Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju u r-rapporti dwar l-Air Space liberisation li sar mill-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
B'referenza wkoll għal dak li ntqal in konnessjoni mal-mistoqsija numru 1079 , l-istudji u r-rapporti li saru, kemm interni kemm esterni , ma jistgħux jiġu mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra, għaliex hemm fihom informazzjoni kummerċjali fuq l-Air Malta ta' natura kunfidenzjali.
Billi tħabbar li l-Gvern sejjer jippubblika l-istrateġija tiegħu għas-snin 2004-2007 billi apparti milli jinkludi l-oġġettivi kollha tal-e-Europe 2005, sejjer jaddotta numru ta' azzjonijiet oħra li jirriflettu l-karatteristiċi tal-pajjiż fosthom il-pożizzjoni ġeografika kif ukoll l-ekonomija li jħaddem jista' il-Ministru jelabora aktar dwar dan? X'livell ta' konsultazzjoni sejjer ikun hemm u kemm huwa mistenni li jieħu żmien dan il-proċess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru irnexxielu jibni qafas ta' konsultazzjoni kontinwa li fih jigbor il-parti l-kbira tal-players involuti fil-qasam tas-socjeta ta' l-informazzjoni. Kif ghamel meta addotta l-pjan eEurope+ 2003 u meta habbar l-istrategija ta' l-eMalta li twassal sa l-ahhar tas-sena 2003, dan il-Ministeru ser isostni l-politika tieghu ta' konsultazzjoni u ser jiddiskuti l-pjan strategiku fi hdan il-Kunsill tas-socjeta ta' l-informazzjoni. L-istrategija minnha nnifisha ser tkun prodott tal-process ta' konsultazzjoni kontinwa ghaliex tinkludi fiha bosta mill-perspettivi li twasslu lill-Ministeru mid-diversi oqsma rilevanti f'dan il-qasam.
X'għamla sejjer ikollu l-Kunsill Konsultattiv dwar is-soċjeta' tal-informazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-gimghat li gejjin il-Ministeru ser jikteb lill-organizzazzjonijiet u individwi kollha identifikati biex jistiedinhom jippartecipaw f'dan il-Kunsill. L-istruttura u t-termini ta' riferenza tal-Kunsill jithabbru meta dan jitlaqqa' ghall-ewwel darba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew installati web phones fit-toroq u fil-pjazez ewlenin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa issa ġew installati 41 (wiehed u erbgħin) web phone fit-toroq u fil-pjazez ewlenin. Il-kumplament tal-web phones qed jiġu installati.
Billi mill-elezzjoni 'l hawn twaqqaf Ministeru speċifikament għat-Teknoloġija tal-Informatika x'inhuma l-oġġettiv ġodda biex Malta tkompli tgawdi mill-opportunitajiet li joffri l-użu tat-teknoloġija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghalkemm f'din il-legislatura twaqqaf ghall-ewwel darba Ministeru specifkatament responsabbli mit-teknologija ta' l-informazzjoni, dan il-qasam m'huwiex xi haga gdida fil-politika ta' Gvernijiet Nazzjonalisti. Ghalhekk il-hidma ta' dan il-Ministeru ser tkun ibbazata fuq il-konsolidazzjoni tal-hidma li saret sal-llum f'dan il-qasam u ser tkun iffukata fuq tliet ghanijiet principali:
1) It-tishih tas-socjeta u l-ekonomija ta' l-informazzjoni Maltija
2) It-tkattir f-uzu ta' l-ICT fl-oqsma kollha ta' l-amministrazzjoni pubblika
3) Il-partecipazzjoni tas-settur privat Malti fis-suq internazzjonali ta' l-ICT
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 913 u cioe' possibbli l-Maltacom tara li tagħmel it-transfer ta' dan it-telefon li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fl-aqsar żmien possibbli għaliex f'din id-dar jgħix tifel żgħir li hu marid serjament u minħabba f'hekk ikun hemm bżonn ta' kuntatt kontinwu ma' l-isptar u t-tabib, u xi drabi anke b'mod urġenti?
Billi l-familja subscriber ta' dan it-telefon ilha ħafna tinsisti għal dan it-transfer, jistgħu jittieħdu passi ħalli jsir fl-aqsar żmien possibbli minħabba r-raġunijiet imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nifhem li l-Onor. Interpellant għamel id-domanda biex jaqdi d-dmir tiegħu ta' Membru Parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jifhem li l-Maltacom ma hiex dipartiment tal-Gvern iżda kumpanija kkwotata fuq l-iStock Exchange. Konsegwentament, din it-tip ta' informazzjoni hi min-natura tagħha privata u mhux kompitu li tiġi mistħarġa min dan il-Parlament.
Hemm ovvjament mezzi dwar kif wieħed jista' jizgura li kumpanija bħal Maltacom tagħti is-servizz tagħha b'effiċjenza.
