Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35088 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rural strategy topic paper li ppublikat l-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tar-Rural Strategy Topic Paper li hu maqsum fi tlett partijiet, (Draft for Public Consultation Vol I u Vol II u Executive Summary). Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Leg 9 PQ #35089 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan lokali għaċ-ċentru ta' Malta ppublikat mill-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta` Malta li hu maqsum f`żewġ partijiet, (General and area policy proposals u policy maps). Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Leg 9 PQ #35097 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna meta l-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar ser toħroġ ir-riżultat ta' l-intervisti għal senior administrative assistant (Skala 6)? Liema intervisti saru kważi xahar ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-riżultati ta` l-intervisti li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant issa ħarġu.
Leg 9 PQ #35101 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif u meta ser jingħataw ġieħ iż-żewġ kuntistabbli li isimhom qed jinbagħtu separatament li riċentement wettqu att erojku f'inċident stradali?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34414.
Leg 9 PQ #35104 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi u miżuri oħrajn ħadu l-pulizija sabiex jaraw li ma jkunx hemm tipjip fl-edifiċju tal-qorti tal-maġistrati wara li t-tipjip m'għadux permess?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, it-tipjip fil-bini tal-Qrati tal-Maġistrati huwa ipprojbit bir-Regoli tal-Qrati biex jinżamm il-Bon Ordni fil-Qrati tal-Maġistrati taħt il-pieni msemmija fl-Artikolu 990 tal-Kodiċi ta` Organizzazzjoni u Preċedura Ċivili. Dawn ir-Regoli huma infurzati mill-Marixxalli. Madankollu l-Pulizija ingħataw struzzjonijiet kemm sabiex ma jsirx tipjip fil-bini tal-Qorti tal-Maġistrati, kif ukoll sabiex jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa sabiex dawn ir-Regoli jkunu osservati.
Leg 9 PQ #35167 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Mejju 2000, Ġunju 2000, Lulju 2000, Ottubru 2000, Novembru 2000, Diċembru 2000, Ottubru 2001, Novembru 2001, u Diċembru 2001? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Mejju 2000, Ġunju 2000, Lulju 2000, Ottubru 2000, Novembru 2000, Diċembru 2000, Ottubru 2001, Novembru 2001 u Diċembru 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul il-perijodu indikat fil-Mistoqsija, in-numru ta` reati kriminali irrappurtati lill-Pulizija u n-numru ta` persuni li nstabu ħatja ta` reati kriminali fl-istess żmien kienu kif ġej:- 2000 Reat mwettqa Persuni ħatja ta` reati kriminali Mejju 1,479 777 Ġunju 1,338 492 Lulju 1,684 494 Ottubru 1,323 638 Novembru 1,284 632 Diċembru 1,167 297 2001 Ottubru 1,280 591 Novembru 1,381 719 Diċembru 1,496 328
Leg 9 PQ #35168 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul is-sena 1998, xahar b'xahar, is-sena 1999, xahar b'xahar, is-sena 2000, xahar b'xahar, Ottubru 2001, Novembru 2001, u Diċembru 2001? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul is-sena 1998, xahar b'xahar, is-sena 1999, xahar b'xahar, is-sena 2000, xahar b'xahar, Ottubru 2001, Novembru 2001, u Diċembru 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35169 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'liċenzji għandu l-operatur ta' l-istabbiliment kummerċjali li jġib l-isem Wise Guys, Triq il-Mazzola, Buġibba? Jista' jgħid għaliex il-pulizija qed tkaxkar saqajha biex tieħu passi biex jitrażżan l-aġir abbużiv ta' l-operatur li jdoqq il-mużika b'volum għoli sas-sigħat bikrin ta' filgħodu? Jista' ukoll jagħti rendikont dettaljat tar-rapporti kollha li saru fil-konfront ta' l-operatur ta' dan l-istabbiliment kummerċjali sew fl-għassa tal-pulizija tal-Qawra kif ukoll direttament lill-kummissarju tal-pulizija b'deskrizzjoni tal-passi li ttieħdu mill-pulizija għal kull rapport li sar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa liċenzjat għal bejgħ ta` likuri spiritużi u għandu ukoll permess għal soft background music sas-1.00am. Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f`dan il-post u kull meta kien hemm lok, ittieħdu passi quddiem il-Qorti. Fil-fatt minbarra il-każi deċiżi, hemm ukoll oħrajn li għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #35170 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs — Droga

