Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti/ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat tiegħi għadu mhux konkluż.
Qed nehmeż l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant dwar dawk il-persuni li diġa' ffirmaw il-kuntratt/ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta' dawn l-individwi jinsabu fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998.
Tweġiba sħiħa għal din il-Mistoqsija u għal Mistoqsijiet oħra simili tingħata f'xi seduta oħra.
Isem tal-Persuna Fejn kienu qabel Grad Dmirijiet
fis-Segretarjat fis-Segretarjat
tal-Ministru
Anthony J. Cachia Joint Office Senior Principal Private Secretary
Charles Micallef Museums Senior Principal Assistant Private
St. John Department Secretary
Francis The Treasury Senior Principal Ministry Policy Albani Co-Ordinator
Maria University Administrative Ministry Office
Portelli of Malta Assistant Co-Ordinator
John R. Joint Office Principal Secretariat
Aquilina Officer
Lucienne Camilleri Joint Office Executive Secretariat
Officer Officer
Vincent Tanti Public Senior Secretariat
Broadcasting Tradesman Officer
Services Ltd
Romina Agius Ministry of Executive Secretariat
Cutajar Justice Officer Pool
Marie Louise Mediterranean Clerk Secretariat
Grixti Conference Pool
Centre
Audrey Cummings Ministry of Clerk Secretariat
Transport Pool
and Ports
Victor Bray Central Bank Messenger/Driver Secretariat
of Malta Messenger
John Cardona Central Bank Messenger/Driver Secretariat
of Malta Messenger
Joseph Bonello Private sector - Driver/Security
Officer
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajt illum għall-Mistoqsija Numru 3455.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3290?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-average durations tat-turisti li żaru Malta mill-1995 sa Ġunju 1998 huma skond it-tabella ta' hawn taħt.
Average 1995 1996 1997 1998
length of stay (Jan-Jun)
5 star hotels 6.6 6.9 7.1 6.4
4 star hotels 9.0 9.3 9.1 8.5
3 star hotels 9.7 9.9 9.5 9.2
2 star hotels 8.7 9.8 8.9 10.0
1 star hotels 8.9 9.7 9.2 8.3
Hostels and 9.4 10.0 9.7 9.7
Guesthouses
Complexes 10.3 10.6 10.3 9.8
Other 10.7 10.7 10.0 9.7
TOTAL 9.8 10.0 9.6 9.0
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3289?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li parti sostanzjali ta' l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant titlob stħarriġ ma' kull lukanda f'Malta u Għawdex mhux possibbli li tingħata tweġiba malajr għax l-informazzjoni trid iż-żmien biex tinġabar. Kif jintemm l-istħarriġ meħtieġ tingħata tweġiba b'mod eżawrenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi li huma under construction? Kemm hemm li qed jiġu upgraded? Kemm mistennija jipprovdu sodod individwalment? F'liema kategoriji jinsabu? Kemm inbnew lukandi ġodda u saru upgradings mill-1995 sal-lum sena b'sena?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Min-naħa tal-Ministeru sar xi studju ta' l-impatt tal-VAT fuq ir-ristoranti u l-livell ta' prezzijiet u kompetittivita' u kif dan jolqot il-qasam turistiku f'pajjiżna?
Ma' liema pajjiżi sar l-istudju komparattiv, jekk sar?
Jekk dawn l-istudji saru, x'kienu l-konklużjonijiet tagħhom?
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif kelli okkażjoni ngħid qabel, mhux mistenni li jkun hemm xi impatt partikulari fuq l-andament ta' l-industrija tat-turiżmu bħala riżultat ta' l-introduzzjoni tal-VAT. Meta wieħed iqis li diġa kellna sentejn esperjenza bejn l-1995 u l-1996 dwar l-effett tal-VAT fuq is-settur turistiku ma kienx hemm għalfejn isir studju speċifiku bħal dak imsemmi fil-Mistoqsija.
