Legislature:
Category:
Reset
Active:

Emenda fil-Liġi biex jirregola l-użu ta’ annimali fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ emenda fil-liġi biex tirregola l-użu ta’ annimali fit-toroq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi r-Regolamenti dwar l-Użu fit-Triq ta’ Bhejjem u Vetturi Miġbuda minn Bhima huma fis-seħħ u qed ikunu implimentati. Fir-rigward tal-proċess tal-liċenzjar, twettaq xogħol ta’ preparazzjoni b’koordinazzjoni mad-Dipartimenti tas-Servizzi Veterinarji u mal-Veterinarian Surgeons’ Council, kif ukoll saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni u informazzjoni mas-settur; u f’Ġunju li għadda l-Awtorità bdiet tilqa’ l-applikazzjonijiet għad-diversi tipi ta’ Liċenzji ta’ vetturi u bhejjem, kif ukoll ta’ Liċenzji tas-Sewqan skont kif provdut f’dawn ir-regolamenti. S’issa l-Awtorità rċeviet numru ta’ applikazzjonijiet kif ġej: · 181 applikazzjoni għal-Liċenzji ta’ vetturi miġbuda minn bhima għal użu privat (srieken u xarretti); · 20 applikazzjoni għal-Liċenzji ta’ bhejjem ta’ rkib bis-sarġ; · 248 applikazzjoni għal-Liċenzji tas-sewqan ta’ bhejjem u vetturi miġbuda minn bhejjem.

Ajruplani reġistrati — statistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati ajruplani matul is-sena 2015? Jista’ jagħti l-istess statistika għas-sena 2013 u 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru t’ajruplani li ġew reġistrati matul is-snin 2013, 2014 u 2015 huwa kif muri hawn taħt: Sena Ajruplani reġistrati 2013 35 2014 48 2015 61

Pjazza tat-Tritoni – tender għall-pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk sa Marzu 2013 kienx inħareġ tender għall-pavimentar tal-Pjazza tat-Tritoni u jekk kienx ġie aġġudikat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2012 kienet ħarget tender riferenza GHRC BT2-2012 BT Phase 2 Hard and Soft Landscaping Works. Din it-tender ma ġietx mgħotija minħabba limitazzjoni ta’ budget. Barra minn hekk ma kien hemm ebda pjan lest biex il-pjazza tkun rilaxxata mill-vetturi tat-trasport pubbliku biex seta jsir ix-xogħol.

Foss fid-Daħla tal-Belt Valletta — tisbiħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm huwa maħsub li se jiswa t-tisbiħ tal-Foss fid-daħla tal-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ tisbih tal-Foss fid-daħla tal-Belt Valletta mistenni jiġi jiswa madwar €3 miljuni.

Ċentru tal-Baħħara — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm sewa l-proġett taċ-Ċentru tal-Baħħara fil-binja biswit ta' Liesse?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett mistenni jiġi jiswa’ €300,000 ( vat eskluż ). Infurmat ukoll li għad irid jiġi nstallat il-lift li huwa nkluż fl-ispiża imsemmija.

Raħal Ġdid – rapport dwar l-istat ta’ Triq Ħal Luqa–

Question

Jista’ l-Ministru jibgħat uffiċjali tal-Malta Transport sabiex jippreżentaw rapport dwar l-istat preżenti ta’ Triq Ħal Luqa Raħal Ġdid u possibbilment stima tal-ispejjeż neċessarji?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqa’ taħt il-Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Żejtun – rapport dwar l-istat Triq il-Labour sa Triq Alfredo Cachia Zammit

Question

Jista’ l-Ministru jibgħat uffiċjali tal-Malta Transport sabiex jippreżentaw rapport dwar l-istat preżenti ta’ Triq il-Labour sa Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun u possibbilment stima tal-ispejjeż neċessarji?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tagħmel xogħlijiet meħtieġa fuq Triq Alfredo Cachia Zammit hekk kif jitlestew ix-xogħlijiet li ser isiru mill-Water Services Corporation.

