Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid biex id-diviżjoni tal-Proprjeta' tal-Gvern tintervjeni bejn problemi ta' ġirien jgħixu f'post tal-Gvern, bħal binjiet ta' parti komuni?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega aħjar id-domanda tiegħu.
Fid-dawl ta' diversi ilmenti mingħand ir-residenti ta' Triq il-Qronfol, San Ġwann dwar żgħażagħ vandali li spiss jinġabru bil-lejl fl-inħawi tar-residenzi tagħhom kif ukoll tal-pjazzetta li hemm qrib din it-triq, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsiru rondi aktar frekwenti mill-pulizija minħabba r-regolarita' li bihom qed isir dan il-ksur tal-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm dan il-ksur ta' liġi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Ġustizzja u l-Intern — Telefonati minn linji fissi
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Ministru jgħid mis-sena 2000, sena b'sena sal-lum, kemm xtara art il-Gvern ta' Malta? Kemm hi l-kobor ta' din l-art kollha f'daqqa? Kemm hu l-valur globali? Kemm ħallas s'issa biex din inxtrat? Għal liema użu inxtrat?
Response (BORG, TONIO)
Mill-1 ta’ Jannar 2000 sal-5 ta’ April 2007 il-kobor ta’ l-art, il-valur globali u l-ammont totali mħallas huwa kif ġej:
SenaArea*
(m2)Valur Globali
(Lm)
2000120,9445,286,863
2001191,8143,952,966
200243,0092,256,296
2003109,7852,305,807
2004116,0995,173,804
2005194,3966,319,205
2006157,8072,746,773
2007127,5342,508,149
Nota: * Dawn l-ammonti ma jinkludux l-area ta’ fondi li ġew akkwistati u li l-kejl tagħhom mhux magħruf.
L-art akkwistata mill-Gvern kellha diversi użu għall-skopijiet pubbliċi, fosthom għall-kostruzzjoni u twessiegħ ta’ toroq, bini ta’ skejjel, akkomodazzjoni soċjali etc.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mis-sena 2000, sena b'sena sal-lum, kemm biegħ art il-Gvern ta' Malta? Kemm hi l-kobor ta' din l-art kollha f'daqqa? Kemm hu l-valur globali? Għal liema użu nxtrat?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għal perijodu li jkopri s-sena 2000 sas-sena 2005 ingħatat fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21839.
Ninsab infurmat illi għas-sena 2006, il-valur globali ta' l-art mibjugħa kien ta' Lm8,101,881.20, waqt li l-kobor ta' din l-art kollha f'daqqa kien ta' 61,010 metri kwadri. Din il-figura ma tinkludix l-area ta' fondi li ġew mibjugħa u li l-kejl tagħhom mhux magħruf.
Infurmat ukoll illi sad-29 ta' Marzu 2007, il-valur globali ta' l-art mibjugħa kien ta' Lm990,116 waqt li l-kobor ta' din l-art kollha f'daqqa kien ta' 5,375 metri kwadri. Dan l-ammont ma jinkludix l-area ta' fondi li ġew mibjugħa u li l-kejl tagħhom mhux magħruf.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern ta' Malta mill-kera tad-djar abitati li tagħhom il-Gvern hu s-sid, mis-sena 2000, sena b'sena sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' flus li l-Gvern daħħal mill-kirjiet tad-djar abitati li tagħhom il-Gvern hu s-sid huwa kif ġej:
Sena Ammont
2000 Lm571,401
2001 Lm557,990
2002 Lm596,564
2003 Lm615,923
2004 Lm657,185
2005 Lm648,509
2006 Lm621,452
2007 Lm151,607*
*sas-27 ta' Marzu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern ta' Malta mill-kera ta' ħwienet li tagħhom il-Gvern hu s-sid, mis-sena 2000, sena b'sena sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' flus li l-Gvern daħħal mill-kirjiet ta' postijiet kummerċjali (mhux ħwienet biss) li tagħhom il-Gvern hu s-sid huwa kif ġej:
Sena Ammont
2000 Lm1,607,041
2001 Lm1,739,826
2002 Lm1,811,661
2003 Lm2,940,435
2004 Lm6,146,040
2005 Lm3,721,403
2006 Lm3,806,404
2007 Lm1,307,510*
