Jista’ l-Ministru jindika x’inhi l-politika preżenti fis-settur pubbliku fir-rigward ta’ ħaddiema li jagħżlu li jagħmlu perjodu ta’ żmien fuq servizz fil-volontarjat barra minn Malta? Jista’ jindika billi possibbilment jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-referenza speċifika? Jista’ jindika kemm kienu l-applikanti għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 u f’liema pajjiż marru kif ukoll jgħid kemm-il applikazzjoni ġew rifjutati għas-snin imsemmija u fuq liema bażi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena humiex se jerġgħu jiġu organizzati lezzjonijiet tal-privat b’xejn matul is-sajf, għar-resits fuq is-suġġetti ta’ O’Levels tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u l-Fiżika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena se jerġgħu jiġu organizzati lezzjonijiet tal-privat b’xejn matul is-sajf, għar-resits fuq is-suġġetti ta’ O’Levels tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u l-Fiżika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li f’din il-leġiżlatura tilfu l-impjieg tagħhom għax twaqqfu mix-xogħol jew għaliex l-entità li magħha kienu jaħdmu għalqet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta mitluba ma tagħtix stampa ċara tas-sitwazzjoni tal-impjiegi f’pajjiżna. Filfatt infurmat li, għalkemm minn Marzu 2013 sal-lum in-numru ta’ persuni li l-impjieg tagħhom jew twaqqaf jew għaliex in-negozju li kienu jaħdmu miegħu għalaq huwa ta’ 11,941 persuna, sa Novembru 2015 meta mqabbel ma’ Diċembru 2013 kien hemm żieda ta’ 14,071 impjieg full-time u 3,533 impjieg part-time. Dan kif muri fl-istatistika li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19515.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward LSA għal tifla?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tifla diġà dehret quddiem il-Bord tal-iStatementing Moderating Panel u bħalissa qegħda tibbenefika minn shared LSA.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata jew ingħatat kuntratt ta’ xogħol mal-Aġenzija għal-Libreriji minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, f’liema data ġiet impjegata jew ingħatat kuntratt ta’ xogħol kull persuna? F’kull każ kien hemm sejħa nterna u eventwalment saret sejħa pubblika? Jekk iva, meta kienet is-sejħa u għal liema pożizzjoni kienet? X’kienu l-kwalifiki mitluba għal kull sejħa? X’kienu l-kwalifiki li kull persuna li ġiet impjegata jew ingħatat kuntratt ta’ xogħol kellha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 26506 - Libreriji Maltin - impjegati.xls
Marsascala Primary School – Non-Maltese Speaking Parents – Teaching Maltese Language to Adults
Question
To ask the Minister, whether he is aware that a significant number of non-Maltese speaking parents whose children are following studies at the Marsascala Primary School are interested in learning the Maltese language themselves? In view of this, can the Minister indicate the possibility to start teaching the Maltese language to these foreign adult students at the above-mentioned school or in a neighbouring school during the day in the next academic year? Can the reply be forwarded in the English language?
Response (BARTOLO, EVARIST)
I am informed that the Directorate for Lifelong Learning already offers this service to non-Maltese speaking parents and will continue to offer during the next scholastic year 20 courses in Maltese as Foreign Language, across different centres in Malta and Gozo. These courses are open to all adults. Registrations open on 12 July 2016.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux ser ikun qed jagħmel xi investiment partikulari fuq il-faċilitajiet ta' sports tal-baħar, matul din is-sena, jew is-sena d-dieħla? F'liema faċilitajiet hu mistenni li jsir investiment, u x'tip ta' xogħol hu mistenni li jsir? Meta, f'kull każ, ser jinbeda x-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena ser tkun tlestiet il-pixxina flimkien mal-Clubhouse ta’ Birżebbuġa għall-użu ta’ Birżebbuġa ASC.
Fil-preżent qed isiru l-preparamenti sabiex mis-sena li ġejja jibdew ix-xogħlijiet fuq pixxina ġdida f’Wied il-Għajn u rinnovar ġenerali fuq il-pixxina li jagħmlu użu minnha l-klabb ta’ Sirens.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għalliema fl-iskejjel sekondarji li tul s-sena akkademika li għaddiet, għallmu l-Latin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena skolastika li għaddiet, fl-Iskejjel Sekondarji kemm dawk tal-Istat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti ma kienx hemm għalliema li għallmu l-Latin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti fl-iskejjel sekondarji li kienu qegħdin jiġu mgħallma l-Grieg tul is-sena skolastika 2015/2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena skolastika 2015/2016 fl-Iskejjel Sekondarji kemm dawk tal-Istat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti, ma kienx hemm studenti li kienu qegħdin jiġu mgħallma l-Grieg.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għalliema fl-iskejjel sekondarji li tul is-sena akkademika li għaddiet għallmu l-lingwa Griega?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena skolastika li għaddiet, fl-Iskejjel Sekondarji kemm dawk tal-Istat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti ma kienx hemm għalliema li għallmu l-Grieg.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta’ PE teachers fl-Iskejjel Primarji tal-Gvern u jekk dawn l-għalliema humiex kwalifikati f’suġġetti oħra? F’każ li hemm nuqqas, jista’ jgħid hemmx ħsieb li jitbaxxew ir-rekwiżiti għall-PE teachers f’dawn l-iskejjel biex ikun hemm intake akbar ta’ dawn l-għalliema biex tintlaħaq id-domanda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li hemm nuqqas ta’ għalliema tal-PE. Il-kriterji ta’ eliġibilità huma l-istess applikabbli għal suġġetti oħra u għaldaqstant m’hemm l-ebda ħsieb li jitnaqqsu jew jitwessgħu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif muri fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 26414 - vetturi - fully expensed jew allowance.docx
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn is-CEO tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) f’dawn l-aħħar xhur iċċaqlaq għall-CEO fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS)? Jista’ jikkonferma li kellu żieda ta’ 20% fis-salarju? Jista’ jikkonferma li l-imsemmi ma żammx ruħu mad-dettami tal-liġi dwar l-ugwaljanza? Jista' jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinari interni dwar dan il-każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju ta’ persuna f’entità ma jkunx neċessarjament l-istess salarju f’entità oħra u d-differenza fil-paga tirrifletti d-differenza fir-rwol u x-xogħol ta’ CEO fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS).