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru li filwaqt li hu semma biss l-ikel fir-ristoranti, tajjeb li wieħed ifakkar li r-rata ta' taxxa għall-akkomodazzjoni fil-lukandi tħalliet bil-5 fil-mija f'dik li hi l-'lodging' u l-ikel tat-turist sa 'full-board'. Għat-turisti li jiġu fuq pakketti 'all inclusive', titħallas it-taxxa ta' 5 fil-mija fuq 80 fil-mija tal-pakkett. Barra minn dan, il-lukandi bl-akkomodazzjoni sa 'full-board' ser jieħdu 'refunds' fuq kollox, b'kuntrast ma dak li kien jiġri fis-sistema tas-CET fejn it-taxxa effettiva fuq l-akkomadazzjoni kienet fil-fatt aktar għolja minn 5 fil-mija. Meta tieħu kollox flimkien, huwa mistenni li l-industrija tat-turiżmu f'pajjiżna ser tibqa' kompetittiva.
Dan jikkonfermawh ukoll iċ-ċifri ta' hawn taħt li jqabblu r-rata ta' VAT f'Malta ma' diversi pajjiżi fil-Mediterran li għandhom industrija kbira tat-turiżmu.
Rata ta' VAT Akkomodazzjoni Ikel Night
fil-Lukandi Barra Club
Greċja 18 8 8 18
Spanja 16 7 7 16
Portugal 17 5 17 17
Turkija 23 15 15 23
Malta 15 5 15 15
'Source: EU Commission; Deloitte Touche Tohmatsu International'
Ta' min isemmi wkoll li attivitajiet kulturali f'pajjiżna huma eżenti mill-VAT b'kuntrast ma' dak li hemm f'diversi pajjiżi oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fit-18 ta' Diċembru, 1998 uffiċjali tal-HCEB daru ristoranti u staqsew għal kopja tal-menu?
F'kemm-il ristorant marru u f'kemm jiem kienu mifruxa dawn iż-żjajjar?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li l-ġbir tal-menus huwa parti mix-xogħol normali li jagħmlu l-uffiċjali tat-Taqsima ta' l-Ispettorat ta' l-Hotels and Catering Establishments Board l-istess bħal spezzjonijiet li jsiru biex jikkontrollaw l-iġjene, is-servizz u l-operat ġenerali.
Ninsab infurmat ukoll li dawn l-uffiċjali żaru l-maġġoranza ta' l-istabbilimenti li jservu l-ikel, madwar 500, li kienu miftuħin għall-pubbliku fl-aħħar ħmistax ta' 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fl-NTOM? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma saru l-ebda trasferimenti fin-National Tourism Organisation - Malta fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid x'rabtiet hemm mal-ħsieb li jsiru bejn l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi u l-Universita'?
Ma' liema fakulta' se jsiru dawn ir-rabtiet?
X'rikonoxximent mill-Universita' qed jitlob l-istitut għall-korsijiet tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor. Membru matul dawn l-aħħar erba' snin diġa' kien hemm rabta bejn l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi u l-Universita'. Dan fis-sens li dawk l-istudenti ta' l-Istitut li jġibu d-'Diploma' fil-'Hotel Administration' setgħu u għadhom jistgħu jkomplu l-istudju tagħhom fl-Universita' billi jidħlu dritt fit-Tielet Sena tal-Kors tal-'B. Comm. (Hons)' fit-Turiżmu. Jirriżulta, madankollu, li minħabba fl-aħħar sentejn l-'academic entry qualifications' għall-kors fil-'Hospitality Studies' fl-Istitut ma stipulawx li student irid ikollu ta' l-inqas żewġ 'A' levels, dawn mhux qed jitħallew jidħlu fl-Universita' għall-'B. Comm. (Hons)' minħabba li l-Universita' tirrikjedi minimu ta' żewġ 'A' level 'passes'. Għaddejjin taħditiet bejn iż-żewġ istituzzjonijiet biex tinstab soluzzjoni.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hijiex qed issir konsultazzjoni bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u dak ta' l-Agrikoltura dwar il-kalendarju Agrituristiku? Jekk iva, jista' jinforma lill-Kamra x'konsultazzjonijiet saru u xi pjan tħejja għal kalendarju ta' l-1999?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tweġiba hi fin-negattiv. Iżda jekk l-Onor. Membru jispeċifika aktar u aħjar dwar il-kontenut u siwi tal-programm li għandu f'moħħu lest nikkunsidra s-suġġerimenti tal-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mil-5 ta' Settembru, 1998?
