Tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jieħu d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali biex isib post alternattiv, biex individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separtament, tissolvielu l-problema li m'għandux fejn jabita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata attivament u li l-każ qed jitqies bħala priorita'.
Tista' l-Ministru tara li l-gallarija fil-fond f'Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata minħabba li kull darba li tagħmel ix-xita, qed ikunu kkaġunati ħsarat fil-fond?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar tilqa applikazzjonijiet għall-irranġar ta' gallariji fi proprjeta' mikrija mingħand il-Gvern taħt Skema W, dwar Għajnuna Finanzjarja fuq Xogħlijiet ta' Titjib fi Djar Proprjeta tal-Gvern.
Ninsab infurmata wkoll li ma jidhirx li l-Awtorita' irċeviet xi applikazzjoni f'dan ir-rigward mingħand il-persuna ndikata. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lil din il-persuna lit-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' biex tagħmel l-applikazzjoni meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' single parent bi tlitt itfal li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li tgħix f'Wied il-Għajn? X'tama hemm li din tieħu post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien m'ohrajn simili.
Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna li hi residenti f'waħda mid-djar ta' l-anzjani tal-Gvern tibqax tieħu l-pensjoni jew tinqatagħlha parti minnha? X'inhi l-politika tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li żżamma ta' kontribuzzjoni minn pensjonijiet jew benefiċċji soċjali, mħallsa lil persuni li jibbenefikaw minn servizz residenzjali finanzjat mill-Istat, ilha fis-seħħ minn Lulju 1979. Preżentement, l-ammont ta' din il-kontribuzzjoni hu kalkulat skond l-Avviż Legali Nru 259 ta' l-2004.
Il-politika tal-Gvern dwar is-suġġett hi li dawn il-kontribuzzjonijiet iservu biex ikopru parti minn nefqa fuq proġetti għall-benefiċċju u kwalita ta' ħajja aħjar ta' dawk li jgawdu minn dan is-servizz.
Tista' l-Ministru tara li jsir xi ħaġa fuq każ ta' żewġt itfal li jridu jiġu fostered għand familja peress li l-missier ma jistax ikompli jieħu ħsieb dawn it-tfal peress li l-omm telqet u abbandunat it-tfal? Tista' din il-familja tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-fatt, l-Aġenzija Appoġġ kienet allokat lit-tfal li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant f'respite foster care iżda wara ġimgħatejn dan l-arranġament kellu jitwaqqaf minħabba nuqqas ta' koperazzjoni min-naħa tal-missier.
Ninsab infurmata wkoll li, wara, il-missier talab lill-Appoġġ li t-tfal jitpoġġew f'istitut. Il-manager taċ-Child Protection Services ta' l-Aġenzija xtaqet tiltaqa' mal-missier biex jiġu diskussi possibilitajiet oħra fejn jistgħu jitqiegħdu dawn it-tfal, fl-ambitu ta' familja. Din il-laqgħa hi ppjanata għall-14 ta' Marzu 2007.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24072 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilha, tista' l-Ministru ġentilment tgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu skemi ta' għajnuna lil min għandu d-dar Raħal Ġdid u jixtieq jirranġa l-gallarija ta' l-injam? Billi f'dan il-każ partikolari l-gallarija qed taqa' u dan jista' joħloq periklu anke lin-nies li jinzertaw għaddejjin minn taħtha, jekk is-sid jirranġaha jkun jista' japplika għas-sussidju jekk xi darba dan joħroġ għar-Raħal Ġdid? Hemm xi skemi ta' għajnuna jew sussidji għall-każijiet bħal dawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar għandha skemi li permezz tagħhom inkwilini fi proprjeta’ tal-Gvern jew privata kif ukoll sidien privati ta’ proprjeta’ jistgħu jibbenefikaw minn għotja ta’ flus biex jirranġaw jew jibdlu gallariji ta’ l-injam. Dawn l-iskemi jkopru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lil persuna konċernata li tmur it-taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ biex tagħmel applikazzjoni taħt l-iskema relevanti.
Tista' l-Ministru tgħarraf lil din il-Kamra kemm hemm kawżi pendenti quddiem it-tribunal industrijali, kemm ġew ippreżentati f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm ġew deċiżi?
Apparti hekk, jista' jgħid kemm hemm kawżi pendenti wara li ċ-chairman irriżenjat peress li ġiet elevata għall-uffiċċju ta' maġistrat?
