Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26113 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wasal biex in-nefqa tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fl-ewwel tliet xhur tas-sena titla għal Lm 9,663 miljuni b'paragun man-nefqa ta' Lm 7.175M fl-istess perijodu is-sena li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26114 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Recurrent Expenditure

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega il-fatt li filwaqt li l-ispiża budgeted għal din is-sena fuq recurrent expenditure item 28 - VAT kellha titla għall-Lm5.015M minn Lm 3.352 is-sena li għaddiet. Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena in-nefqa kienet ta' Lm 1.269M meta fl-istess perijodu tas-sena li għaddiet din kienet tlaħħaq Lm 2.484 M?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra, il-Vot 28 VAT fil-Fond Konsolidat kien irrikordja nefqa ta' żewġ miljun lira f'refunds tat-taxxi qodma CET/VAT. Matul l-istess sena, parti minn din in-nefqa ġiet magħmula tajjeb minn dħul ta' l-istess taxxi. Din is-sena, in-nefqa ta' natura simili tammonta għal nofs miljun.
Leg 9 PQ #26233 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom hemm pensjonanti li għadhom ma rċevewx il-pensjonijiet li joħorġu mit-Teżor? Meta se joħorġu dawn il-pensjonijiet dovuti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pensjoni tat-Teżor tax-xahar ta' Mejju 2001 kienet tissarraf nhar il-Ħamis, 31 ta' Mejju 2001. Minħabba xogħol li kien qed isir fuq il-pensjonijiet, din id-darba iċ-ċekk ma wasalx għand il-pensjonanti bħas-soltu, jiġifieri daqs ġimgħa qabel id-data msemmija. Madanakollu, il-pensjoni li kienet tidħol direttament il-bank fil-kont tal-pensjonanti (direct credit) daħlet, kif suppost, dakinhar. L-oħrajn, jew aħjar dawk li jirċievu ċ-ċekk id-dar din id-darba suppost li rċevewh għallinqas jum qabel.
Leg 9 PQ #25254 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Advisors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħi u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #25808 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24873 li oriġinarjament saret lill-Ministeru Għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpanniji privati, parastatali li l-ħlasijiet tal-bolla tal-ħaddiema tagħhom ma humiex kollha mħallsa sa Diċembru tas-sena 2000? Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li l-ħlasijiet tal-bolla tagħhom għad iridu jitħallsu, minkejja li fil-fatt il-ħaddiema jkunu ħalsu dawn il-pagamenti? X'miżuri qed jieħu d-dipartiment biex jara li dawn il-ħlasijiet isiru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-Kumpaniji għad fadlilhom xi bilanċ ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali x'jitħallas: Sena Kumpaniji Parastatali Kumpaniji Privati 1998 3 532 1999 3 772 2000 2 1043 In-numru ta' ħaddiema li għad ma tħallsitx il-kontribuzzjoni tagħhom huwa dan: 1714 għall-1998 3319 għall-1999 2815 għall-2000 Id-Dipartiment qiegħed jieħu passi legali u amministrattivi neċessarji biex jiżgura li dawn il-ħlasijiet jgħaddu fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #25966 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Baggage Room

Question

Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi biex il-baggage room tad-dwana tibda tinżamm f'mod aħjar u aktar nadif?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għandi nifhem li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għall-uffiċini tad-Dwana fl-ewwel sular tal-Baggage Room peress li s-sular t'isfel fejn jidħlu/joħorġu l-passiġieri huwa responsabbilta' tal-Awtorita' Marittima. Id-Dwana għandha mpjegat regolari apposta f'dan il-post biex jieħu ħsieb inaddaf skond il-ħtieġa. Barra minn hekk, id-Dipartiment iġib kuntrattur biex jagħmel tindif ieħor bħal ħasil ta' ħġieġ, ta' bibien u twieqi f'dawn l-uffiċini. Id-Dwana kellha ppjanat li tagħmel refurbishing f'dan il-post, iżda billi dan il-bini ser jitwaqqa' biex jagħmel wisgħa għall-proġett tal-Cruise Terminal, inħass li m'għandhomx isiru dawn l-ispejjeż f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #25967 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex jinħareġ lill-werrieta, it-tax refund tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li hi mejta li kienet toqgħod fi block E3, Fl. 5 ta' Xbiex Housing Estate billi din issa ilha mejta għadd ta' snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #25387 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26220 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif il-persuna li d-dettalji tagħha jidhru taħt separate cover, li kienet taħdem bħala general hand mad-Dipartiment tad-Dwana, Marsa Bonded Stores, u li issa ġiet trasferita għad-Dwana, il-Belt, xorta waħda qed titħalla tagħmel overtime il-Bonded Stores, Marsa? Meta wieħed jikkonsidra li l-overtime soltu jsir mill-ħaddiema t'hemm hekk stess li jaħdmu f'ċirkostanzi diffiċli u iebsa għaliex dan l-overtime, a skpaitu tagħhom, jigħata lil persuna oħra li tkun qed taħdem komodament f'sezzjoni different?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan it-transfer kien wieħed minn numru ta' transfers oħrajn li jsiru perjodikament fid-Dwana u sar għax inħass li kif huma l-affarijiet setgħu jonqsu tnejn min-nies minn Newport. L-arranġament li sar ma jtellef xejn minn dak li kienu jaqilgħu dawk li għalissa baqgħu Newport. Wieħed irid iżomm f'moħħu li fil-futur jistgħa jkun hemm transfers li jolqtu lil ħaddieħor biex kemm jista' jkun wieħed jaqsam l-iebes u l-komdu.
Leg 9 PQ #25380 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25765 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Turnover

