Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Income tax refund

Question

Jista' l-Prim Ministru jivverifika meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tieħu l-income tax refund li ilu dovut lilha għal madwar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond kif tħabbar fid-diskors tal-budget għal din is-sena – fil-ġimgħat li ġejjin kull min għandu xi bilanċ favur tiegħu għas-snin ta’ qabel in-1998 se jirċievi ittra fejn fiha jkollu ndikat meta ser jitħallas l-ammont lura.

Proġetti ffinanzjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista ta' proġetti li ġew iffinanzjati permezz: i) tal-Ħames Protocol Taljan, ii) tal-pre-accession funds ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal-listi A u B mehmuża ma’ din it-tweġiba.

Gambling

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26485, 26357 u 26627 u jgħid jekk minħabba l-fatt li gambling fil-forom varji tiegħu qed jikber f'pajjiżna, hux il-ħsieb tal-gvern li jirregolah b'mod aktar komprensiv? Jidhirlu l-Gvern li għandha ssir distinzjoni ċara legali bejn slot machines u amusements machines u l-użu tagħhom, u dan l-aktar fid-dawl tal-fatt li l-vizju tal-logħob qed jikber fost il-minorenni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26485.

Ċensiment 2005

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26428 u jgħid meta se jixxandar ir-riżultat taċ-ċensiment tas-sena 2005, speċjalment dak dwar djar u akkomodazzjoni vakanti peress li t-tagħrif hu kruċjali għal sorveljar dwar is-suq tal-proprjeta' f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26428.

OPM — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Prim Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa fuq hospitality matul Jannar u Marzu, 2007 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fir-rigward ta’ l-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-approvazzjoni għal dan l-infiq sar skond ir-Regolamenti Finanzjarji.

Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern — Pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li bosta ministeri u dipartimenti tal-gvern ma ngħatawx flus biżżejjed biex ikopru l-pagi tal-ħaddiema? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kull talba fejn jidħlu l-pagi ta' kull ministeru u dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern fil-bidu ta’ kull sena jkollu pprovduti l-fondi neċessarji għall-impjegati tiegħu kollha. Il-policy tal-Gvern hi li, ħlief fejn hu indispensabbli, ma jżidx in-numru globali fi ħdan is-Servizz Ċivili. Għal dan il-għan, twaqqaf, twaqqaf ir-Recruitment and Redoployment Advisory Group fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u bil-parteċipazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi biex l-esiġenzi tas-Servizz jiġu moqdija b’mod li jingħata l-aħjar valur tal-fondi wżati. B’hekk, matul is-sena, mhux talli mpjegati li m’humiex bżonjużi f’post, jiġu trasferiti f’post ieħor, iżda wkoll impjegati li jirtiraw jiġu sostitiwiti b’oħrajn fi gradi differenti fl-istess post jew f’post differenti. Min-naħa tiegħu, il-Vot tat-Teżor, bħala Vot Ċentrali, jinkludi l-fondi neċessarji għal dawn l-eventwalitajiet.

Host families

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'studji saru dwar l-impatt li l-miżuri ġodda kellhom fuq host families li jżommu studenti barranin, kif ukoll jekk il-Gvern huwiex jikkonsidra li jintroduċi inċentivi ġodda għal dawn il-familji billi bosta familji qed iħossu ruħhom dimotivati li jkomplu f'din il-linja li tikkumplimenta d-dħul tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — N.I. contributions

Question

Fil-preżent, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.? Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont dovut mis-self-employed huwa ta’ Lm5,137,874 għas-snin 1999 sa 2006 filwaqt li l-ammont dovut minn employers għas-snin 1998 sa 2005 huwa ta’ Lm14,357,156.

OPM — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Agenziji governattivi — Reduced hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji u jispjega x'inhi l-policy tal-gvern u ta' entitajiet u aġenziji governattivi kollha inkluż il-Bank Ċentrali u l-Universita' ta' Malta għal dak li jikkonċerna reduced hours? Jista' jispjega jekk hemmx xi kriterju jew prezz stabbilit u jekk fl-affermattiv jispjegah ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Policy dwar xogħol fuq reduced hours li tapplika għal uffiċjali pubbliċi tal-Gvern tinsab f’sezzjoni 3.1.6 tal-Public Service Management Code.

Ċensiment 2005

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jixxandar ir-riżultat taċ-ċensiment tas-sena 2005, speċjalment dak dwar djar u akkomodazzjoni vakanti peress li t-tagħrif hu kruċjali għal sorveljar dwar is-suq tal-proprjeta' f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess biex jinħarġu r-riżultati finali taċ-Ċensiment huwa twil, għaliex l-ewwel trid tiġi assigurata l-enumerazzjoni sħiħa ta’ kulħadd. Fil-fatt dan il-proċess ħa numru ta’ xhur. Sar ukoll proċess sħiħ ta’ ġbir ta’ tagħrif li ngħata nieqes kif ukoll il-proċess ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalita tat-tagħrif li nġabar. Bħalissa qegħdin jinħarġu r-rapporti finali u hu mistenni li r-riżultati finali kollha taċ-Ċensiment 2005 jixxandru iktar tard din is-sena.

