Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma nxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru għal Għawdex jew fid-dipartimenti li jaqgħau taħtu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ ta' magħlef lokali reġistrat matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfrumata li ma tinżammx statistika tal-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-faqqiegħ matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika fl-ewwel tlett xhur tas-Sena 2003 inbiegħu 9 tunnellati ta' faqqiegħ prodott Għawdex miċ-Ċentri tal-pitkalija. Jiena nfurmata wkoll li ma inżammetx statistika għas-snin oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-ħaxix frisk matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika l-bejgħ ta' ħaxix frisk prodott Għawdex, miċ-Ċentri tal-Pitkalija fl-ewwel tlett xhur ta' kull sena huwa kif jidher fl-iskeda ta' hawn taħt:
Sena Tunnellaġ
2003 943
2004 972
2005 817
2006 713
L-informazzjoni għas-sena 2007 tingħata aktar 'il-quddiem f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-frott frisk matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika l-bejgħ ta' frott frisk prodott
Għawdex, miċ-Ċentri tal-Pitkalija fl-ewwel tlett xhur ta' kull sena huwa kif jidher fl-iskeda ta' hawn taħt:
Sena Tunnellaġ
2003 132
2004 76
2005 247
2006 153
L-informazzjoni għas-sena 2007 tingħata aktar 'il quddiem f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-bankina li hemm fin-Nadur, Għawdex int u niżel min-Nadur lejn ir-Rabat, bl-isem Rabat Road, f'Tax-Xħajma, Nadur, Għawdex qiegħda ngumbrata b'diversi mbarazz u ġebel fuqha b'tali mod u manjiera li l-pedestrian huwa espost għal perikli kbar bit-traffiku għaddej mill-istess lokalita'?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma jirriżultax li hemm imbarazz u ġebel li qiegħed jingombra l-bankina fit-triq imsemmija.
B'referenza għat-tender nru. advt. no. 9/2006, tista' l-Ministru tgħid kemm tenders intefgħu? Minn min? Kemm kienet l-offerta ta' kull offerent? Min ħa t-tender u x'kienu l-kriterji għal dan l-għażla?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li intefgħu dawn it-tliet offerti għat-tender Advert Nru 9/2006:
Eagle Security System Lm 1977
Vss Ltd Lm 2492.63
Alberta Ltd Option 1 Lm 3222
Option 2 Lm 1414.42
L-offerta ingħatat lil VSS Ltd peress li l-Bord ta' l-Evalwazzjoni sab li kienet l-irħas tender li kienet konformi mal-kriterji mitluba fit-tender.
Ninsab infurmata wkoll li wieħed mill-kuntratturi talab spjegazzjoni għaliex it-tender tiegħu ġiet imwaqqa' u bħalissa din it-talba qed tiġi imwieġba.
Tista' l-Ministru tgħid minn meta beda jintuża l-NGO centre biex isiru s-seduti għat-tribunal lokali? Inoltre tista' tgħid jekk sarux xi xogħlijiet fil-premises biex ikun jista' jilqa' lill-pubbliku għal dawn is-seduti? Jekk fl-affermattiv tista' tgħid x'kienu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-permess biex jibda jintuża l-NGO centre biex isiru s-seduti għat-tribunal lokali ingħata fit-12 ta' Jannar 2008.
Ix-xogħol li sar dan l-aħħar kien jinkludi tibdil ta' madum.