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li nstabet id-droga f'suletta tal-papoċċ (leminija) ta' priġunier fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin liema papoċċ għadda minn idejn qarib ta' l-istess priġunier fit-taqsima tad-debituri? Jekk iva, kemm kien hemm droga? X'kienet id-droga? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ġie mgħoddi lill-Pulizija mill-Awtoritajiet tal-Ħabs. Jirriżulta li instabu 2.8 grammi ta` eroina fil-karkur li kien ser jingħata lill-priġunier minn xi qraba tiegħu, liema karkur kien għadu ma għaddiex għand il-priġunier. Żewġ persuni ser jitressqu l-Qorti dwar dan il-każ li dwaru saret inkjesta Maġisterjali, liema inkjesta għadha mhux konkluża.
Leg 9 PQ #35171 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Priġunieri

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li matul dawn l-aħħar ġimgħat ġew imsawta u sofrew xi ġrieħi xi uffiċjali korrettivi minn xi priġunieri li qegħdin jinżammu fl-isptar Monte Carmeli kif ukoll fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-aħħar ġimgħat qabel id-data tal-Mistoqsija, ma kien hemm l-ebda uffiċjal jew priġunier li sofra xi ġrieħi. L-aħħar inċident ta` dan it-tip imur lura għat-23 ta` April 2002. F`kull każ isir rapport u jittieħdu passi dixxiplinari kemm interni kif ukoll, jekk ikun il-każ, passi fil-Qorti Kriminali.
Leg 9 PQ #35172 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Priġunieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-priġunieri li ttellgħu fl-isptar Monte Carmeli mill-ewwel ġurnata li nfetaħ ward 10 sal-31 ta' Lulju 2002? Jista' jispeċifika r-raġuni għaliex ittellgħu fil-ward 10 ta' l-isptar Monte Carmeli riferibbilment għal kull priġunier?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records miżmuma fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin dwar il-priġunieri li jiġu riferuti għal Ward 10 fl-Isptar Monte Carmeli li jibdew mill-1 ta` Jannar 1997 sa l-20 ta` Awissu 2002, dil-ward intużat 515 -il darba. Dan in-numru ma jirriflettix in-numru ta` priġunieri individwali minħabba li priġunier jista` jkun ġie referut diversi drabi matul iż-żamma tiegħu fil-Faċilita`. Id-deċiżjoni biex priġunier jintbagħat l-Isptar Monte Carmeli (Ward 10) tittieħed mill-psikjatra tal-Ħabs u għalhekk hija ta` natura medika u għaldaqstant dettalji dwar ċertifikati mediċi mhux xieraq jiġu żvelati pubblikament.

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet tal-pulizija li jdoqqu fil-banda tal-pulizija, jiġifieri mill-att ta' siegħat ta' xogħol, duties oħra barra dan l-impenn, allowances eċċ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Membri tal-Korp tal-Pulizija, jaħdmu tmien sigħat xogħol kull ġurnata u huma ntitolati għal ġurnata mistrieħ wara ħames t`ijiem. Il-maġġor parti jaħdmu bix-xift skond il-ħtiġijiet tat-Taqsima fejn ikunu stazzjonati. Hemm oħrajn li jaħdmu fl-uffiċini, u dawn jaħdmu mit-Tnejn sal-Ġimgħa u jkollhom is-Sibt u l-Ħadd mistrieħ. Dawk il-Membri tal-Korp, taħt ir-rank ta` Spettur huma wkoll intitolati għall-ħlas tas-sigħat żejda li jaħdmu. Dawk il-Membri tal-Korp li jkunu stazzjonati f`Taqsimiet Speċjalizzati, kif ukoll dawk li jkollhom kwalifiki universitarji, jingħataw allowance.
Leg 9 PQ #34775 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Atkins Report

