Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Gaming Authority – ingaġġ ta’ impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda (minn barra s-settur pubbliku) mal-Malta Gaming Authority minn April 2013 sal-lum? Jista’ jagħti l-informazzjoni skont il-grad li fihom ġew ingaġġati u jgħid kemm hi l-ispiża annwali komplessiva tal-pagi, benefiċċji u spejjeż relatati mal-impjieg ta’ dawn il-persuni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise –investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tal-proġetti ta’ investiment barrani li ġew approvati mill-Malta Enterprise bejn Ġunju 2013 sal-lum? Għal kull każ, jista’ jgħid jekk dawn bdewx joperaw? Jekk iva, minn fejn qed joperaw u kemm qed iħaddmu nies, maqsumin bejn Maltin u barranin?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2013 sal-lum kienu approvati 64 proġett ġdid ta’ investiment barrani. Dawn kienu fis-setturi ta’: ICT, avjazzjoni, manifattura, farmaċewtika u bio-mediku, environmental and waste management, u oħrajn. Minnhom, 20 diga’ bdew joperaw. Talba għal dettalji dwar l-impjiegi attwali tagħhom għandha tkun indirizzata lill-ETC. Il-proġetti li diġa’ bdew jinsabu f’postijiet diversi: 14 f’siti privati, filwaqt li 6 kienu allokati spazju/ fabbrika f’zoni industrijali ta’ Malta Industrial Parks (MIP). Bħalissa Malta Enterprise u MIP qed jaħdmu biex dawk li għadhom ma bdewx jinstabilhom spazju adegwat u/ jew biex dak l-ispazju jitlesta skont il-ħtiġijiet tal-investituri. Ta’ min jinnota li bejn l-2011 u l-2012, jiġifieri fis-sentejn qabel il-bidla fil-gvern fl-2013, kienu approvati 11-il proġett li minnhom bdew 6, u bejniethom iħaddmu 14-il ħaddiem.

Malta Industrial Parks – fabbriki, bini, artijiet u proprjetijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-siti/fabbriki/bini/art/proprjetà oħra li l-Malta Indsutrial Parks għaddiet lill-klijenti tagħha u/jew Malta Enterprise minn Ġunju 2013 sal-lum? Għal kull każ, jista’ jagħti: (a) dettalji tas-sit; (b) lil min inkriet il-proprjetà; (ċ) ir-raġunijiet għal xiex ingħata l-proprjetà; u (d) il-kirja li trid titħallas?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward misoqsija (d), l-informazzjoni ma tistax tingħata għax hija ta’ sensittivita’ kummerċjali.

Malta Industrial Parks –evictions minn proprjetajiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ evictions ta’ siti/fabbriki/bini/art/proprjetà oħra li għamlet il-Malta Indsutrial Parks minn Ġunju 2013 sal-lum u għal kull każ jagħti d-dettalji tal-każ u r-raġunijiet għal xiex ġie deċiż li ssir tali eviction?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Servizzi elettroniċi permezz tal-eGovernment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ servizzi elettroniċi tal-e-Government li huma fully transaction based?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta' servizzi tal-e-Government li huma fully transaction-based, maqsumin f'żewġ kategoriji. Waħda mill-kategoriji turi servizzi żviluppati bl-e-Forms, waqt li l-kategorija l-oħra turi s-servizzi żviluppati b’sistemi oħrajn.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ impjegati li hemm fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Proġett bejn il-Gvern u kumpanija privata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-proġett li l-Gvern kien daħal għalih mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jgħid x’sewa s’issa lill-Gvern Malti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Il-Belt u Tas-Sliema – proġett tal-Breakwater

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar mill-Gvern matul l-aħħar 12-il xahar dwar il-proġett tal-breakwater bejn il-Belt u tas-Sliema li ssemma wkoll fid-diskors tal-Baġit?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Proċessi ta’ privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ proċessi ta’ privatizzazzjoni li l-Gvern qed jippjana li jwettaq fit-tliet snin li ġejjin?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhuwiex opportun li tingħata lista ta’ proċessi ta’ privatizzazzjoni li l-Gvern qed jippjana li jwettaq fit-tliet snin li ġejjin peress illi dan jista’ jagħti lok għal spekulazzjoni.