Ħaż-Żabbar — Triq il-Grazzja - Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku
Question
Jista' il-Ministtru jirrispodi l-mistoqsija parlamentari 931 u cioe' jista', permezz tal-korporazzjoni Enemalta, jinvestiga ilment li wasal għandi li ċerti residenzi fi Triq il-Grazzja, Ħaż-Żabbar qed isofru ta' spiss qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku? Billi dan qed jiġri ta' spiss, possibbli li din il-problema tiġi rrimedjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xogħol meħtieġ biex tiġi rimedjata l-problema ta' qtugħ fil-provista taħ l-elettrikku kien diġa' mibdi u issa dan tlesta fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1009 u cioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 491, possibbli l-korporazzjoni Enemalta tispjega għalfejn fi Triq Xorb l-Għaġin, fiż-Żejtun/Marsascala ilhom snin twal li twaħħlu arbli ġodda biex jinbidlu dawk imsadda u l-wires baqgħu qatt ma ġew trasferiti għal fuq l-arbli l-ġodda bil-konsegwenza li llum jeżisti periklu minħabba l-istat ta' l-arbli l-qodma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 491 f' seduta 18 tat-2 ta' Lulju 2003.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1010 jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 489 u cioe' possibbli l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tgħaddi d-dawl fil-crafts centre f'Ta' Qali billi twaħħlu l-arbli xhur ilu u d-dawl ma tkompliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xogħol ta' street lighting fil-Crafts Centre Ta' Qali huwa mibdi u għandu jitkompla hekk kif jinħarġu l-permessi tat-trinek neċessarji. Dawn il-permessi ntalbu fit-18.06.03.
Jista' il-Ministru jara li ż-żona tal-kantuniera bejn triq Qrejten u triq John Borg Msida jitpoġġa arblu tad-dawl peress li meta jidlam dan qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li t-tidwil tat-toroq fl-Imsida gie delegat lill-Kunsill Lokali, nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel it-talba tieghu lill-Kunsill koncernat.
Jista' il-Ministru jara li jiġi miżjud aktar dawl fi triq it-Tabib John Buontempo, The Village, San Ġiljan, bejn triq il-Baħar l-Iswed u Triq Marmora, peress li ta' spiss qed jiġu rapportati attentati ta' serq minn din iż-żona?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-istreet lighting f'San Ġiljan ġie devolut lill-Kunsill Lokali, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel it-talba tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Jista' il-Ministru jara li l-wire li jidħol fid-djar sabiex jissuplixxi l-kurrent elettriku lil tlett idjar fosthom Il-Ħarruba fi Triq Dun Nard Mallia fiż-Żurrieq jiġi mibdul bħal kumplament stante li konsegwenza ta' dan in-nuqqas il-provvista qegħda tkun baxxa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xogħol meħtieġ biex tissaħħaħ il-provista ta' l-elettriku fl-inħawi msemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili sa l-aħħar ta' Lulju 2003.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħames Għawdxin li jaħdmu mal-Maltacom p.l.c. u li ta' kuljum iridu jmorru Malta għax-xogħol u jirritornaw lura fil-għaxija qegħdin jiġu mġiegħla li biex jingħataw is-servizz ta' trasport iridu bilfors jiffirmaw dikjarazzjoni li huma personalment responsabbli għall-ħlas ta' danni lilhom personali u/jew lill-passiġġieri fl-istess vettura u għal kull ħlas ieħor spettanti lil terzi anke f'każ ta' danni fuq proprjeta' mobbli u/jew immobbli tal-Maltacom p.l.c. jew ta' terzi u dan f'każ li l-assigurazzjoni maħruġa fuq l-istess vettura għal kwalunkwe raġuni ma tkoprix l-istess danni? Għaliex sħabhom Maltin ħaddiema tal-Maltacom ma ġewx imġiegħla jiffirmaw l-indemnity form?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1025 u cioe' jgħid x'inhi r-raġuni li l-provvista ta' l-elettriku taż-żewġ familji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament qed tinqata' ta spiss? Għaliex din il-problema ta' dawn iż-żewġ familji baqgħet ma ġietx rimedjata minkejja li ilhom ħafna jirrapportaw dan l-inkonvenjent? Possibbli jsir xi ħaġa għax apparti l-inkonvenjent dawn il-familji qed isofru ħsarat fl-appliances tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-provista ta' l-elettriku fl-inħawi msemmija ġiet investigata u rriżulta li l-kawża ta' l-interruzjonijiet kienet minħabba overloading. Ix-xogħol meħtieġ sar fis-16.06.03 għas-sodisfazzjon tal-konsumatur.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ħadmu fuq bażi temporanju fil-perjodu ta' bejn Mejju, 2002 sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawn il-ħaddiema barranin? F'liema dipartiment ħadmu dawn il-ħaddiema barranin u f'liema snajja' jew xogħol ħadmu?
Response (GATT, AUSTIN)
B'referenza għal din il-Mistoqsija Parlamentari t-Tarzna ma impjegat l-ebda ħaddiema barranin fil-perjodu msemmi barra t-tlieta msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Karozzi tal-gvern
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 659 u cioe' tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mal-kumpanniji pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.