Santa Luċija – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Santa Luċija li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-perjodu ndikat, ma sar l-ebda xogħol ta’ asfalt f’din il-lokalita’.

Iż-Żurrieq – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fiż-Żurrieq li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq fiż-Żurrieq hekk kif ġej: Location Street Project Żurrieq Sqaq fi Triq Giovanni Batta Riccio Resurfacing, Rural Road Żurrieq Triq Fra Ganmari Zammit Construction and surfacing, Residential Road

Ħal Safi – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Safi li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq f’Ħal Safi hekk kif ġej: Location Street Project Ħal-Safi Sqaq ta’ Ġawhar Resurfacing, Rural Road

Il-Ħamrun – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Ħamrun li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-perjodu ndikat, ma sar l-ebda xogħol ta’ asfalt f’din il-lokalita’.

Iż-Żejtun – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fiż-Żejtun li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq fiż-Żejtun hekk kif ġej: Location Street Project Żejtun Triq it-Tuss Construction and Surfacing, Residential Road Żejtun Triq Santa Katerina Road Surface Repair Works, Other Żejtun Triq id-Daħla ta' San Tumas / Xrobb l-Għaġin Road Surface Repair Works, Other Żejtun Triq Ħaż-Żabbar/Sqaq No. 3 Asphalting works, Rural Road Żejtun Triq Liftija and Triq il-Plejju, Residential Road Construction and Surfacing

Il-Mellieħa– toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Mellieħa li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq fil-Mellieħa hekk kif ġej: Location Street Project Mellieħa Triq Għajn Tuffieħa Road Surface Repair Works Mellieħa / Mġarr, Slielem, Fomm ir-Riħ Road Surfacing, Rural Road

Rotta X1A

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha l-karozza tal-linja bir-rotta X1A mhux qed topera preżentement, u meta hu mistenni li tibda topera? X’iżżomm milli din ir-rotta tibqa’ topera s-sena kollha, u għaliex minkejja li s-sena skolastika tibda lejn l-aħħar ta’ Settembru, bidu ta’ Ottubru, xorta waħda din l-istess rotta mhux qed issir?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ir-rotta X1A kif ukoll ir-rotta X1B huma rotot li joperaw fuq l-iskeda tax-xitwa mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Din l-iskeda daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru.

Ħal Qormi – Rotta 63

Question

Jista' l-Ministru jassigura li r-rotta tat-trasport pubbliku numru 63 li toriġina miż-żona Ta' Farsina f'Ħal Qormi, tgħaddi mill-wied minflok minn Triq l-Imdina meta jkun hemm attività quddiem il-Knisja ta' San Ġorġ, sabiex isservi aħjar ir-residenti li joqogħdu fl-inħawi tal-Wied ta' Ħal Qormi u dawk tal-inħawi ta’ Fuq tal-Blat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.

