Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati kawżi lill-(avukati) kuraturi deputati li hemm fuq il-lista fil-kuraturi u dan għas-snin 1998 u 1999?
Jista' jagħti dettalji tal-kawżi hekk assenjati?
Jista' jgħid min huma l-avukati appuntati bħala kuraturi fuq il-lista llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kif iż-Lm 2.7 miljuni li semma li ngħataw lill-kunsilli lokali għal resurfacing ta' toroq fil-laqgħa għas-sindki f'Għawdex tqassmu lil kull kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ghas-sena finanzjarja li taghlaq fil-31 ta' Marzu 2001 il-Kunsilli Lokali se jkunu nghataw skond il-kalkoli taghna l-ammont li jidhru fl-iskeda annessa.
Ta' min izid li l-ammonti jinkludu element ghall-patching, u li hija fid-diskrezzjoni tal-Kunsilli Lokali, bl-awtonomija taghhom, jiddeciedu kemm ghandhom jallokaw u jonfqu ghar-resurfacing.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal-mistoqsija parlamentari nru. 19030, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn gwardjani lokali f'pajjiżna raħal b'raħal?
Response (GATT, AUSTIN)
M'ghandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt ghad-domanda parlamentari msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid f'idejn min qiegħda d-dixxiplina tal-wardens li jaħdmu f'Għawdex? X'passi jittieħdu jekk jiġi ppruvat li warden ikun naqas milli jagħmel id-doveri tiegħu sewwa, fis-sens li jekk fi triq ikun hemm ipparkjati tliet vetturi ħażin lil waħda l-warden jagħmillha avviż ta' kontravenzjoni u lit-tnejn l-oħra ma jagħmillhomx? Jista' l-Ministru jgħid jekk, meta, u f'liema ħinijiet l-uffiċċju tal-wardens f'Għawdex ikun miftuħ għall-pubbliku?
Billi l-uffiċċju tal-wardens f'Għawdex, fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata jkollu fuq il-bieb ta' barra "No Entry", jista' l-Ministru jgħid kif għandu jagħmel u/jew fejn għandu jmur ċittadin li jkun joqgħod f'Għawdex jekk iħoss li għandu jagħmel ilment kontra xi warden li fl-opinjoni ta' dan iċ-ċittadin ikun qiegħed jabbuża waqt il-qadi tad-dmirijiet tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid jekk ċittadin li jkun għamel ilment jingħatax sodisfazzjon fuq l-ilment li jkun għamel?
Ma jidhirlux il-Ministru li billi dawn il-wardens huma mħallsin minn flus il-poplu u mit-taxxi li ċ-ċittadini qegħdin iħallsu, il-pubbliku għandu jkollu dritt li jidħol fl-uffiċċju tal-wardens biex ikun jista' jagħmel l-ilmenti tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Kunsill Lokali jottjeni s-servizz tal-Gwardjani Lokali licenzjati skond il-ligi minn ghand Agenzija li wkoll ikollha licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Meta Kunsill Lokali ma jkunx sodisfatt bil-performance ta' Gwardjani Lokali ghandu il-fakolta kollha li, skond it-termini tal-kuntratt li ghandu mal-Agenzija, jitlob li dak il-Gwardjan Lokali ma jkomplix iforni servizz lil dak il-Kunsill.
L-Ufficcju tal-Agenzija qieghed hemm biex taqdi l-funzjonijiet taghha l-istess Agenzija fir-rigward tal-Kunsilli Lokali w mhux biex jisma jew jitratta lmenti tal-pubbliku liema ilmenti ghandhom jitwasslu direttament lill-Kunsill Lokali koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid, mill-introduzzjoni tal-gwardjani lokali sal-lum, kemm ingħataw ċitazzjonijiet? Jista' jgħid: (1) x'kienu l-kontravenzjonijiet li għalihom ingħataw iċ-ċitazzjonijiet; (2) iċ-ċitazzjonijiet li ngħataw kemm huwa stmat li jammontaw fi flus; (3) f'liema lokalitajiet ngħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi ghat-twegiba li nghatat ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 16695.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16697?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ghalkemm l-ammont li jista' jithallas ma giex rivedut, saret revizjoni biex l-onorarja tithallas ukoll lill-Vici Sindku meta dan jassumi l-funzjonijiet ta' Sindku.
Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul is-sena 2000, kont imsiefer fuq xoghol ministerjali f'zewg okkazjonijiet :
2000 (Bejn 4-5 April ) - It-12 -il Konferenza ghall-Ministri Ewropej responsabbli minn Gvern Lokali . Id-delegazzjoni kienet tinkludi is-Sur Anthony Mifsud Bonnici , s-Sur Claudio Grech u s-Sur Maurice Caruana . Il-Konferenza saret f'Istanbul.
(Bejn 7-9 ta' Gunju) - It-23 Konferenza tal-Ministri Ewropej tal-Gustizzja. Is-Sur Anthony Mifsud Bonnici u Dr. Anthony Borg Barthet kienu fid-delegazzjoni. Il-Konferenza saret f'Londra.
Matul l-1999, ma kontx imsiefer fuq xoghol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa gwardjani lokali li ġew ingaġġati fil-lokalitajiet kollha f'daqqa f'Malta u f'Għawdex? Jista' l-Ministru jagħti wkoll breakdown ta' kull raħal/belt?
Response (GATT, AUSTIN)
L-impjieg tal-Gwardjani Lokali isir minn ditti privati u mhux mill-Gvern u konsegwentament l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma taqax taht ir-responsabilitajiet tieghi.
Jista' l-Ministru jgħid x'konċessjonijiet għandhom persuni b'diżabilita' bi blue stickers fir-rigward ta' taħrikiet mogħtija minn gwardjani lokali mibħabba pparkjar ta' karozzi f'postijiet ipprojbiti?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-koncessjonijiet moghtija lill-persuni li ghandhom "blue sticker" huma regolati bil-ligi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru kawżi ġodda għal separazzjonijiet u/jew annulamenti din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul din is-sena sal-lum gew ipprezentati 124 kawzi godda tas-separazzjoni u infethu 82 kawzi godda ghall-annullament taz-zwieg.
Gew ipprezentati wkoll 19-il rikors fil-Qorti ta' l-Appell sabiex jigu rregistrati annullamenti taz-zwieg moghtija mill-Kurja.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ċerti ġurijiet idumu biex jitressqu quddiem il-Qorti Kriminali għal ġuri bħal dak li għaddej issa fejn il-każ hu allegat li sar kważi għaxar snin ilu?
Teżisti xi ordni speċifika ta' kif jinstemgħu il-ġurijiet
Response (GATT, AUSTIN)
Jezistu diversi fatturi li jtawwlu l-proceduri fil-Qorti Kriminali sabiex jigu appuntati gurijiet.
Normalment il-Qorti Kriminali zzomm is-sekwenza ta' l-appuntamenti hekk kif jigu pprezentati l-Atti ta' l-Akkuza mill-Avukat Generali tar-Repubblika fir-Registru ta' dik il-Qorti.
Wahda mir-ragunijiet principali tista' tkun il-fatt li jigi prezentat appell mill-eccezzjonijiet preliminari. F'dan il-kaz il-Qorti Kriminali ma tkunx tista' tappunta l-guri sakemm jigi deciz l-appell.
Fattur iehor ghal tali dewmien jista' jkun ghar-raguni li d-difensuri u/jew il-Prosekutur jkunu okkupati f'gurijiet ohrajn u ghalhekk il-Qorti tkun kostretta li tappunta l-gurijiet ghal dati miftehma ghal dan il-ghan.
Ta' min ighid ukoll illi l-gurijiet fejn l-akkuzati ma jkollhomx il-beneficcju tal-liberta' provizorja jinghataw precedenza fl-appuntament fuq dawk li jkunu barra bil-liberta'.
Kemm tressqu każijiet ġodda għas-separazzjoni miż-żwieg matul din is-sena?
Kemm minnhom huma ta' żwieġ bejn naħa Maltija u oħra barranija?
Kemm ġew deċisi każijiet ta' separazzjoni mill-Qrati matul din is-sena? Kemm-il deċiżjoni kienet favorevoli li ssir is-separazzjoni?
Kemm ġew irtirati każijiet matul l-istess żmien?