*sas-27 ta' Marzu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti oriġinali tal-fond fil-Belt Valletta li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li s-sid tiegħu hu l-uffiċċju konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra erba' kopji taż-żewġ pjanti tal-Blokk bini bin-numru 65 Triq il-Lvant, Valletta li l-oriġinali tagħhom jinsabu fir-Reġistru tal-Artijiet.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew entitiegħu qabeż is-ceilingallokat għall-mobilemarbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ic-ceiling allokat għal użu tal-'mobile phone' minn uffiċjali li huma intitolati għal dan is-servizz, huwa ikkalkolat fuq bażi ta' sena, u għaldaqstant għadu kmieni wisq biex wieħed ikun jista' jieħu passi jekk dan hux ser jinqabeż fuq bażi ta' l-ewwel tlett xhur biss tas-sena kurrenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l-għassa tal-pulizija ta' Bormla mas-sidien ta' ħajt, li hu ċint li jinsab fi Triq Arkati l-Isla u jħares għal fuq ix-xatt ta' l-Isla, liema ċint jinsab f'kondizzjoni mill-aktar ħażina u għalhekk hu ta' periklu għall-persuni li jkunu għaddejjin minn taħt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post, il-ħajt imsemmi ma ġiex identifikat. Għaldaqstant, ġentilment nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar tagħrif dettaljat, preferibilment billi jindika dan il-ħajt fuq site plan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern li l-artijiet li jaqgħu taħt id-diviżjoni tal-proprjeta' tal-Gvern ikunu online? Meta hu mistenni li jibda l-proġett? Meta mistenni li jitlesta? Kemm ser jiġi jiswa?
Response (BORG, TONIO)
Huwa l-ħsieb tal-Gvern li meta jiġi attwat il-programm LEMIS jistudja l-possibilita' li ċerta informazzjoni dwar il-proprjeta' tal-Gvern titpoġġa online. Is-sejħa għall-offerti għall-proġett LEMIS għada qed tiġi valutata u għaldaqstant mhux possibli li nagħti risposta dwar meta mistenni jibda, meta sa jitlesta u kemm ser jiswa l-proġett.
Ħaż-Żabbar — Talba quddiem it-taqsima proprjeta' tal-gvern.
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li t-taqsima proprjeta' tal-gvern iwieġbu għat-talba li għamel persuna minn Ħaż-Żabbar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament rigward biċċa art?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-jiem li ġejjin it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ser twieġeb l-ittra tal-1 ta' Marzu 2007 li għamel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant.
Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern — Delegazzjonijiet ministerjali
Question
Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Viċi Prim Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?
Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?
Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħlasijiet għal kontijiet ta' mobile phones u top-up cards li saru fix-xhur indikati fil-Mistoqsija huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar ic-ceiling għandu jingħad illi dan jitqies fuq bażi annwali, u għaldaqstant huwa wara l-aħħar tas-sena li wieħed jista' jgħid jekk dan inqabiżx jew le.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23835, dwar it-tul ta' żmien raġonevoli biex tinstema' u tiġi deċiża kawża, kif provdut fil-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea, dan jiddependi minn min tkun komposta l-Qorti Kostituzzjonali? Hemm xi provediment fil-liġi (speċjalment fil-kostituzzjoni) li jikkontempla dewmien eċċessiv skond kif u minn min tkun komposta l-Qorti Kostituzzjonali?
Response (BORG, TONIO)
B'referenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi ġeneralment iż-żmien li ddum kawża biex tiġi deċiża ma jiddependix minn kif tkun komposta qorti kolleġġjali, għalkemm il-komplessita' tal-każ, id-doveri ġudizzjarji l-oħra li jkollhom l-Imħallfin komponenti dik il-qorti, u ċirkostanzi oħra jistgħu jinċidu fuq dan iż-żmien.
B'referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, ma hemmx disposizzjoni ta' liġi kif indikat mill-Onorevoli Interpellant.