Tista' l-Ministru tgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew entitagħha qabeż is-ceilingallokat għal mobilemarbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ma kien hemm l-ebda każ ta' xi uffiċċjali mill-Ministeru għal Għawdex jew minn xi dipartimenti li jaqgħu taħtu li qabeż ic-ceiling allokat għall-mobile marbut mal-pożizzjoni tieghu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam frisk taċ-ċanga matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni tal-laħam frisk taċ-ċanga matul l-ewwel tlett xhur tas-sena hija stmata li kienet ta' 109 tunnellati filwaqt li l-produzzjoni għall-isetess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin hi stmata li kienet kif ġej:-
Sena Tunnellati
2002 77
2003 136
2004 90
2005 85
2006 86
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam abjad tal-fenek matul l-ewwel tliett xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma tinżamx statistika tal-produzzjoni tal-laħam tal-fenek
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il litru ta' produzzjoni lokali ta' ħalib frisk ġie reġistrat matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni ta' ħalib frisk reġistrat f'Għawdex matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2007 kienet ta' 2,963,467 litru; filwaqt li fl-istess perijodu għall-ahhar ħames snin ta' qabel hu kif gej:-
Sena Litri
2002 2,720,210
2003 2,642,931
2004 2,675,852
2005 2,816,148
2006 2,935,739
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali ta' bajd frisk matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni lokali ta' bajd frisk reġistrat f'Għawdex matul l-ewwel tliet xhur tas-sena kienet ta' 2,830,500 bajda; fil-waqt li l-produzzjoni ghall-istess perijodu għas-snin ta' qabel hija kif ġej:-
Sena Bajd
2003 3,534,390
2004 2,409,450
2005 2,417,370
2006 2,273,820
Ministru għal Għawdex — Delegazzjonijiet ministerjali
Question
Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxiet delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, tista' tgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tagħha, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, jiena mexxejt żewġ delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż, f'pajjiżi ohra fejn ma toperax l-Air Malta.
Il-Biljetti li nxtraw bħala 'connection flight ticket' inqatgħu mingħand l-SMS u A&V Brockdorff Services Ltd., għall-prezz ta' Lm 546,00 u Lm 392,17 rispettivament.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam abjad tat-tiġieġ matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni ta' laħam tat-tiġieġ f'Għawdex matul Jannar u Frar ta' din is-sena hija ta' 249 tunnellati Live weight (l-informazzjoni għal-Marzu 2007 qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra) .
Jiena nfurmata wkoll li l-produzzjoni ta' dan il-laħam għall-perjodu tal-ewwel tlett xhur tal-aħħar snin minn meta bdiet tnżamm l-istatistika kienet kif jidher fl-iskeda annessa:
Sena Tunnellati (live weight)
2006 215
2005 305
2004 341
2003 725
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam frisk tal-majjal matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni ta' laħam tal-majjal f'Għawdex matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena u għall-istess perjodu tal-aħħar ħames snin huwa kif jidher hawn taħt:
Sena Tunnellati
2007 110
2006 107
2005 123
2004 125
2003 131
2002 117
Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jingħataw mill-Gvern f'Għawdex lill-persuni li huma vittmi ta' anorexia u bulimia?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-persuni li jbatu minn anorexia jew bulimia f'Għawdex tingħatalhom kura fis-sezzjoni tal-Psikjatrija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Din il-kura tkun bħala out-patient jew in-patient skond is-severita' tal-każ. F'dawn il-każijiet huwa komuni li jkollhom problemi fiżiċi, li huma parti mill-kundizzjoni. F'dak il-każ il-kura issir b'kollaborazzjoni mad-dipartiment tal-Pedjatrija jew tal-Mediċina, skond l-eta' tal-pażjent/a. Il-kura li tingħata f'Għawdex hija ġenerika, u meta il-każ ikun sever u jirrikjedi iktar kura intensiva, dan jiġi riferut għal aktar kura f'Malta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha li ġiet istallata d-decompression chamber f'Għawdex? Meta se tibda tiffunzjona? Kemm se jkollha persuni jmexxuha? X'taħriġ qed isir għal dawn il-persuni biex ikunu jistgħu joperawha? Hemm xi pjan biex iċ-chamber tibda tintuża għal hyperbaric therapy u mhux għall-għaddasa biss?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant diġa' ngħatat f'diversi risposti mogħtija minni.
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jirreferi għar-risposti mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numru 24082, 24522, u 23844.
Ministeru għal Għawdex — Lista ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu, ma għamlux uzu minn aġenziji ta' reklamar fis-sena 2005.
Rigward is-sena 2006, nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlmentari Numru 21401.