Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #25044 Sitting 516 2007-04-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Qabda ta' ħut

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-qabda tal-ħut lokali reġistrata fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta xahar b'xahar separatament? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-mistoqsija tikkonċerna l-Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #24812 Sitting 515 2007-04-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24522, tista' l-Ministru tgħid fiex waslu t-testijiet imsemmija? Jekk tlestew, tista' tgħid x'irriżulta minnhom? Jekk ma tlestewx, meta se jitlestew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

It-Testijiet imsemmija f'Mistoqsija Parlamentari Numru 24522 għadhom għaddejjin. Dawn jiddependu fuq numru ta' fatturi fosthom kundizzjonijiet atmosferiċi differenti li taħthom iridu jsiru it-testijiet u għaldaqstant nassigura lill-Onorevolli Nterpellant li dawn it-testijiet ser jitlestew fl-iqsar żmien possibli.
Leg 10 PQ #24501 Sitting 514 2007-04-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bordijiet/Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx bordijiet statutorji jew kummissjonijiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 10 PQ #24939 Sitting 514 2007-04-17 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile Phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar? Tista' tgħid jekk l-uffiċjali intitolai għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, tista' tgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24476 Sitting 513 2007-04-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Qasam Industrijali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Malta Industrial Parks rispettivament f'dan il-qasam kull sena mill-2004 sal-2006?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fis-snin 2004 u 2005 sar upgrading tal-bini tal-fabbrika GGX 005B mill Ministeru għal Għawdex. Dwatr il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, peress li l-Qasam Industrijali tax-Xewkija huwa amministrat mill-Malta Industrial Parks nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Minisitru konċernat.
Leg 10 PQ #24480 Sitting 513 2007-04-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Trattament tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa biex jiġi prokurat l-apparat/makkinarju għall-proġett tat-trattament tad-drenaġġ? Meta mistenni li jkun ikkummissjonat dan l-apparat/makkinarju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-akkwist u l-istallazjoni tal-apparat u makkinarju meħtieġ fl-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex jagħmel parti mit-tender globali għal dan il-proġett u għalhekk jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-kuntrattur li rebaħ dan it-tender. Dan l-apparat għandu jkun kummissjonat flimkien mal-kumplament tal-impjant fi tmiem il-fażi ta’ kostruzzjoni tal-proġett.
Leg 10 PQ #24481 Sitting 513 2007-04-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skola Sekondarja Subien — Parkeġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn se jkun/u d-dħul għall-parkeġġ tal-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat? Jekk il-parkeġġ hux se jkun immexxi mill-privat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #24476 Sitting 511 2007-03-27 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Qasam Industrijali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Malta Industrial Parks rispettivament f'dan il-qasam kull sena mill-2004 sal-2006?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #24477 Sitting 511 2007-03-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Heliport — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid: Kemm kien hemm impjegati tal-Ministeru jaħdmu fil-ħeliport fil-bidu ta' kull xahar minn Settembru 2006 sal-lum? X'inhu l-grad tagħhom? X'xogħol kien qed jagħmel kull wieħed minnhom matul dan il-perjodu? X'ħinijiet jaħdem kull wieħed minnhom? X'xift għandu kull wieħed minnhom? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern kull xahar għal kull wieħed minnhom biex tħallsu l-pagi, l-allowances, l-bonuses u l-kontribuzzjonijiet tas-Servizzi Soċjali tiegħu/tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24479 Sitting 511 2007-03-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Cittadella — Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21164 li tatni fis-16 ta' Ottubru, 2006 dwar xogħlijiet fic-Cittadella fejn għarrfitni li kienet qed tiġbor l-informazzjoni li tlabtha u li kienet se tagħtini risposta f'xi seduta oħra, tista' issa l-Ministru tgħidli għaliex wara 5 xhur għadha ma tatnix l-informazzjoni li tlabtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24480 Sitting 511 2007-03-27 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Trattament tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa biex jiġi prokurat l-apparat/makkinarju għall-proġett tat-trattament tad-drenaġġ? Meta mistenni li jkun ikkummissjonat dan l-apparat/makkinarju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #24481 Sitting 511 2007-03-27 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skola Sekondarja Subien — Parkeġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn se jkun/u d-dħul għall-parkeġġ tal-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat? Jekk il-parkeġġ hux se jkun immexxi mill-privat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #24403 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra..
Leg 10 PQ #24470 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Skola Sekondarja tas-Subien

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tlestewx l-pjanti tal-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola Sekondara tas-Subien fir-Rabat? Jekk saru, tista' tpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra? Sar Environmental Impact Assessment? Saret applikazzjoni lill-MEPA għal dan il-proġett? Jekk saret, meta saret u x'inhu n-numru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #24471 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Skola Sekondarja

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk it-track ta' 200 metru għall-atletika li se tkun imdaħħla fil-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat hijiex se tkun ġewwa jew barra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #24472 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skola Sekondarja Subien — Tender

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li joħroġ it-tender għall-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #24473 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skola Sekondarja Subien

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li tkun l-ispiża rispettiva: għall-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat għall-bini tal-parkeġġ li se jinbena taħtha għall-bini ta' track għall-atletika għall-pitch tal-football?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #24474 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Taħwil ta' siġar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħawlu siġar mill-Ministeru tagħha f'Għawdex kull sena lokalita' b'lokalita' mill-1999 'l hawn skond it-tip tas-siġar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #24570 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile Phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtha? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24599 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 23272 u tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tagħha, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.