm relievers pool ta’ tnax-il ħaddiem li huma nklużi fit-totali fl-iskeda msemmija. Jiena nfurmata wkoll li s-siti li qiegħdin jiġu mgħassa bħalissa minn dawn il-ħaddiema huma kif jidher hawn taħt: · Ċittadella –Postijiet fejn ikun qiegħed isir xogħol ta’ restawr · Korsa taż-Żwiemel ta’ Xħajma · Ċentru Amministrattiv Victoria · Imħażen tal-Fergħa tax-Xogħolijiet Victoria · Shooting Range fiż-Żebbuġ · Depot tal-Fergħa tax-Xogħolijiet fix-Xagħra · Imħażen tal-Fergħa tax-Xogħolijiet Pubbliċi fix-Xewkija · Workshops tal-Fergħa tax-Xogħolijiet fix-Xewkija
Leg 10 PQ #24521 Sitting 508 2007-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fil-Biċċerija ta' Għawdex? Din il-Biċċerija qegħda tiffunzjona bħalissa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23865.
Leg 10 PQ #24522 Sitting 508 2007-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-ħruġ tad-duħħan miċ-ċumnija ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jaffettwax b'xi mod jew ieħor il-hyperbaric unitli ġiet installata? X'effett qed ikollu u x'passi qed jittieħdu biex jiġi ndirizzat dan l-effett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru għal Għawdex qabbad espert biex jistudja jekk iċ-ċumnija ta' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex hux qed ikollha effett fuq ir-recompression chamber li għadha kif ġiet stallata. Bħalissa qed isiru t-testijiet meħtieġa.
Leg 10 PQ #24228 Sitting 507 2007-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riżenji ta' chairmen

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha sservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtha li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Tista' tagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li m’hemmx kumitati u bordijiet statutorji kif ukoll korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 10 PQ #24353 Sitting 506 2007-03-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tara li l-kamra li ġiet allokata fil-bini tal-Qorti ta' Għawdex għall-avukati tiġi fornuta b'computer?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-kamra allokata għall-avukati diġa' hemm computer.
Leg 10 PQ #24350 Sitting 505 2007-03-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Artisti Għawdxin

Question

Tista' l-Ministru tgħid u telenka l-għajnuniet li ngħataw lill-artisti Għawdxin f'dawn l-aħħar ħames snin u tindika min huma l-artisti u l-għajnuniet rispettivi li ngħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24351 Sitting 505 2007-03-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq ta' San Lawrenz

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-periti li kienu nkarigati mill-istudju dwar l-ipproġettar tat-Triq ta' San Lawrenz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-disinn tat-triq, il-pjanti, d-dokumenti tat-tender kif ukoll l-applikazzjoni għall-permess tal-MEPA saru mill-Periti tan-'Network Infrastructure Directorate' fi ħdan l-Awtorita dwar it-Transport.
Leg 10 PQ #24153 Sitting 504 2007-03-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Inċentivi għall-industrija

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23721 dwar inċentivi għall-industrija f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħidli kull waħda mis-17-il talba li hemm pendenti għall-approvazzjoni tal-Malta Enterprise meta waslet għand il-Malta Enterprise?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba diġa' ngħatat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 23870.
Leg 10 PQ #24157 Sitting 504 2007-03-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23405 tat-30 ta' Jannar 2007 dwar tenders għal xogħlijiet f'Għawdex li ngħataw lill-Road Construction Ltd., tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Malli l-informazzjoni kollha tkun miġbura, din titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24082 Sitting 503 2007-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Hyperbaric unit

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ġie stallat il-hyperbaric unit fl-isptar ġenerali ta' Għawdex? Xi problemi rriżultawlu biex jibda jaħdem mill-ewwel? Meta hu mistenni jibda jaħdem u jintuża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ir-Recompression Chamber fil-Hyperbaric Unit ġiet stallata matul ix-xahar ta' Novembru 2006. Ir-raġuni għaliex dan għadu ma' bediex jagħti servizz huwa minħabba sitwazzjoni relatata mad-deployment ta' personnel li ħadu t-taħrig biex jiġu rilaxxati minn taqsimiet oħra fl-isptar għal dan il-Unit. Din qed tiġi indirizzata biex dan il-unit jibda jiffunzjona mill-aktar fis possibli.
Leg 10 PQ #24083 Sitting 503 2007-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qasam ta' l-għaddasa

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjan għall-qasam ta' l-għaddasa f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.