Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech-language pathologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Mater Dei? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei hemm 2.25 whole time equivalent ta’ Speech Language Pathologists.
Sptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo – Speech-Language Pathologists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech-language pathologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pazjent fl-Isptar Sir Anthony Mamo igawdu is-servizz ta’ Speech Language Pathologists minn ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Sptar Monte Carmeli – Speech-Language Pathologists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech-language pathologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Monte Carmeli? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Monte Carmeli l-iSpeech Language Pathologists tattendi skont il-ħtieġa tal-pazjenti u skont n-numru ta’ pazjenti li jiġu referuti. It-terapista tagħmel assessment ma’ kull pazjent referut u jitfassal programm ta’ intervent individwalizzat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech-language pathologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Karen Grech? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – Speech-Language Pathologists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech-language pathologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – ritratt tal-President u lapida tal-ftuħ tal-Isptar
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ir-ritratt tal-ET il-President tar-Repubblika u l-irħama tal-ftuħ tal-Isptar fir-reception tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex huma mgħottija b’kaxxi li jbigħu s-soft drinks u snacks oħra? Jista’ l-Ministru jieħu passi sabiex dawn jitneħħew minn hemm peress li lapida storika bħal din m’għandhiex titħalla moħbija u l-fatt li r-ritratt huwa mgħotti jista’ jiġi interpretat bħala nuqqas ta’ rispett lejn il-Kap tal-Istat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data li qed tiġi imwieġba din il-mistoqsija m’hemmx kaxxi tas-soft drinks.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq is-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Ġnien f’Ħal Qormi peress li hemm tappiera li kull meta tagħmel ix-xita qegħda tfur b’konsegwenza li anke ġrieden qegħdin joħorġu minn din l-istess tappiera?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li qatt ma waslula rapporti simili. Din it-triq kienet ingħatat it-tarmac ftit qabel ma saret din il-mistoqsija u l-kuntrattur kien għamel ukoll xi tiswijiet żgħar fuq il-katusa tad-drenaġġ. Saret spezzjoni bis-CCTV camera u ma deher xejn partikolari fil-katusa tad-drenaġġ fit-triq imsemmija.
San Ġwann – Triq il-Baltiku – wire tad-dawl imdendel
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni fuq wire tad-dawl li sakemm tressqet din il-mistoqsija parlamentari, jinsab imdendel fuq il-bankina fi Triq il-Baltiku, San Ġwann peress li hu ta’ periklu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-wire imsemmi mhuwiex wire tal-elettriku tal-Enemalta plc, iżda huwa wire tat-telekomunikazzjoni ta' kumpaniji oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed titressaq din il-mistoqsija parlamentari, parti minn Vjal ir-Riħan, San Ġwann (quddiem il-Knisja) ilha ammont ta’ ġranet bla dawl? Meta hu mistenni li tittieħed azzjoni biex il-problema titranġa darba għal dejjem u kemm jista’ jkun malajr?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li ġejt infurmat li l-Kunsill Lokali irraporta l-ħsara msemmija fl-istess ġurnata li tressqet il-mistoqsija parlamentari. Il-manutenzjoni meħtieġa saret l-għada, ċioe' fl-20 ta' Ottubru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Mater Dei? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-Isptar Mater Dei hemm 9.5 full time equivalent ta’ Social Workers u Service Area Leader. Dawn jaghtu s-servizz taghhom fis-swali tal-isptar u mad-Discharge Facilitation team.
Sptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo – Social Workers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar tal-Onkologija Sir Anthony Mamo hemm 5 Social Workers. Is-servizz joffri ghajnuna prattika u sapport ghal pazjenti morda bil-kancer u l-familjari taghhom kemm bhala in-patient u anke out-patient.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Monte Carmeli? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Servizzi ta’ social workers gewwa l-isptar Monte Carmeli jinghata minn 13 il-Social Worker. Dawn is-social workers jintervjenu ma’ pazjenti li ghandhom problem ta’ sahha mentali u mal-familjari taghhom. Is-servizz jinghata fid-dipartiment tas-Social Work fl-Isptar Monte Carmeli, gewwa d-Dipartiment tal-Outpatients f’Mater dei.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Karen Grech? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Servizzi ta’ social workers gewwa l-isptar Karen Grech jinghata minn 8 il-Social Worker. Is-servizz jinghata kemm in patients u kif ukoll out patients.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Generali t’ Ghawdex hemm 3 Social Workers. Dawn jaghtu servizz ta’ in-patients u out-patients.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz f’kull Ċentru tas-Saħħa; Għawdex, il-Mosta, ir-Rabat, Ħal Qormi, il-Furjana, Birkirkara, Paola u l-Gżira? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-onerevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sahha fil-Kura Primarja ghandu social worker li tghati s-servizz taghha mic-Centri tas-Sahha ta’ Bormla u ta’ Birkirkara.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – Memorandum of Understanding
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt u/jew Memorandum of Understanding jew kwalunkwe tip ta’ ftehim ieħor li l-Gvern għamel mal-preferred bidder għat-tmexxija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech?
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — talba għal trasferiment
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Lulju 2015 sal-lum kemm kien hemm talbiet għal trasferiment minn ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra f'Għawdex? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u fejn marru jaħdmu dawk il-ħaddiema li t-talba tagħhom ġiet milqugħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli li l-informazzjoni ghadha qed tingabar
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Technical Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi ħdan il-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa, inklużi l-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, hemm total ta:
27 Assistant Technical Officers
20 Technical Officers
35 Senior Technical Officers
21 Principal Technical Officers