Awtorita' tax-Xandir — Kliem dispreġjattiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkordina ma' l-Awtorita' tax-Xandir sabiex fuq l-istazzjon tar-radju li jxandar fuq il-frekwenza 106.6 il-mużika meta ma jixxandrux is-seduti parlamentari, ma jkomplix juża kliem dispreġjattiv bħal "talking lot of rubbish" meta dan l-istazzjon jirreferi għal dak li jingħad minn DJs ta' stazzjonijiet tar-radju lokali oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 26534, jien ninsab infurmat illi wara ntervent mill-Awtorità tax-Xandir ma’ PBS Ltd ħadet il-passi meħtieġa biex tirtira l-jingle li fiha kliema li jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant u għalhekk din il-jingle mhux qed tixxandar aktar.

Gambling

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26485 u 26357 u jgħid jekk minħabba l-fatt li gambling fil-forom varji tiegħu qed jikber f'pajjiżna, hux il-ħsieb tal-gvern li jirregolah b'mod aktar komprensiv? Jidhirlu l-Gvern li għandha ssir distinzjoni ċara legali bejn slot machines u amusements machines u l-użu tagħhom, u dan l-aktar fid-dawl tal-fatt li l-vizju tal-logħob qed jikber fost il-minorenni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Kuntratt tal-computers

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26474 u 26363 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk il-kuntratt ta' l-Integrated Health System (tal-computers) li kien tħassar minħabba allegat abbuż, hux se jkun ngħata mingħajr ħruġ ta' offerti? Jekk iva, kif ser tiġi assigurata t-trasparenza u l-kontabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti approva x-xiri ta’ l-Integrated Health Information System permezz ta’ proċedura negozjata skond ir-Regolamenti tal-Kuntratti Pubbliċi. Konsulent tekniku internazzjonali issottometta lil Gvern lista ta’ kumpaniji li potenzjalment setgħu jipprovdu din is-sistema. Dawn il-kumpaniji ġew mistiedna jitfgħu l-offerta tagħhom fid-Dipartiment tal-Kuntratti. Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti se jiftaħ l-offerti u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-kuntratt. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat se jkunu ppubblikati fid-Dipartiment tal-Kuntratti u kull min iħossu aggravat minn xi deċiżjoni se jkollu d-dritt ta’ l-appell kif tipprovdi l-liġi.

Kummissjoni Dwar l-Impjiegi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri fil-Kummissjoni Dwar l-Impjiegi nominati mill-Prim Ministru u mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni mill-bidu tagħha sal-lum separatament għal kull Kummissjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri kollha tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi minn meta ġiet iffurmata għall-ewwel darba fl-1 ta’ Settembru 1979 ’l hawn.

Income and living conditions

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-lokalitajiet li minnhom ġejjin id-59,315 persuni (in-numru ta' persuni u minn liema lokal) li huma ndikati permezz tas-survey on income and living conditions 2005 u li qed jgħixu taħt is-60% tal-median equivalised income u għaldaqstant taħt il-poverty line?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jistax jingħata għaliex l-istatistika mitluba tinġabar fuq bażi nazzjonali u mhux lokali.

Taxxa fuq trasferiment ta' proprjeta'

Question

Jaf il-Prim Ministru li t-taxxa fuq trasferiment ta' proprjeta ġejja minn wirt fuq nisa miżżewġin u li ma jaħdmux qed tkun indirizzata lill-irġiel tagħhom? Ma jidhirlux li din il-proċedura hija waħda diskriminatorja a bażi ta' sess? Ma jidhirlux li din il-proċedura m'hijiex konformi mal-prinċipju tal-liġi, fis-sens li proprjeta' li ġejja minn wirt hija meqjusa bħala parafernali u mhux parti mill-komunjoni ta' l-akkwisti u għaldaqstant, il-parti l-oħra fiż-żwieġ m'għandhiex għalfejn tkun involuta anke mil-lat ta' taxxa? X'se jsir min-naħa tad-dipartiment biex din il-proċedura tinbidel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi taħt il-liġi ta’ l-Income Tax, koppja miżżewġa li jgħixu flimkien huma meqjusa bħala taxpayer wieħed u jiġu ntaxxati flimkien fuq return waħda. Kull dħul li jkollhom, kemm jekk flimkien jew individawlment, huwa ntaxxat fuq dik ir-return. Il-koppja għandha d-dritt li tagħżel min minnhom jitqies bħala l-konjuġi responsabbli għall-finijiet tat-taxxa, u għalhekk ma hemm ebda diskriminazzjoni.