Marsa — Proġett ta’ martime hub – għażla ta’ sit

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata dwar liema parti tas-sit tal-Marsa se jingħata lill-kumpanija li riċentament intgħażlet mill-Gvern għall-parti tal-proġett tal-Maritime Hub u jgħid ukoll x’se jsir mill-partijiet l-oħra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – ingaġġ ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati (full-time jew part-time) minn barra s-settur pubbliku fil-Ministeru tiegħu u fl-entitatjiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn April 2013 u Diċembru 2014 u jagħti l-informazzjoni entità b’entità, u għal kull entità jaqsam l-informazzjoni skont il-gradi li fihom ġew impjegati?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru, dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi ma ngħataw l-ebda xogħlijiet lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.

Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta — cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta fir-rigward tal-cameras li hemm stallati fit-toroq Maltin li minnhom wieħed jista’ jagħmel monitoring tat-traffiku tal-vetturi fit-toroq tagħna? Jista’ jgħid jekk inħarġitx liċenzja biex setgħu jiġu stallati dawn il-cameras? Jista’ jgħid min hi l-awtorità li ħarġet din il-liċenzja? Jista’ jgħid jekk hemmx policy li tirregola l-operat ta’ dawn il-cameras? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li tirregola dawn il-cameras? Jista’ jgħid min hi l-kumpanija/i li tirregola/jirregolaw dawn il-cameras? Jista’ jgħid jekk hemmx xi forma ta’ kuntratt jew ftehim bejn il-kumpanija/i inkwestjoni u l-Awtorità, u jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt jew ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni mhix l-entità li tirregola l-użu ta’ CCTV.

Heritage Malta – rilokazzjoni tal-monti tal-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15117 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk ħax il-parir mill-esperti ta’ Heritage Malta fir-rigward tar-rilokazzjoni tal-monti ġewwa il-Belt? Jekk iva, x’kien dan il-parir li Heritage Malta tat lill-Ministru?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali intalab jinnomina rappreżentant fuq il-bord tal-għażla li twaqqaf apposta biex jiġġudika d-disinni għall-barkarelli li se jintużaw mill-bejjiegħa tal-monti, li ġew sottomessi lill- Ministeru tiegħi f’konformita’ mal- espressjoni ta’ nterress li ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fit- 13 ta’ Frar 2015. Is-suġġerimenti tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali flimkien ma rappreżentanti minn entajitajiet oħra ser ikunu qed jiġu diskussa waqt laqgħat li ser ikunu qed isiru f’dan ir-rigward.

Proġett tal-Life Sciences

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar mill-Gvern matul l-aħħar 12-il xahar dwar il-proġett tal-Life Sciences?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dawn l-aħħar 12-il xahar, il-‘Life Science Centre Project’ (ERDF 199) mexa l-quddiem tant li nistgħu ngħidu li partijiet sostanzjali qorbu sew it-tkomplija tagħhom. L-għanijiet ta' dan il-progett huma ppublikati fuq is-sit elettroniku tal-gvern https://investinginyourfuture.gov.mt/project/research-science-and-technology/biomalta-setting-up-a-life-sciences-centre-33947700. Matul dawn it-tnax-il xahar, kien hemm 3 kuntratturi ewlenin jaħdmu flimkien fuq il-binja, strutturi u faċċati; ix-xoghol mekkaniku u elettroniku kif ukoll il-‘finishes works’. L-aħħar kuntrattur li ħa jkun responsabbli mill-‘landscaping’ għadu kemm ġie appuntat. Il-Kuntratturi kollha ġew appuntati wara sejħa (tender) maħruga mill-Public Procurement System u mid- Dipartiment tal-Kuntratti fejn ġew ippublikati id-dettalji kollha għal kull sejħa. Waqt li x-xogħol fuq il-binja għadu għaddej, il-Malta Enterprise qegħda taħdem biex tattira lejn Malta kumpaniji fi ħdan il-‘Life Sciences’.