Response (REFALO, MICHAEL)
Minħabba li l-Ministeru tat-Turiżmu daħal f'uffiċini ġodda f'Palazzo Spinola minn fejn kien qabel fil-Belt, kellhom isiru xi xogħlijiet biex il-bini l-ġdid ikun jista' jiġi rranġat u attrezzat kif jixraq. Jien infurmat li l-ispejjeż li saru jlaħħqu għal Lm3,230. Nirreferi wkoll lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt fis-Seduta 23 għall-Mistoqsija 2311 kif ukoll għal dik li tajt fis-Seduta 10 għall-Mistoqsija 546.
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, la nxtraw u lanqas inkrew `mobile telephones' mid-Dipartimenti u Organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi. Għaldaqstant il-pożizzjoni għadha kif kienet taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Per eżempju jien wiritt l-apparat li kien juża' l-predeċessur tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li 16-il ruħ attendew għal ikla akkumpanjata bi trattament VIP fl-ITS nhar il-Ħamis, 26 ta' Novembru, 1998 f'nofsinhar? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx ħlas għal din l-ikla u jekk sar, minn min sar u jekk ma sarx, għaliex? Jekk ma sarx ħlas, xi kriterji ntużaw għal din ir-raġuni? Jekk sar il-ħlas, jista' l-Ministru jpoġġi l-irċevuti konnessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ir-"restaurant" ta' l-"Institute of Tourism Studies" (ITS) huwa miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ħamis għal "lunch". Tajjeb li l-Onor. Membru jkun jaf li dak li huwa sejjaħ bħala trattament VIP fil-fatt jingħata l-istess lil kulħadd inkluż lil dawk in-nies li għalihom qed issir referenza fil-Mistoqsija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-"Invoice" li ntbagħtet għal din l-ikla kif ukoll kopja taċ-"cheque" li sar biex ikopri l-ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 maqsuma sakond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ammont li ntnefaq bħala "hospitality" mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru 1998 maqsum kif mitlub fil-Mistoqsija huwa kif ġej:-
Ministeru Lm 310.44
Dipartiment tat-Turiżmu Lm 183.00
Institute of Tourism Studies Lm 877.60
National Tourism Organisation - Malta Lm 148.54
Hotels and Catering Establishments Board Xejn
White Rocks Holiday Complex Xejn
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' vetturi ta' l-art reġistrati f'isem il-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa kif jidher hawn taħt:
Ministeru (inkluż is-Segretarju Permanenti
u d-Direttur (Turiżmu) 4
Hotels and Catering Establishments Board xejn
Institute of Tourism Studies (inkluż il-White
Rocks Holiday Complex) 2
Ninsab infurmat ukoll li l-ebda vettura ma ġiet mixtrija għall-Ministeru jew xi wieħed mid-Dipartimenti msemmija hawn fuq bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998.
M'hemm l-ebda opra tal-baħar reġistrata mal-Ministeru jew xi wieħed minn dawn id-Dipartimenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct order?
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-karozzi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li b'kollox hemm għaxar (10) karozzi mikrija, tlieta mal-Ministeru, waħda mad-Dipartiment tat-Turiżmu, tlieta ma' l-Hotels and Catering Establishments Board u tlieta ma' l-Institute of Tourism Studies. Tmienja (8) minnhom huma mikrija b'kuntratt wara li ħarġu offerti mingħand Silverstar Garage bir-rata totali ta' Lm26.85 kuljum u tnejn (2) huma mikrija mingħand Autorentals bir-rata totali ta' Lm12.75 kuljum. Ninsab infurmat ukoll li filwaqt li qabel Settembru 1998 kien hemm erba' (4) karozzi mikrija b'direct order, dawn issa niżlu għal tnejn (2).