Strateġija Nazzjonali tat-Trasport — miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ewwel miżuri li hemm il-ħsieb li jiġu attwati hekk kif l-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport u l-Master Plan jiġu finalizzati minn Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-National Transport Strategy 2050 u l-abbozz tat-Transport Master Plan 2025 qegħdin pre¿entament jiġu ppubblikati bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fuq l-Strategic Environmental Assessment (SEA). Din hija l-ewwel darba li għandna quddiemna pjan komprensiv, b’miżuri fattibbli li ġew ippre¿entati għall-konsultazzjoni pubblika, pjan li jservi ta’ gwida għall-politika nazzjonali fuq it-trasport aktar fit-tul, u biex deċiżjonijiet f’dan ir-rigward jistgħu jittieħdu b’mod koerenti u fil-kuntest ta’ strateġija aktar wiesa’ u studjata. Transport Malta ħolqot national transport model, li hija sistema ta’ computer simulation li tħares lejn il-futur biex inkunu nistgħu nidentifikaw il-problemi li se niltaqgħu magħhom fil-futur, b’hekk inkunu nistgħu nippreparaw għalihom jew aħjar minn hekk, nevitawhom. Minn din ir-riċerka ħloqna 2 dokumenti li se jkunu l-mudell għat-trasport għat-30 sena li ġejjin, għax se jiggwidawna f’kull deċiżjoni relatata mat-trasport li tittieħed fil-futur. In-National Transport Strategy u l-Master Plan fasslu l-istampa ċara biex tingħata direzzjoni dwar kif it-trasport se jkun esperjenza aħjar mil-lum sas-sena 2050. Qatt ma kien hawn pjan ta’ dan il-kalibru. Transport Malta analizzat is-sitwazzjoni: · 66% tal-vetturi kollha fl-2013 – kellhom iżjed minn 10 snin. · 4% biss kellhom inqas minn sentejn. · Pajji¿na huwa fost l-aktar pajjiżi b’densita għolja fid-dinja · 93% tal-popolazzjoni qatt ma saqet rota Il-problema tal-peak hija waħda maġġuri għax qed tpoġġi pressjoni tremenda fuq kemm tiflaħ l-infrastruttura e¿istenti. 10% tal-vjaġġi li jsiru fil-peak hours jinvolvu l-Belt jew Floriana. Dan jissarraf fi 30,000 persuna għaddejjin minn dawn il-lokalitajiet fil-peak hours biss. Bħala medja, kull sewwieq, jagħmel medja ta’ tliet vjaġġi jew aktar kuljum. Il-konġestjoni tat-traffiku se tiswa lil pajjiżna 1.28 biljun ewro kull sena fl-2050 – jekk ma nbiddlux il-policies eżistenti tat-trasport. Transport Malta tqis li din il-figura se tkun tfisser 8.2% tal-Prodott Gross Domestiku. In-National Transport Strategy identifikat għadd ta’ nuqqasijiet li saru fil-passat f’dak li huwa ippjanar għal quddiem u nuqqas ta’ pjan nazzjonali u ħolistiku. Fil-pajji¿ kien hawn nuqqas ta’ strateġija ħolistika dwar il-parkeġġ – il-provvista ta’ parkeġġ hija fil-parti l-kbira fit-toroq u ma te¿istix sistema komprensiva. Għalhekk is-sistema mhijiex irregolata. Iż-żieda fid-domanda għat-traffiku f’żoni residenzjali qed ikollha impatt negattiv fuq iċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku. Kien hemm toroq fejn minħabba l-parkeġġ, kellhom isiru one-way u allura jitwal il-vjaġġ. Dejjem qiegħda tiżdied il-pressjoni fuq l-infrastruttura eżistenti. Il-falliment minn Gvern preċedenti li jimmodernizza s-servizz tat-trasport pubbliku kkontribwixxa għal tnaqqis sinifikanti tal-patronaġġ minn 40 miljun passiġġier fl-1990 għal 31 miljun fl-2010. Matul dawn l-aħħar sentejn, kien hemm ħafna inizjattivi importanti, bħal car sharing u promotion tat-teleworking għas-settur pubbliku, sewwieqa li jistgħu jużaw il-priority lanes jekk ikunu car pooling u anke dawk li jużaw vetturi b’emissjonijiet baxxi jew tal-elettriku. F’dawk li huma mi¿uri medium-term, il-Gvern ħa diversi inizjattivi, fosthom saħħaħ it-trasport bil-baħar, ħa mi¿uri fejn ¿wiemel ma jibqgħux jinstaqu f’toroq arterjali u distributorji f’ħinijiet peak tal-ġurnata, u ffinalizza l-proġett MODUS, fejn saru priority lanes apposta biex il-karozzi tal-linja jingħataw prijorita u ma jinqabdux fit-traffiku u ħoloq diversi inċentivi lis-sewwieqa, fosthom li jkunu jistgħu jgħaddu mill-priority lanes meta jkunu qed iġorru iżjed minn passiġġier wieħed jew meta jagħmlu użu minn vetturi elettriċi. Barra minn