Question

B'riferenza għall-Atkins report li qed nibgħat kopja separatament, jista' l-Ministru jinfurmani x'investigazzjoni saret sabiex jitħares u jiġi rimedjata l-periklu fuq iċ-ċittadini u turisti li kkawża ċ-ċaqlieq tal-mini mill-pjanta oriġinali tal-proġett inkwistjoni? Min se jerfa' r-responsabbilta' kemm-il darba ma jiġix rimedjat il-periklu msemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-pjanti u r-rapporti sottomessi mill-applikant, li jikkonċernaw il-'fire safety' ventilazzjoni u d-disinn tat-triq fl-applikazzjoni għal Tigne` Sports Phase u Tigne` Link Road, ġew mibgħuta lil Civil Protection Department u l-Malta Transport Authority mid-Direttorat ta` l-Ippjanar, għall-kummenti tagħhom. Dawn iż-żewġ Dipartimenti aċċettaw dawn id-dokumenti iżda l-fireproofing, ventilazzjoni u illuminazzjoni tat-tunnel, fil-ħruġ tal-permess ta` żvilupp ġew ritenuti bħala materji li jridu jiġu approvati qabel ma jiġi kkummissjonat ix-xogħol tat-tunnel u suġġetti għall-approvazzjoni tal-Malta Transport Authority.
Leg 9 PQ #34923 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tindif

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issir it-tindif meħtieġ fl-Exiles (fl-inħawi tal-Kamra tas-sajjieda) peress li hemm numru ta' postijiet maħmuġa speċjalment bi fdalijiet ta' xogħol ta' kostruzzjoni li sar reċentament?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #34926 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ċens

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 34836 li originarjament saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover għadha ma ġietx mitluba tgħid jekk tridx taqleb iċ-ċens tad-dar tagħha fil-HE ta' San Gwann għal wieħed perpetwu kif ġew mistoqsija residenti oħrajn fl-istess parti ta' l-Estate?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, filwaqt li tikkunsidra kull talba lli tirċievi biex ċens temporanju jinqaleb għal wieħed perpetwu, ma tibgħatx għan-nies minn jeddha. Fil-fatt il-każijiet li kien hemm fil-Housing Estate f`San Ġwann fejn iċ-ċens inqaleb għal wieħed perpetwu kienu saru wara talba bil-miktub miċ-ċenswalisti rispettivi. Fil-każ tar-resident li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant jidher li dan qatt ma għamel talba fir-rigward u għalhekk, jekk dan ir-resident huwa interessat li jagħmel hekk, huwa għandu jikteb lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern.
Leg 9 PQ #34945 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34732, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew interrogati nies mill-pulizija dwar il-każ tal-velenu tal-ġrieden mat-tea bags ? X'jonqos biex tiġi konkluża l-investigazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi tul il-kors ta` din l-investigazzjoni il-Pulizija tkellmet ma` mhux anqas minn ħdax-il persuna. Dawn kollha taw ukoll ix-xhieda tagħhom fl-Inkjesta Maġisterjali, illi l-proċess verbal dwarha għad ma ġiex redatt.

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35025 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fis-CCF li qed jistennew għall-appell fil-Qrati ? Kemm ilhom jistennew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi ma jkollux din it-tip ta` informazzjoni peress li ħafna drabi l-priġunier ma javżax lid-Dipartiment li l-avukat tiegħu jkun għamel l-appell.
Leg 9 PQ #35026 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF — Fence

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-aħħar proġett ta' twaqqif ta' fence ġdid fis-CCF? Jista' l-Ministru jipprovdi irċevuti tal-ħlas li għadda lill-kuntrattur.

Response (BORG, TONIO)

Il-proġett ta` twaqqif ta` fence ġdid fis-CCF sewa Lm88,141.82. Dan ingħata b`kuntratt Nru. CT2030-2001, maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed jintalbu l-irċevuti, ma nara l-ebda skop li dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq tal-Gvern jingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika kull sena.
Leg 9 PQ #35027 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF — Common Room

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' common room għall-priġunieri fis-CCF?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi diġa` tlestit u qegħda tintuża l-Common Room ta` Diviżjoni Nru 1. Minħabba impenji oħra li kienu jirrikjedu prijorita`, għalissa, ix-xogħol fuq il-common rooms l-oħra twaqqaf.