Jista' il-Ministru jgħid kemm saru kollużjonijiet mill-ambulanzi tal-gvern din is-sena? Kemm minn dawn saru waqt li fihom kien hemm pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li din is-sena kien hemm ħames kollużżjonijiet mill-ambulanzi tal-Gvern iżda ma kienx hemm pazjenti fl-ambulanzi meta saru l-kollużżjonijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm weġġgħu ħaddiema tad-dipartiment fuq ix-xogħol din is-sena u kif?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunita li weġġgħu fuq ix-xogħol matul din is-sena kien ta' 98.
Il-korrimenti ta' dawn il-ħaddiema kienu varji.
Jista' il-Ministru jordna li jittieħdu passi dwar l-għalqa li hemm qrib Block B1, Ta' Xbiex HE li qed tintuża ta' rubbish dump u qed tkun mimlija ġrieden?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li wara li saret spezzjoni fil-għalqa li hemm qrib Block B1 ta' Xbiex minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ġie kkonfermat li hemm akkumulu ta' żibel u għalhekk nħareġ avviż lis-sid ta' l-istess art sabiex jitneħħa l-akkumulu mingħajr ebda dewmien.
Impjegati tas-Sezzjoni tal-pest Control ta' l-istess Dipartiment poġġew velenu fil-madwar tal-post indikat illum 13 ta' Ottubru 2006.
Ser issir spezzjoni oħra fil-jiem li ġejjin sabiex jiġi kkonfermat li l-inkonvenjent tneħħa.
Jista' il-Ministru jikkonferma t-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari riċenti fejn jingħad li l-flue gas exit temperature ta' l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa hija ta' madwar 906 grad ċentigradu? Ma jidhirlux li din il-figura hija għolja ż-żejjed meta wieħed iqis li dokument li ilu għand il-MEPA sa mill-2003 jistqarr li l-inċineratur imsemmi ma jilħaqx temperaturi ogħla minn madwar ftit aktar minn 400 grad ċentigradu? Fid-dawl ta' dan kollu, jista' għal darba oħra jikkonferma kemm tkun il-flue gas exit velocity?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nikkonferma t-tweġiba mogħtija dwar il-flue gas exit temperature and velocity ta' l-Inċineratur ta' l-Isptar San Luqa, jiġifieri Temperatura ta' 906 grad centigrade, u veloċta' ta' 29.8m/s. Dawn ir-riżultati ġew iċċertifikati minn inġinier indipendenti mill-isptar, wara li uża l-apparat meħtieġ.
Ninsab infurmat li d-dokument ikkwotatt mill-Onorevoli Interpellant, li sar f'Marzu 2003 jikkonferma li t-temperatura ta' madwar 400 grad centigrade kienet biss stima, billi l-inċineratur la għandu, u qatt ma kellu thermocouples u temperatue gauge. Il-bibljografija estensiva ta' l-istess dokument tinkludi ħafna kummenti fuq l-Inċineratur, iżda jien infurmat li, qatt ma sar xi studju xjentifiku biex jikkonfermahom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma ġew ikkommisjonati l-ebda rapporti privati fid-dekasteru tiegħi f'dawn l-aħħar erba' snin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati tad-dipartiment tas-saħħa li rriżultaw fil-pożittiv għall-marda tat-tuberkulożi din is-sena u xi grad għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jkollu sodod l-isptar Mater Dei? Kif se jkunu mqassma f'kull speċjalita' u kif jikkompara dan ma' St. Luke's? X'se jsir minn St. Luke's wara li jinfetaħ l-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
Speċjalita
St. Luke's Hospital
Mater Dei
General Medicine
244
215
General Surgery
160
144
Cardiac Service
34
37
Paediatrics
70
83
Orthopaedics
66
68
Critical Care
18
20
Infectious Diseases
22
24
Obstetrics & Gynae
128
94
NSU
12
18
Urology
26
36
ENT
24
18
Burns & Plastics
6
12
Opthalmic
17
10
Psychiatric Ward
11
15
Observation Ward
0
10
Total (In-Patients)
838
804
Day Beds
63
107
Peress li xi servizzi ta' l-Isptar San Luqa bħal physiotherapy, prosthetics etc., għalissa m'humiex sejrin ġewwa Mater Dei, id-deċiżżjoni finali għadha ma ttieħditx.
It-tnaqqis fin-numru ta' sodod fis-swali tal-Mediċina u l-Kirurġija huwa dovut għall-fatt li fil-Mater Dei ma hemmx inklużi s-sodod ta' rijabilitazzjoni kuntrarju għan-numru ta' sodod f'San Luqa.
Minn naħa l-oħra hemm żieda qawwija fid-Day Beds.
Jaf il-Ministru dwar l-ilmenti ta' pazjenti li għandhom bżonn l-operazzjoni ta' hip replacement li qed jilmentaw dwar id-dewmien ta' 'il fuq minn sentejn u nofs? X'beħsiebu jagħmel il-Ministru sabiex jispedixxi l-proċess tan-nies li qegħdin jistennew fil-waiting list?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Ministru huwa konxju tat-tul tal-waiting lists għall-operazzjoni ta' Hip Replacement u qed jesplora soluzzjonijiet ġodda biex dan id-dewmien jitnaqqas.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għall-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-istima tan-nefqa fuq l-operat tal-Isptar Mater Dei hija ta' Lm4,278,000 fix-xahar.