hekk, tnieda r-Road Safety Strategy li l-prijorita’ tagħha hija s-sigurta’ fit-toroq tagħna. Dan l-istudju jiffoka kif se nnaqqsu l-inċidenti fit-toroq tagħna, inħarsu lejn kif ser intejbu l-infrastruttura tat-toroq arterjali u distributorji, nagħtu attenzjoni lis-sewwieqa żgħażagħ u sewwieqa tal-muturi, nindirizzaw l-atteġġjament illegali ta’ ċertu sewwieqa kif ukoll intejbu l-għarfien dwar kif isiru toroq iżjed siguri. Nidejna skema ex gratia li provdiet għall-għotja ta’ darba għall vetturi reġistrati u liċenzjati għall-użu personali bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2008, kif ukoll erġajna daħħalna skema għall-iskrappjar tal-vetturi qodma u li jħammġu. Permezz ta’ din l-iskema tajna għotja ta’ bejn 500 u 900 ewro għal kull vettura. Nedejna skema li tinċentiva x-xiri ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku u kwadriċikletti li jaħdmu bl-elettriku u fl-istess waqt jitnaqqas in-numru ta’ vetturi bil-mutur qodma mit-toroq. Inċentivajna l-użu tar-roti billi se jsiru bicycle racks li joffru alternattiva effiċjenti għal dawk li jaħdmu l-Belt Valletta kif ukoll raħħasna b’mod drastiku l-liċenzja ta’ muturi b’magna żgħira biex inħajru kemm jista’ jkun persuni jużawhom. Introduċejna kunċett ġdid għal pajjiżna, dak tat-Tidal Lane fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid, li diġa’ qed iħalli r-riżultati mixtieqa u l-pjan huwa li dan il-kunċett jiġi implimentat ukoll f’lokailitajiet partikolari. Fuq bażi aktar long-term, dan il-Gvern ta prijorita lil għadd ta’ proġetti maġġuri, fosthom kompla u lesta Triq Diċembru Tlettax, beda u lesta Triq il-Kosta, beda l-proġett tal-Kappara u beda l-proċeduri biex kif jitlesta l-proġett tal-Kappara, jinbeda l-proġett tal-Addolorata Junction fil-Marsa. Il-Pjan Nazzjonali jidentifika numru ta’ miżuri konkreti li jridu jiġu implimentati fuq perjodu qasir, oħrajn fuq perjodu medju jew aktar fit-tul u li jkopru l-modi kollha ta’ trasport – kemm dak tal-art, tal-arju, marittimu u intermodali. Il-Pjan jidentifika wkoll numru ta’ proġetti varji li hemm bżonn jiġu implimentati li jinkludu interventi maġġuri f’toroq, investiment f’faċilitajiet portwali u studji ta’ proġetti iktar fit-tul bħalma huma l-link permanenti bejn Malta u Għawdex u sistema ta’ trasport tal-massa u veloċi. Il-pjan jinkorpora master plan għal Paceville, kif ukoll isejjaħ għall-iżvilupp ta’ strateġija nazzjonali dwar iċ-ċikliżmu. Dan huwa pjan maħsub ukoll biex jiġu introdotti aktar inċentivi fiskali biex tonqos l-eta medja tal-karozzi. Waħda mill-proposti hija l-introduzzjoni ta’ żoni b’emissjonijiet baxxi. L-aċċess għal dawn iż-żoni jkun regolat billi jew karozzi b’emissjonijiet għoljin ma jitħallewx jidħlu inkella jintalbu jħallsu jekk iridu jidħlu. Hemm impenn qawwi lejn Intelligent Transport Systems biex ikun hemm immaniġġjar aħjar tat-traffiku, sigurta’ u effiċjenza fuq rotot strateġiċi. Il-pjan għandu l-iskop ukoll li jippromwovi ċ-ċikliżmu mhux biss bħala passatemp imma bħala mezz alternattiv u mezz kredibbli. Tiżdied il-preżenza ta’ pulizija tat-traffiku, tiġi riveduta s-sistema tal-ispeed cameras, jiżdiedu road-side checks u testijiet tal-karozzi, u l-multi. Fl-aħħar mill-aħħar l-aktar soluzzjoni effettiva hija dik li nnaqqsu l-vetturi mit-toroq tagħna u għaldaqstant, il-Gvern qed jagħmel dak kollu possibli biex il-poplu jingħata servizz ta’ trasport pubbliku li jixraqlu, b’hekk iħajjar aktar nies biex jużawh, pjan li wkoll qed iħalli r-riżultati. Jista’ jkun li ċertu deċiżjonijiet, mhux kulħadd qabel magħhom, iżda jekk huma deċiżjonijiet li huma tajbin għall-pajjiż, il-Gvern kellu r-responsabbilta li jwettaqhom, abbażi ta’ dak li jkunu studjaw u fasslu l-esperti u b’kollaborazzjoni mas-sħab soċjali. Huwa importanti li l-pubbliku wkoll jagħmel il-parti tiegħu. Ladarba n-nies iħarsu lejn mezzi differenti ta’ trasport b'mod aktar pożittiv, ikunu qed jikkontribwixxu biex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq kif ukoll fl-istess waqt ikunu qed jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja.

