Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pembroke — Bini ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tinbena l-iskola l-ġdida ġewwa Pembroke?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li t-‘tender’ ġiet ippublikata u tagħlaq fl-10 ta’ Mejju 2007. Ix-xogħol jinbeda meta jkollna ‘Letter of Acceptance’ mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Marbut magħha hemm ukoll il-permess tal-MEPA.

Kulleġġi — Rwol ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separament x'xogħol u xi rwol għandu vis-a-vis l-Kulleġġi? Jista' jgħid din il-persuna kemm ilu jagħmel dan ix-xogħol u fejn kien qiegħed qabel ġie fix-xogħol li għandu fil-preżent? Jista' jgħid ukoll jekk hux qed jieħu xi ħlas ieħor minbarra l-paga tiegħu bħal allowances jew ħlasijiet oħra? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid kemm u x'inhuma dawn il-ħlasijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna msemmija, bħalissa qiegħdha tagħmel ix-xogħol bi prova ta' Precincts Officer fil-Kulleġġ San Benedittu. Din il-persuna ilha tagħmel dan ix-xogħol mis-sena 2006. Din il-persuna hija impjegata mal-kumpanija IPSL Ltd. u hija mislufa lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. Bħalissa qed tiġi diskussa r-remunerazzjoni li għandu jkollhom Precincts Officers tal-Kulleġġi.

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total ta' studenti li se joqogħdu għall-eżamijiet għal Junior Lyceum? Kemm huma subien u bniet? Kemm minnhom ġejjin minn skejjel tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-total ta' studenti li ser joqogħdu għall-ezamijiet tal-Junior Lyceum huwa ta' 3,770 (Subien - 2076; Bniet - 1694). Mill-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti it-total ta' studenti li ser joqogħdu għall-ezamijiet tal-Junior Lyceum huwa ta' 644 (Subien - 398; Bniet - 246).

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li se joqogħdu għall-eżamijiet tal-Junior Lyceum fi ftit ġimgħat oħra li mhux se joqogħdu għall-eżami tar-Reliġjon? Kemm huma bniet u kemm subien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 65 kandidat b'kollox li mhux ser joqogħdu għall-ezami tar-Reliġjon: 42 tifla u 23 tifel.

Għargħur — Skola primarja - tfal tal-ħames sena

Question

Jista' l-Ministru jara li t-tfal li qed jattendu l-iskola primarja tal-Għargħur u li jinsabu fil-ħames sena fil-klassi tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma jintlaqtux b'mod negattiv minħabba li l-istess persuna qed tkun bis-sick leave ta' sikwit?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-kaz imsemmi l-għalliema weġġgħet u li l-bzonnijiet tat-tfal ġew garantiti għaliex intbagħtet għalliema Supply li hija gradwata u kwalifikata fl-edukazzjoni.

Elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi? Jista' jgħid jekk minn meta saru l-aħħar elezzjonijiet sal-lum ġewx ikkonfermati l-presidenti u jekk ġewx rriplesjati dawk li ma xtaqux ikomplu, kif ukoll dawk li għal raġuni jew oħra ma setgħux ikomplu? Jista' jagħti assigurazzjoni li l-Kunsilli Skolastiċi kollha qed jiffunzjonaw skond il-liġi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi saru fis-26 ta' Jannar 2007. Ix-xogħol tal-Kunsilli Skolastiċi kollha qed jiġi segwit mit-Taqsima tal-Kunsilli skolastiċi tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni biex ikun assigurat li kollha qed jiffunzjonaw skond il-liġi. L-Assoċċjazzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi (AKS) ukoll issegwi x-xogħol li jsir fi ħdan il-Kunsilli Skolastiċi. Il-Presidenti konċernati jew ġew jew qed jiġu konfermati jew nominati.

Kulleġġi — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid minħabba li l-kulleġġi fin-natura tagħhom mhumiex kollha l-istess minħabba l-ambjent li jġibu magħhom l-istudenti, sarx xi provvediment biex ċerti kulleġġi jingħataw xi għajnuna partikolari? Jekk le, hemm il-ħsieb li jsir hekk? X'se tkun din l-għajnuna li se tingħata u lil liema kulleġġi?

Response (GALEA, LOUIS)

Uħud mill-Kulleġġi diġa' ingħataw appoġġ aktar mis-soltu. Qed jiġu finalizzati mizuri biex kull kulleġġ ikollu l-appoġġ meħtieġ.

MCAST — Studenti li jispeċjalizzaw fl-informatika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux arranġamenti simili għal li hemm fil-qasam ta' l-inġinerija biex studenti fl-MCAST li jispeċjalizzaw fl-informatika jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fl-istess suġġetti fl-Universita' ta' Malta? U jekk iva, x'inhi l-proċedura u x'inhuma l-kriterji applikabbli?

Response (GALEA, LOUIS)

IL-materja hi soġġett ta' diskussjonijiet bejn l-entijiet konċernati.

Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjegi — Delegazzjonijiet ministerjali

Question

Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru zewġ titjiriet fejn ma ntużatx l-Air Malta. Il-biljetti ġew maqtugħin mit-Tristar Travel u mill-Planit Travel li kellhom l-orħos offerta bil-prezz ta' Lm1026 u Lm2170 rispettivament.

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-istaff full-time u part-time separatament tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? X’ħidma qed titwettaq matul din is-sena skolastika u fejn? Kemm ipparteċipaw studenti u ġenituri?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Special Education Budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ministeru jew id-divizjoni ta’ l-edukazzjoni jingħatawx rendikont tal-budget Special Education li jammonta għal Lm216,000? Jekk fl-affermattiv, jista’ ipoġġi r-rendikonti għat-tlett snin li għaddew fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond ftehim ta' April ta' l-1996 id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tirrifondi 60% tal-pagi li l-Eden Foundation tħallas fit-tmexxija ta' ċerti programmi tagħha. Skond dan il-ftehim, l-Eden Foundation tibgħat rendikont tal-pagi li tkun ħallset lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Diploma in Journalism Studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li d-Diploma in Journalism Studies mhux ikkonsidrat bħal korsijiet oħra u allura ma jistgħux ikomplu għal degree, anzi jkollhom jibdew mill-ġdid? X’inhi r-raġuni għal dan u għall-fatt li credits u extra credits ma jgħoddux ukoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diploma in Journalism Studies huwa kors ta' studju li kien maħsub u mfassal bi qbil ma' l-Istitut tal-Ġurnalisti u l-Fundazzjoni Tumas Fenech. Il-kors huwa part-time matul il-ġurnata minħabba l-impenji ta' dawn it-tip ta' ħaddiema fuq ix-xogħol u jieħu sentejn. Il-kwalifiki mitluba biex persuna tagħmel Baċċellerat huma differenti, iżda min jibda l-kors li jwassal għal Baċċellerat fil-Kommunikazzjoni wara li jkun spiċċa l-kors tad-Diploma in Journalism Studies ikun eżentat li jsegwi dawk il-units komuni li jkun segwa b’suċċess fid-Diploma, skond il-provedimenti tar-Regolamenti ta’ l-Universita’.

Skejjel sekondarji ta' Għawdex — Early school leavers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm early school leavers mill-iskejjel sekondarji ta' Għawdex kull sena separatament għal dawn l-aħħar ħames snin; jindika r-raġuni, is-sess u l-eta'?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhux magħruf kemm huma l-kazijiet fejn l-ezenzjoni ntalbet biex tiffaċilita' xogħol għas-sajf qabel ritorn għal xi kors post-sekondarju.

Għalliema li jgħallmu l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għalliema li jgħallmu l-Ingliż lil studenti barranin fuq bażi part-timefl-iskejjel liċenzjati apposta, jaqgħux taħt ir-regolamenti ta' għalliema part-timeli jekk jgħallmu aktar minn 15 fil-ġimgħa jkollhom id-drittijiet ta' full-timepro-rata? Jekk fl-affermattiv x'inhuma d-drittijiet tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Avviz Legali 60 ta’ l-1977 li jirregola l-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg ta’ min ikun fl-impieg fi skejjel privati jikklassifika l-ħaddiema f’zewġ kategoriji:- Għalliema (Teachers); u Ħaddiema Oħrajn (Other Employees). Dan l-avviz legali ma jiddistingwix bejn skola u oħra, dan ifisser li japplika kemm għall-iskejjel akkademiċi kif ukoll tal-lingwi, fejn l-għalliem ikun meħtieġ li jkollu l-warrant ta’ għalliem. Sigħat tax-xogħol ta’ Għalliem huma; part-time sa 15-il siegħa fil-ġimgħa, u whole-time sa 27 siegħa fil-ġimgħa. Sigħat tax-xogħol ta’ Ħaddiema Oħrajn huma; part-time sa 24 siegħa fil-ġimgħa, whole-time sa 44 siegħa fil-ġimgħa. Biex part-timer ikun intitolat għall-benefiċċji kollha ta’ full-timer pro rata, ikun irid jissodisfa zewġ kundizzjonijiet kif elenkati fl-Avviz Legali 427 ta’ l-2002:- a) ikun l-impjieg prinċipali (li minnu titħallas il-kuntribuzzjoni tas-sigurta' soċjali); u b) jaħdem mhux inqas minn medja ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa, u f’kaz fejn il-liġi tipprovdi l-massimu tal-ħin tax-xogħol tal-ħaddiem part-time inqas minn 20, il-medja tkun ta’ 14-il siegha. (l-iskop ta’ din ta' l-aħħar kien biex igawdu wkoll l-għalliema fl-iskejjel u l-ħaddiema fil-manifattura ta’ gojjellerija).