Din iċ-ċifra ma tinkludix l-ispejjez tal-mediċini u l-materjali farmaċewtiċi użati mill-pazjenti.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20590, il-lukanda li rriferejt għaliha ilha żmien twil bis-swimming pool mimli ilma qiegħed li tinsab f'Bay Junction, San Ġiljan u li l-ilma tagħha kien u għadu infettat sal-lum, jista' il-Ministru jaċċerta li l-awtoritajiet tas-saħħa jidentifikaw il-post indikat u jieħdu l-passi meħtieġa fl-interess tas-saħħa pubblika, speċjalment tar-residenti fl-inħawi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fid-29 ta' Awissu 2006 waqt l-ispezzjoni l-uffiċjal tas-Saħħa Publika, kien muri swimming pool waħda, dik li qiegħda fuq il-bejt ta' l-istess kumpless. Għaldaqstant waqt spezzjoni oħra fl-4 ta' Ottubru fir-rigward tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 20873 ġie kkonfermat li teżisti swimming pool oħra, fi trejqet il-Bajja San Ġiljan li huwa parti mill-istess kumpless. Dan huwa aċċessibbli minn passaġġ sotteran.
Waqt l-ispezzjoni ġie kkonfermat li ammont t'ilma qiegħed , kien jeżisti ġo l-istess swimming pool. Il-fond indikat jidher li ġie meħud minn wieħed mill-banek kummerċjali u għalhekk inħareġ avviż lil l-istess bank sabiex isiru x-xogħlijiet meħtieġa.
Wara li saret spezzjoni oħra minn uffiċjal tas-Saħħa Publika nhar il-Ġimgħa 6 ta' Ottubru 2006, fil-fond fi Trejqet il-Bajja, San Ġiljan ġie kkonfermat illi l-ilma qiegħed li kien hemm fis-swimming pool tneħħa u li l-istess pool ġie mnaddaf u diżinfettat.
In oltre s-swimming pool ġie mgħotti b'materjal b'tali mod li ma tistax tidħol xita ġewwa fiħ.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm dewmien kbir biex wieħed jinqeda miċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira, fejn nies ġieli jdumu madwar sagħatejn biex jieħdu l-pilloli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18714.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu tfal l-isptar għall-emerġenza matul l-aħħar disa' xhur? Kemm kellhom eta'? X'tip ta' inċidenti kienu nvoluti fihom? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ftit statistika li tikkonferma dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20326 tat-28 ta' Lulju 2006, jista' il-Ministru jwieġeb il-partijiet (g) u (h) tal-mistoqsija li jirriferu għal kemm huma l-flue gas exit temperature u l-flue gas exit velocity?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. interpellant li :
g) Il-flue gas exit temperature meta l-emissjonijiet joħorġu mill-inċineratur tkun 906 degrees C.
h)Il-flue gas exit velocity ta' l-inċineratur imsemmi normalment tkun 29.8 sec.
B'riferenza għall-istatistika uffiċjali li ġiet ippubblikata fl-okkażjoni tal-jum internazzjonali ta' l-anzjani fid-29 ta' Settembru 2006, u peress li issa ilha s-snin ma tiġi aġġornata ċerta statistika soċjali, bħal per eżempju dwar il-faqar u l-eskluzzjoni soċjali għal din il-kategorija ta' ċittadini, jista' il-Ministru jagħti statistika soċjali aġġornata li tagħti indikazzjonijiet dwar il-qagħda finanzjarja u soċjali ta' l-anzjani Maltin u Għawdxin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġbir ta' din l-istatistika ma taqax taħt il-Ministeru tas-Saħħa. Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jidħlu l-pilloli Ex Jade minflok Desefan injection li jintużaw biex ikissru l-ħadid fil-ġisem tal-bniedem? Kemm hawn persuni li jieħdu s-servizz ta' Desefan injection?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa għadha ma rċeviet l-ebda talba biex din il-mediċina (Deferasirox) tiddaħħal fil-formularju ta' mediċini mogħtija mill-Gvern. Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern jixtru l-prodott Desferrioxamine 500mg inj (Desferal). Mill-informazzjoni li għandi hemm tliet u tletin persuni li jingħataw din il-mediċina regolarment, iżda l-prodott jintuża għal aktar persuni fuq bażi mhux regolari.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gradwati ta' l-institute of health care li ggradwaw is-sena l-oħra u għadhom ma sabux impjieg din is-sena s'issa? Kemm minn dawn iddaħlu mal-gvern u f'liema xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferija lill-Ministru kkonċernat.
In-numru ta' gradwati ta' l-Institute of Health Care li ggradwaw is-sena l-oħra u li daħlu jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa huma kif ġej:
Diploma/BSc Nursing 104
BSc Radiography 21
BSc Environmental Health 1
BSc Occupational Therapy 4
BSc Medical Laboratory Technology 7
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20768 u b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20268 jgħid kemm hawn anzjani diabetiċi reġistrati mas-settur pubbliku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' anzjani diabetiċi reġistrati mas-settur pubbliku huwa 5,315.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li sabiex anzjani rikoverati fil-homes ta' l-anzjani jkollhom aċċess ta' arial tat-tv iridu jħallsu? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-ħlas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani residenti ġod-Djar tal-Anzjani tal-Gvern ma jħallsux tal-arial Tat-T.V..