Transport Malta – Master Plan tat-Trasport – lista ta’ proġetti maġġuri

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ proġetti maġġuri li huma elenkati li jridu jsiru fil-Master Plan tat-Trasport li ġie mniedi minn Transport Malta u jindika liema minnhom mistennija jiġu ffinanzjati minn fondi Ewropej?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li ġew identifikati għal ko-finanzjament taħt l-Operational Programme (2014-20) Priority Axis 7 u 11 huma elenkati fid-dettall fit-Transport Master Plan 2025 li qed tiġi ppubblikata bħala parti mill-Strategic Environmental Assessment (SEA).

Cruise Liners — żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika ta’ kemm cruise liners żaru Malta, sena b’sena, bejn l-2012 u l-2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej: Sena Cruise Liners Cruise Passengers 2011 318 557,585 2012 335 611,757 2013 297 484,183 2014 309 519,297 2015 324 678,270

Transport Malta – Taqsima tal-Infurzar — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fuq il-baħar mit-Taqsima tal-Infurzar ta’ Transport Malta matul ix-xhur tas-sajf? Jista’ jipprovdi statistika dwar kemm ġew spezzjonati opri tal-baħar matul dan il-perjodu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tal-Infurzar Marittimu fi ħdan Transport Malta wettqet numru ta’ spezzjonijiet u ħidma t’infurzar li jinkludu patrols madwar il-kosta u fil-portijiet, skorta ta’ vapuri, spezzjonijiet u nfurzar fuq opri tal-baħar, koordinazzjoni ta’ port closures waqt attivitajiet nazzjonali, spezzjonijiet ta’ swimmers’ zones, kif ukoll ġiet provduta assistenza lil aġenziji u entitajiet oħra t’infurzar. Statistika marbuta ma’ din il-ħidma hija kif murija hawn taħt: Bċejjeċ tal-baħar spezzjonati 991 Bastimenti kummerċjali spezzjonati fil-Blue Lagoon 312 Numru ta’ bastimenti li għaddew mill-ispezzjoni 605 Numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa 386 Numru ta’ multi proċessati 145 Numru ta’ twissijiet 241 Saru wkoll total ta’ 160 spezzjoni mill-1 ta’ Mejju sal-aħħar ta’ Settembru mill-Port Inspectorate Unit. Dawn kienu jinkludu spezzjonijiet fuq każi ta’ sigurta’ u tniġġiż, offshore drills, u bastimenti kummerċjali. Matul is-sajf saru wkoll spezzjonijiet fuq 13-il operatur ta’ water sports u l-bċejjeċ tal-baħar reġistrati magħhom.