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kien l-ammont totali ta' turnover (bejgh) f'prodotti u f'servizzi dikjarat li kienu suġġett għat-taxxa miżjuda ta' 15 fil-mija matul is-sena 2000? Kemm kien l-ammont totali ta' bejgħ dikjarat li kien suġġett għar-rata ta' taxxa ta' anqas minn 15 fil-mija? U kemm kien l-ammont totali ta' bejgħ dikjarat li ma' kienx suġġett għall-ebda taxxa ta' valur miżjud?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hi nformazzjoni pubblika.
Leg 9 PQ #25916 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Drogi

Question

Matul din is-sena kien hemm xi każ fejn persuna reliġjuża, jista' jkun mingħajr ma taf, iddaħħal xi droga f'xi droga f'xi biċċa ilbies f'xi biċċa ilbies b'logo reliġjuż fuqu fl-ajruport? Jekk ġara dan il-każ, meta ġara? Jekk ġara dan il-każ x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma teżisti l-ebda informazzjoni fid-Dwana dwar xi każ kif imsemmi fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #25918 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Fondazzjonijiet tas-Servizzi Edukattivi

Question

X'kienu r-raġunijietli fis-7 ta' Marzu 2001, is-segretarju permanenti tal-Ministeru tal-Finanzi kiteb lis-segretarju permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni biex ibiddel jew iżid klawsoli fl-istatut tal-Fondazzjonijiet tas-Servizzi Edukattivi u tal-Iskejjel t'Għada? X'bidliet, x'żidiet, xi tnaqqis ġew proposti u għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-raġuni hi li l-ministeri konċernati jitkellmu u jiddiskutu bejniethom biex dak li jsir, isir bl-aħjar mod.
Leg 9 PQ #26087 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Paga fil-Kont Kurrenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li biha jittħallsu l-ħaddiema fis-settur Pubbliku u fil-Korporazzjonijiet Parastatali? Liema dipartiment/korporazzjonijiet ma jħallsux b'cheque iżda l-paga tidħol fil-kont kurrenti tal-ħaddiema mingħajr il-kunsens tal-istess ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Estacode, li jiġbor il-proċeduri kollha mħaddma mill-impjegati tal-Gvern, il-metodi li bihom jitħallsu l-ħaddiema tal-Gvern huma jew b-cheque jew, jekk tkun saret talba mill-individwu kkonċernat, l-pagament imur dirett f'kont bankarju. Kull Dipartiment tal-Gvern għandu fuq il-paylist tiegħu kemm ħaddiema li jitħallsu biċ-cheque kif ukoll dawk li jitħallsu direttament mill-bank. Il-ħlasijiet tal-pagi fil-Korpi Parastatali m'humiex regolati mit-Teżor.
Leg 9 PQ #25238 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Klieb ta' Kontra d-Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instabet droga is-sena l-oħra mit-taqsima tal-klieb ta' kontra d-droga tad-dwana? Kemm hemm klieb f'din it-taqsima u kemm hemm handlers?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sena l-oħra kien hemm każ wieħed fejn instabet droga mit-Taqsima tal-Klieb ta' kontra d-Droga tad-Dwana. Fit-Taqsima hemm ħamest iklieb u ħames 'handlers'.
Leg 9 PQ #25883 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Waiving Off

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi irrikunsidrata it-talba miċħuda għall-waiving off ta' taxxi addizzjonali u interessi fir-rigward tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatamentt mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandha ssir pressjoni fuq il-Kummissarju tat-Taxxi Nterni f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #25884 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Performance Bonus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus? Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju? X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #25961 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' l-overtime li sar fl-istock exchange minn Settembru 1998 sa' l-aħħar ta' April 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-mejda tal-kamra d-dettalji ta' l-overtime li sar fl-istock exchange minn Settembru 1998 sa' l-aħħar ta' April 2001.
Leg 9 PQ #26034 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tal-Finanzi

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fid-dekasteru tiegħi hemm 35 impjegat/a fuq parental leave imqassmin kif ġej: Skala tas-salarju Nisa Rġiel Total 7 - 1 1 10 1 - 1 13 7 - 7 14 10 1 11 15 9 1 10 16 3 - 3 18 2 - 2 32 3 35
Leg 9 PQ #25796 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeri — Trasport privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm ħsieb li s-servizz tat-trasport ta' xi ministeru/i partikolari ser jibda jitħaddem mil-privat?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jkun aktar ċar fid-domanda tiegħu.