B'riferenza għall-formoli ta' bidu ta' impjieg li qed jintbagħtu lill-ħaddiema Għawdxin li kienu fis-sezzjoni tad-drenaġġ u llum ġew posted f'diversi lokalitajiet mal-kunsilli lokali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawn il-ħaddiema hux se jkollhom tibdiliet fil-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tagħhom jew jekk hux se tiġi affettwata s-seniority tagħhom peress li l-formola li qed jintalbu biex jimlew hija dwar bidu ta' impjieg?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-ħaddiema li kienu detailed mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ġewwa Għawdex ġew assenjati mal-Kunsilli Lokali Għawdxin wara li l-assenjar tagħhom mal-Korporazzjoni ġie revokat. Malli saret ir-revoka, dawn, bħala ħaddiema tal-Gvern, ġew trasferiti fuq il-kotba tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex ikunu jistgħu jiġu assenjati mal-Kunsilli Lokali Għawdxin.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kienet bagħtet lill-istess ħaddiema il-formola ta’ l-ETC tat-tmiem ta’ l-impjieg magħha. Il-formoli li rċevew il-ħaddiema reċentement huma biex jindikaw il-bidu tal-impjieg (engagement form) mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali b’effett minn meta sar it-trasferiment. Dan ifisser li kull ma sar kien biss l-aġġustar tal-isem tal-employer għal skopijiet tal-Korporazzjoni ta’ l-Impjieg u t-Taħriġ. Dan ifisser ukoll li dawn il-ħaddiema tal-Gvern mhu ser jitnaqqsilhom xejn mill-kundizzjonjiet inerenti li dejjem kellhom mal-Gvern, inkluża s-seniority.
Peress li diversi Għawdxin li jiġu msejħa biex iservu bħala ġurat iridu jippreżentaw rikors biex jiġu eżentati fir-Reġistru tal-Qorti Malta, peress li ħafna mir-rikorsi jkunu ta' persuni li jkollhom problemi mediċi u huwa ta' inkonvenjent kbir għalihom biex dawn ir-rikorsi jippreżentawhom Malta, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li terġa' tibda s-sistema li dawn ir-rikorsi jiġu ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Rikors biex persuna tiġi eżentata milli sservi ta' ġurat għandu skond il-liġi jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti Kriminali.
L-atti, inklużi rikorsi ta' ġurati, quddiem il-Qorti Kriminali għandhom skond il-liġi jiġu ppreżentati fir-Reġistru tal-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali ta' Malta. Il-liġi ma tipprovdix mod ieħor.
Dawn ir-rikorsi qatt ma kienu jiġu ppreżentati fir-Reġistru tal-Qrati ta' Għawdex kif qed tissuġġerixxi l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal tal-Wirt? Jista' jgħid kemm minnhom huma ta' partijiet Għawdxin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b'kollox hemm ħmistax-il kawża pendenti quddiem it-Tribunal tal-Qsim tal-Wirt illi waħda minnhom marret deżerta.
Minn dawn il-kawżi pendenti jirriżulta li hemm żewġ kawżi li huma ta' partijiet Għawdxin.
Qorti tal-Familja — Applikazzjonijiet għall-medjazzjoni
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tagħrif dwar kemm saru applikazzjonijiet għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja mill-2004 sal-lum? Kemm saru medjazzjonijiet fiċ-ċentru tal-medjazzjoni mill-2004 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ applikazzjonijiet għal medjazzjoni li daħlu fil-Qorti ta’ Malta mill-2004 sas-16 t’April 2007, kemm bħala ittri kif ukoll bħala noti, huma kif indikat fit-tabella hawn taħt:
SenaIttriNoti
20041,034459
2005878446
2006969353
2007*26895
*sas-16 ta’ April.
Rigward il-Qorti ta’ Għawdex, ninsab infurmat kif ġej:-
SenaNumru ta’ applikazzjoniijiet (rikorsi/noti/ittri)
200496
200593
200692
200718
Irid jingħad li sas-17 ta’ April, dan it-tip ta’ proċeduri ma jikkonċernawx biss talbiet għal separazzjoni personali iżda jinkludu wkoll kull tip ta’ eventwalita’ komtemplata fl-Avviżi Legali numri 396/2003 u 397/2003.
Infurmat ukoll illi sal-lum kienu reġistrati għaxar (10) każi ta’ medjazzjoni fiċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta.