Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 457 u cioe' jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programmi ta' ħidma tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għas-sena 2002 u 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar il-ħidma tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għas-snin 2002 u 2003.
Kunsill Malti għall-isport — Attivitajiet sportivi
Question
B’referenza għall-mistoqsija numru 466 li saret lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, jista' l-Ministru jgħid min hu d-direttur li jirrappreżentah fuq il-Kunsill Malti għall-Isport? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'ħidma wettaq fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport u xi pjanijiet hemm sabiex l-isport u l-attivita` sportiva jsiru aktar popolari? Fl-aħħarnett jista' jgħid fil-qosor x'ġie organizzat fis-sena skolastika li għaddiet f'dan is-sens?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Kemm se jirriżultawlu vacancies lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni fil-grad ta' Assistenti Kapijiet minn issa sa Jannar 2004? Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment huwiex se jaħtar assistenti kapijiet mil-lista li hemm bħalissa ta' dawk il-kandidati li għaddew mill-aħħar interview?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' vacancies fid-Dipartiment fil-grad ta' Assistenti Kapijiet minn issa sa Jannar 2004 huwa ta':
Primarja 12
Sekondarja 7
Iva, id-Dipartiment se jaħtar assistenti kapijiet mill-lista li hemm bħalissa ta' dawk il-kandidati li għaddew mill-aħħar interview.
Peress li l-MCAST qed joffri korsijiet simili għal dawk offruti mill-iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, jista' il-Ministru jagħmel stqarrija dwar l-intenzjonijiet futuri tiegħu jew tad-dipartiment dwar din l-iskola post sekondarja fin-Naxxar?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa la fil-livell tal-Ministeru u lanqas fil-livell tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma kien hemm xi diskussjoni dwar xi tibdil li jolqot l-iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi.
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-Ministeru u x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Name & Surname Position
Charlo' Bonnici Head of Secretariat
Pierre Cauchi Private Secretary
Alexander Bugeja Assistant Private Secretary
Claude Sciberras Communications Co-Ordinator
Jude Thaddeus Kenely Office Co-Ordinator
Margaret Abdilla Secretariat Officer
Maria Louise Aquilina Secretariat Officer
Euchar Camilleri Secretariat Officer
Maria Verin Secretariat Officer
Annabelle Vassallo Secretariat Officer
Christopher Grech Secretariat Pool
Stefan Cordina Secretariat Pool
Grace Buttigieg Secretariat Pool
Rocco Zahra Secretariat Pool
Daniel Farrugia Secretariat
Paul Grech Secretariat Messenger
Joseph Vassallo Secretariat Messenger
Joseph Catania Secretariat Messenger
Brian Camilleri Minister's Driver/Security
Mario Pace Minister's Driver/Security
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex l-instructors jiġu ħaġa waħda ma' l-għalliema? Jista' jgħid ukoll kemm hemm instructors u fejn qed iwettqu l-ħidma tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet ta' tiswija u manutenzjoni li se jsiru fis-sajf fuq l-iskejjel ta’ l-Istat? F'liema skejjel u x'inhu x-xogħol li se jsir f'kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ix-xogħlijiet ippjanati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għal dan is-sajf huma ħafna u varji: minn sempliċiment xogħol ta' tisbieħ, għal xogħlijiet estensivi ta' kostruzzjoni u finitura. Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed tippjana biex issebbaħ l-ambjent edukattiv ta' numru sostanzjali ta' skejjel, tagħmilhom aktar aċċessibli permezz ta' bini ta' ramep u stallazzjoni ta' diversi lifts, tibni laboratorji għat-tagħlim ta' xjenza u teknoloġija kif jitlob il-kurrikulu nazzjonali u wkoll qed tieħu ħsieb biex issaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fejn ikun meħtieġ, fost ħafna xogħlijiet oħra.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet ippjanati li hu ippjanat li jsiru fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx il-kuntratti kollha tax-xogħol u manutenzjoni li se jsiru fis-sajf fl-iskejjel ta’ l-Istat? Dawn kollha ngħataw wara sejħa pubblika? Lil min ingħataw il-kuntratti? Għal-liema skola? Kemm se jiswa x-xogħol f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li s-Seduta tal-Parlament ġiet avvanzata għal dalgħodu mill-bieraħ fil-għaxija, t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B’riferenza għar-risposta għal mistoqsija numru 463, dan ifisser li kulħadd jista' jagħmel ftehim privat ma' xi kulleġġ jew universita` barranija u jorganizza eżamijiet hawn Malta mingħajr ebda kontroll? Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni m'għandhiex interess tkun taf min u kif qed jiġu organizzati? Ir-riżultati kollha huma aċċettati f'Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet għandu l-awtorita' li jmexxi u mhux jirregola eżamijiet ta' barra tal-London Edexcel, City and Guilds International, London Chamber of Commerce and Industry, u l-Assessment and Qualification Alliance (AQA) u eżamijiet oħrajn, offruti minn diversi Bords barranin.
Id-Dipartiment minn dejjem għamilha ċara ma' dawn il-Bordijiet barranin ta' eżamijiet li huwa jkun jista' joffri s-servizz lilhom jekk ikun żgurat li d-Dipartiment huwa l-uniku aġent f'Malta li għandu r-responsabbilta' assoluta tat-tmexxija ta' l-eżamijiet offruti minnhom.
L-Att dwar l-Edukazzjoni jeżiġi li kull skola trid titlob permess biex topera imma ma jgħid xejn dwar l-organizzazzjoni ta' eżamijiet għan-nom ta' kulleġġ jew universitajiet barranin.
Dan l-aħħar, l-edukazzjoni transnazzjonali kibret sew għaliex saret ħafna aktar faċli permezz ta' 'Distance' u 'eLearning'. Id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti jħares b'mod pożittiv lejn dan l-iżvilupp għaliex sar possibli li residenti Maltin isegwu varjeta' akbar ta' korsijiet li Malta fiċ-ċokon tagħha ma tistax toffri. Pero', l-edukazzjoni transnazzjonali ġabet magħha ħafna problemi ġodda ta' rikonoxximent ta' kwalifiki, ta' kontenut, li ġieli jkun fqir, ta' korsijiet, u ta' nuqqas ta' gwida serja lill-istudenti.
Biex jilqa' għal problemi bħal dawn, il-Ministeru waqqaf il-'Malta QRIC (Qualifications Recognition Information Centre)' permezz ta' l-Att XIII ta' l-20 ta' Settembru 2002.
Dan iċ-ċentru:
jista' jipproteġi lill-istudenti billi jfornihom b'informazzjoni dwar ir-rikonoxximent u l-valur ta' kwalifiki speċifiċi organizzati barra minn Malta qabel ma dawn jinkitbu fil-kors;
jista' jagħti informazzjoni dwar il-valur ta' kwalifiki miksubin barra minn Malta lill-entitajiet edukattivi, lil min iħaddem u lill-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu liċenzji, warrants, etc, biex wieħed jipprattika xi professjoni jew sengħa;
jippromovi kredenzjali miksuba minn istituzzjonijiet rikonoxxuti Maltin ma' entitajiet barra minn Malta.
Iċ-Ċentru qiegħed jipparteċipa f'diversi studji u pjanijiet li qegħdin isiru mill-Unjoni Ewropeja biex tikber it-trasparenza u l-kwalita' fil-korsijiet ta' kull livell u ċ-Ċentru qed jaħdem biex jilħaq l-għanijiet deskritti fil-Proċess ta' Bologna u fil-Konvenzjoni ta' Lisbona.
Iċ-Ċentru Malti jifforma parti minn 'network' ta' 'National Accreditation, Recognition and Information Centres (NARIC's)' ta' l-Unjoni Ewropeja u tal-'European Network of National Information Centres on Accademic Mobility and Recognition' (ENIC's) stabbilit mill-Kunsill ta' l-Ewropa u l-UNESCO.
Barra minn hekk, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, permezz ta' Regolamenti ta' l-2000 dwar Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali ta' Malta qed jipprovdi qafas fejn l-iskejjel vokazzjonali statali jew indipendenti u min iħaddem jista jipprovdi tagħlim u taħriġ li fi stadji differenti jwassal għal ċertifikat komplut u rikonoxxut fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropeja, kemm minn min iħaddem kif ukoll minn istituzzjonijiet edukattivi.
Qed ninkludi lista ta' entitajiet f'Malta li jipprovdu korsijiet speċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt bit-tagħlim tal-PSD fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti? Jista' jelenka kemm hemm għalliema mħarrġa speċifikament fil-PSD f' kull skola sekondarja tal-Knisja u dawk indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kwalita' tat-tagħlim tal-PSD fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti tvarja bejn skola u oħra. Fil-maġġoranza dan it-tagħlim hu sodisfaċenti.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta' l-iskejjel u n-numru ta' l-għalliema mħarrġa.
Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji — Persuna li għandha tieħu xi flus wara l-qtugħ ta' sentenza
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa biex issir ġustizzja mal-persuna - l-isem tagħha qed jintbagħat separatament - ħalli din tieħu l-flus dovuti lilha wara s-sentenza maqtugħa fis-27 ta' Frar, 2002 mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji fir-riskors numru 260/97? Meta se titħallas is-somma dovuta din il-persuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħlas ta' l-ammont ta' flus kif deċiż b'sentenza tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mogħtija nhar is-27 ta' Frar 2002, li hu dovut lill-persuna li isimha intbagħat separatament, ġie mgħoddi lit-Teżor fix-xahar ta' Ġunju 2003 u hekk il-ħlas qed ikun affettwat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy fl-iskola primarja tal-Gżira li t-tfal tal-kindergarten ma joħorġuhomx għall-break? Jekk m'hemmx din il-policy, il-kindergarten assistants jitħallew jiddeċiedu huma jekk joħorġux it-tfal fdati lilhom għall-break? Għaliex hemm kindergarten assistant partikolari - isimha qed jintbagħat separatament - li l-ġenituri jilmentaw li qatt ma toħroġ lit-tfal għall-break?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-policy ta' l-Iskola tal-Gżira hija li t-tfal jinħarġu barra l-klassi fil-break. L-Amministrazzjoni ta' l-iskola tagħti importanza lill-valur tal-logħob għat-tfal ta' din l-eta', tant li ġiet imfassla timetable biex it-tfal jinħarġu fil-bitħa anke f'ħinijiet oħra barra l-break.
Jista jkun hemm każijiet fejn it-tfal ma jinħarġux waqt il-break għal raġunijiet varji u dan japplika ukoll għal Kindergarten Assistant li isimha intbagħat separatement.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 515 u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li kienu jaħdmu fil-lukandi fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn ħadmu f'Malta u kemm minnhom ħadmu f'Għawdex? Jista' jgħid x'kienet il-medja ta' l-eta' ta' dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu fuq kuntratt definit, indefinit u part-timers?
Response (GALEA, LOUIS)
Jiddispjaċini li għadu ma wasallix it-tagħrif kollu mill-ETC u għaldaqstant m'hinix f'pożizzjoni li nagħti tweġiba ħlief f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika li se tispiċċa fi ftit jiem, jekk kienx hemm rapporti ta' każi ta' abbuż ta' alkoħol fost studenti? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti dettalji bħal eta`, x' kien l-abbuż u forsi l-post?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kien hemm ebda rapport din is-sena skolastika ta' abbuż ta' alkoħol fost l-istudenti fil-ħinijiet ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jispiċċaw studenti mill-iskejjel tagħna din is-sena wara li temmew l-edukazzjoni sekondarja? Kemm huma subien u kemm bniet? Kemm se jispiċċaw minn skejjel statali, tal-Knisja u indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena se jkun hemm 3707 student li ser itemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom mill-Iskejjel ta' l-Istat. 1766 minnhom huma subien filwaqt li 1941 huma bniet. Hemm 1435 student mill-Iskejjel tal-Knisja. 798 minnhom huma subien filwaqt li 637 huma bniet. Hemm 368 mill-Iskejjel Indipendenti. 208 minnhom huma subien filwaqt li 160 huma bniet
Jista’ il-Ministru jgħid meta ħerġin il-promozzjonijiet ta’ supervisor maids mad-dipartiment ta’ l-edukazzjoni f’Malta u Għawdex? Kemm fil-fatt hu n-numru ta’ maids li bħalissa qed jagħmluha ta’ acting supervisors u f’liema skejjel f’Malta u Għawdex separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li m'hawn l-ebda Supervisor Maid mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti, xahar b'xahar f' Jannar, Frar, Marzu u April 2003, ta' ħaddiema barranin jaħdmu bla permess? Fejn kienu l-impjiegi marbuta ma' dawn ir-rapporti? X'sar f'kull każ u x'kien ir-riżultat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawn huma r-rapporti dwar barranin li saru xahar b'xahar minn Jannar sa April 2003.
Xahar Rapporti dwar Barranin L-Impjiegi marbuta ma'
dawn ir-rapporti
Jannar 3 3 - Lukandi
Frar 3 2 - Lukandi
1 - Kostruzzjoni
Marzu 4 1 - Kummerċjali
2 - Kostruzzjoni
1 - Industrijali
April 1 1 - Lukandi
TOTAL 11
F'kull każ indikat, l-uffiċjali ta' l-ETC għamlu l-ispezzjonijiet meħtieġa u rrapurtaw il-każ lill-Pulizija, biex jittieħdu l-passi skond il-liġi.
Skejjel — Flus għal xiri ta' materials and supplies
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-flus dovuti lill-iskejjel fil-materials and supplies (it-tieni instalment) għadhom ma ntbagħtux lill-iskejjel meta s-soltu jaslu għall-bidu ta' Mejju? Japprezza l-Ministru li bħalissa l-iskejjel ikollhom ħafna ħlasijiet pendenti u jridu jaħdbu għall-materjal edukattiv? Meta hemm il-ħsieb li jintbagħtu dawn il-flus?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li l-proċess ġie finalizzat u bħalissa qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex it-tieni 'instalment' tal-flus dovuti lill-iskejjel f'Materials and Supplies' jitħallsu mill-aktar fis.
Jista’ il-Ministru jgħid fl-iskejjel ta’ l-Istat studenti subien u bniet jiġux mgħallma l-possibbilta` li jieħdu STI (sexually transmited infection) jekk jipprattikaw is-sess?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li studenti fil-Form IV għandhom parti mill-programm tal-Personal and Social Development (PSD) li jittratta dwar STI's fil-Module ta' Health and Sexuality. Barra li jitgħallmu fuq id-differenza bejn H.I.V. u AIDS u l-mod kif din tista tgħaddi fuq l-istudenti, huma jiġu mgħallma l-infezzjonijiet ewlenin bħall-chlamydia, gonhorrea, hepatitis, herpes u syphilis u kif dawn tista teħodhom. Għalhekk l-istudenti qed jiġu mgħallma kif dan il-mard għandu jiġi evitat u xi protezzjoni tista' tuża kontrihom.
L-għalliema tal-P.S.D. ngħataw taħriġ fuq is-Sexuality and Relationship Education fl-Inservice Courses tas-sena 2002.