X'inhu n-numru totali ta' każi ta' separazzjoni pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul din is-sena sal-lum gew ipprezentati 124 kawzi godda ta' separazzjoni miz-zwieg.
Ma tinzammx statistika li tiddistingwi liema parti hija Maltija u liema hija barranija.
Matul din is-sena sal-lum gew decizi 37 kawza ta' separazzjonijiet mill-Prim' Awla tal-Qorti Civili u gew decizi
11-il kawza ta' separazzjonijiet mill-Qorti ta' l-Appell. Ma tinzammx statistika dwar kif tinqata' kawza.
Fl-istess zmien gew irtirati b'kollox 62 kawza u cioe' 44 kawza gew ceduti u 18 ohra gew dikjarati dezerti.
Sal-lum hemm 585 kawzi ta' separazzjonijiet pendenti fil-Prim 'Awla tal-Qorti Civili u 10 pendenti fil-Qorti ta' l-Appell.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Qrati? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
B'riferenza ghall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant, kien hemm hames impjegati li gew trasferiti mill-Qrati tal-Gustizzja ghal xi Dipartiment iehor mill-5 ta' Jannar sa l-10 ta' Settembru 2000. F' zewg kazijiet li jirrigwardaw Skrivan u Operative, it-trasferimenti saru wara talba ta' l-istess impjegati , fil-kaz ta' zewg impjegati ohra fil-grad ta' Ufficcjal Principal Anzjan dawn gew ittrasferiti wara li l-impjegati in kwistjoni gew mahtura bhala Assistenti Diretturi. Il-hames kaz huwa dwar General Hand li gie trasferit fuq insistenza tad-Dipartiment warali rapport ta' Bord ta' Inkjesta li twaqqaf biex jinvestiga xi irregularijiet f'sezzjoni tal-Qorti ghamel suggeriment li l-Ufficcjal in kwistjoni m'ghandux jibqa' jahdem fid-Dipartiment tal-Qrati.
Trasferimenti, kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, isiru skond l-esigenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-kunsilli lokali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 persuna wahda giet trasferita mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
It-trasferimenti isiru skond l-esigenzi tas-servizz.
Jista l-Minstru jgħid kemm-il ftehim ta' kollaborazzjoni bejn il-kunsilli lokali u l-Water Services Corporation intlaħqu sal-lum?
Liema huma? (jistgħu jitpoġġew kopji tal-ftehim milħuqa fuq il-mejda tal-kamra).
Kemm il-claim saret mill-Kunsilli li qed joperaw dan il-ftehim lill- Water Services Corporation u kemm jammontaw fi flus dawn il-claims.
Response (GATT, AUSTIN)
S'issa saru (11) il-ftehim ta' kollaborazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u l-Water Services Corporation.
Il-Kunsilli Lokali ta' Birkirkara , Mellieha u Zurrieq iffirmaw il-ftehim fit-8 ta' Mejju 2000 fil-waqt li l-Kunsilli ta' Zabbar, Zejtun, Attard, Kirkop, Luqa, Mqabba, Safi u Santa Lucija iffirmaw fit-28 ta' Settembru 2000.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-ftehim li kull Kunsill iffirma mal-Water Service Corporation.
Dwar l-ahhar parti tar-risposta, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kontroll għandu l-gvern ċentrali fuq kif jintnefqu l-flus fil-kunsilli lokali?
Il-gvern jiġi kkonsultat dwar proġetti kbar, per eżempju, bidla totali fil-karatteristiċi tal-pjazza tar-raħal?
Jekk ir-risposta għall-mistoqsija numru 2 hi fl-affermattiv, min ikkkonsulta ma' min tul is-snin 1999, 2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kunsilli Lokali iridu joperaw skond il-provvedimenti ta' l-Att, ir-Regolamenti u l-Proceduri dwar il-Kunsilli Lokali. Barra minn hekk, l-Att jipprovdi li ta' kull sena issir verifika minn uduturi tal-gvern lokali li jkunu gew mahtura mill-Awditur Generali. Ir-Rapporti ta' dawn l-uduturi jitqieghdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Ministeru tieghi ma jigix konsultat fi progetti li jwettqu l-Kunsilli peress illi m'ghandu ebda funzjoni amministrattiva f'dan is-sens.