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li diġa' tajt għall-Mistoqsijiet Numri 546, 2166 u 2311.
Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?
Response (REFALO, MICHAEL)
Fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija ma ħareġ l-ebda tender ta' valur ta' aktar minn Lm1,000. Madankollu nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet bin-numri 546, 2166 u 2311.
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Fil-perjodu msemmi mill-Onor Membru, kienu biss l-National Tourism Organisation - Malta (NTOM) u l-Institute of Tourism Studies (ITS) mid-dikasteru li għalih jien responsabbli li għamlu użu minn aġenziji ta' reklamar.
Dwar l-National Tourism Organisation - Malta (NTOM), jien infurmat li fis-swieq turistiċi ewlenin għal Malta, din l-Organizzazzjoni tqabbad aġenziji ta' reklamar barranin biex jikkoordinaw il-kampanji ta' reklamar tal-Gżejjer Maltin fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. Lokalment, ġew utilizzati s-servizzi ta' erba' aġenziji differenti matul dan il-perjodu. Dawn kienu:
Ink Design
Icon Design
MCD Ltd
Mizzi Graphics
L-aġenziji ta' reklamar barranin ġew fdati bil-kampanji pubbliċitarji għal Malta fil-pajjiż rispettiv tagħhom. Lokalment, l-aġenziji ta' reklamar ġew utilizzati għall-attivitajiet organizzati mill-NTOM, inklużi parati, ta' In Guardia, u l-Festivals ta' l-Imdina u l-International Choir Festival.
Dwar (b) u (ċ) tal-Mistoqsija, t-tagħrif mitlub huwa ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jkunx xieraq li jingħata pubbliċita'.
L-istamperiji li ġew utilizzati mill-NTOM huma dawk il-ħamsa li rebħu t-tenders rispettivi għax-xogħol ta' l-istampar ta' l-NTOM, jiġifieri:
Gutenberg Press
Beck Graphics
Alpaprint
Interprint
Progress Press
Dawn l-istamperiji għamlu xogħol ta' stampar ta' materjal pubbliċitarju li l-NTOM tuża' fil-kampanji promozzjonali tagħha kemm barra minn Malta, kif ukoll konnessi ma' attivitajiet lokali bħal dawk imsemmija aktar 'l fuq. It-tagħrif mitlub f'(ġ) tal-Mistoqsija, huwa ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jkunx xieraq li jingħata pubbliċita'.
Erba' kumpaniji ta' l-iscanning ġew utilizzati għax-xogħol ta' l-NTOM f'dan il-perjodu. Dawn kienu:
Gutenberg Press
Pixel Services Ltd
Ritescan Ltd
Repro House
It-tagħrif mitlub dwar kemm intnefaq ma' kull kumpanija huwa ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jkunx xieraq li jingħata pubbliċita'.
It-tweġiba għall-aħħar paragrafu hija fin-negattiv f'kull każ.
Dwar l-Institute of Tourism Studies (ITS), jien infurmat li l-aġenzija ta' reklamar li tqabbdet biex tingħata pubbliċita' għall-First Malta International Students' Culinary Competition kienet l-M.A.S. Communications Limited. Dan sar wara sejħa li saret għal kumpaniji interessati. L-aġenzija kellha tfittex hi l-isponsors u tipproduċi souvenir programme għal din l-okkażjoni. Għaldaqstant l-aġenzija ma tħallset xejn.
Jien infurmat ukoll li ma kien hemm ebda persuna jew ditta li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-ITS qabel il-5 ta' Settembru 1998 li twaqqfu wara dik id-data.
Jien lest inpoġġi għad-dispożizzjoni kunfidenzjali ta' l-Onor Membru kull tagħrif li m'għamiltx pubbliku għax meqjus sensittiv kummerċjalment.