X'inhi r-raġuni li għadu ma ġiex maħtur chairman ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tribunal Industrijali ma jaqax taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru de-requisitions fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ħareġ 128 u 113-il notifika ta' derekwiżizzjoni fuq postijiet privati f'Jannar u Frar 2007 rispettivament.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' għamara/pittura
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' għamara/pittura fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-2006 ma kien hemm ebda nfieq fuq kiri ta’ għamara jew pittura mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ikliet/Hospitality
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitalityfil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-nefqa totali fuq hospitality, matul is-sena 2006, mill-Ministeru, Dipartiment u entitajiet kollha li jaqghu taht id-dekasteru tieghi kienet Lm6,846.87.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Xiri ta' Stationery
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal xiri ta' stationery fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-taghrif mitlob mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni f'Wied il-Għajn li huma single, inkluż ġenitur singlu, separat jew divorzjat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ebda Dipartiment jew entita' li taqa' taht id-dekasteru tieghi ma jzomm statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi ghal persuni li qed jircievu xi beneficcju socjali mhallsa taht l-Att dwar is-Sigurta' Socjali, ninsab infurmata li din l-istatistika qed tingabar u Twegiba tinghata f'xi Seduta ohra.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' Proprjeta'
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' xtieli/pjanti fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-2006 ma kien hemm ebda nfieq fuq kiri ta’ pjanti jew xtili mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu.
Nirriferik ġentilment għall-każ ta' housing ta' single mother b'żewġ ulied li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qalet li għandha każ urġenti. Tista' jekk jogħġbok tinvestiga dan il-każ fuq il-merti tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.
Tista' l-Ministru tgħid u tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tal-perit tal-fond li jinsab f'Bormla, li ġie rrifjutat minn persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li qed tallega li dan il-post huwa substandard? Tista' tikkonferma jekk dan il-post hux tajjeb għall-abitazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jeżisti rapport minn perit dwar il-fond li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant irrifjutat.
Ninsab infurmata wkoll li, minn spezzjoni li saret is-sena l-oħra, il-fond kien fi stat strutturali tajjeb iżda kien jinħtieġlu li jinbidel il-madum u l-kamra tal-banju. Il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant setgħet tapplika u tibbenefika għall-għajnuna mill-Awtorita’ tad-Djar biex isiru dawn ix-xogħlijiet, iżda hi xorta għażlet li tirrifjuta l-fond, li issa ngħata 'l-ħaddieħor li proprju ser jingħata l-għajnuna ndikata.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjani għandu l-gvern biex jinkoraġixxi l-firxa tat-teleworking?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Gvern hu mpenjat li jippromwovi inizjattivi li permezz tagħhom jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja li jgħinu wkoll biex tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Kien għalhekk li matul l-2005 u l-2006, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza mexxiet numru ta’ proġetti, parzjalment finanzjati mill-Unjoni Ewropea, fosthom proġett pilota dwar teleworking.
Waqt dan il-proġett, erba’ uffiċjali pubbliċi, li kienu qed jaħdmu fuq siegħat imnaqqsa ta’ xogħol, ġew magħżula biex jaħdmu fuq sistema ta’ teleworking. Dan il-proġett kien jinkludi wkoll studju dwar sitwazzjonijiet fejn kienet qed tintuża din is-sistema fis-settur pubbliku. Ninsab infurmata li dan il-proġett wera biċ-ċar li t-teleworking iħalli riżultati tajbin għax jgħin biex ikabbar il-produttivita’ u fl-istess ħin jilħaq l-iskop li jikkreja aktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.
Ninsab infurmata li bħalissa qed jiġu preparati linji gwida dwar din is-sistema biex tiddaħħal u tinfirex fis-servizz pubbliku kollu.
Peress li meta bdew isiru x-xogħlijiet fuq l-appartamenti ġodda fi Triq E.S. Inglott, Bormla ir-residenza hawn taħt indikata separatament sofriet ħsarat li ġew recorded minn periti tal-gvern, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal dan il-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar ma jirrizultax li wasal ghandu xi lment dwar il-fond indikat mill-Onor. Interpellant.
Ghalhekk tlabt lill-imsemmi Dipartiment biex investiga u jiehu l-azzjoni mehtiega.