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk hu qiegħed jirreferi għall-każ li deher fil-midja soċjali, ikun infurmat illi s-CEO kien għamel apoloġija pubblika dwar dan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti fl-MCAST li qegħdin fuq apprentistat bi ħlas? Jista’ jindika wkoll kemm qed jitħallsu l-apprentisti kors b’kors u possibilment f’liema kumpaniji huma posted? Jista’ jindika wkoll kemm huwa l-ammont ta’ sigħat ta’ taħriġ fix-xahar hu mistenni li jkun hemm u jekk il-kundizzjonijiet ġewx mibdula?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti fl-MCAST li qegħdin fuq apprentistat bi ħlas huwa 834 li huma maqsumin f’132 apprentist fuq programmi tal-livell 3 u 702 apprentisti fuq programmi tal-livell 4.
Il-kumpaniji u l-industriji jagħtu kontribut finanzjarju skont il-leġislazzjoni preżenti ta’ €49.97 fil-ġimgħa matul l-ewwel sena kollha, €52.20 fil-ġimgħa matul it-tieni u €75.87 fil-ġimgħa matul t-tielet sena tal-apprentistat rispettivament. Dan il-kontribut jibqa’ jingħata anki meta l-istudenti ma jkunux fuq il-post tax-xogħol u jkunu qed jattendu l-MCAST għall-istudji tagħhom. Barra minn hekk l-istudenti apprentisti jingħataw l-stipendju sħiħ mill-Gvern bħall-istudenti l-oħra kollha post-sekondarji matul is-sentejn tal-kors. Bid-differenza ta’ studenti post-sekondarji l-oħra, mis-sajf tas-sena l-oħra l-istudenti qed jibqgħu jingħataw l-istipendju anki matul is-sajf tal-ewwel u tat-tieni sena.
Matul is-sena skolastika l-istudenti apprentisti jaħdmu total ta’ 64 siegħa fix-xahar. Matul ix-xhur tas-sajf l-istudenti apprentisti jaħdmu 160 siegħa fix-xahar, maqsumin fuq 40 siegħa fil-ġimgħa.
Il-kundizzjonijiet huma skont il-liġi preżenti.
It-total ta’ kumpaniji u entitajiet li qed iħaddmu studenti apprentisti huwa 417.
ETC – proċess ta’ rebranding – tenders, direct order jew assignments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li se jiswa l-proċess ta’ rebranding tal-ETC f’JOBS + Malta? Jista’ jippubblika l-lista ta’ tenders, direct orders għal xogħlijiet jew assignments f’dan ir-rigward u jindika min ġie magħżul biex jesegwixxi dan x-xogħol? Jista’ jindika min ħa ħsieb l-implimentazzjoni ta’ dan ix-xogħol fil-Korporazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba għall-proċess ta’ rebranding tal-ETC f’Jobsplus.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-trasferiment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-CEO fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) kienx jinkludi wkoll nies oħrajn? Jekk iva, min huma u x’kariga jokkupaw u kif intgħażlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma kienx trasferiment u ma ġie trasferit l-ebda uffiċjal miegħu. Il-PA tal-persuna indikata mill-Onor. Interpellant meta kien mal-ETC reġa’ gie impjegat bħala PA fuq bażi ta’ ‘position of trust’ mal-FTS.
Kien hemm ukoll persuna oħra li kienet Communications Manager mal-ETC u li ġie approvat li dan jiġi seconded mal-FTS.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti fl-iskejjel sekondarji li kienu qegħdin jiġu mgħallma l-Latin tul is-sena skolastika 2015/2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tul is-sena skolastika 2015/2016 fl-Iskejjel Sekondarji kemm dawk tal-Istat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti, ma kienx hemm studenti li kienu qegħdin jiġu mgħallma l-Latin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux normali li l-Istatementing Board jikkontradixxi rakkomandazzjoni konklussiva komuni ta’ Educational Psychologist, Speech Therapist u Occupational Therapist bħalma ġara fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn tifla autistic ta’ tliet snin tingħata shared LSA flok individual LSA? B’referenza għal dan l-istess każ, jaħsibx il-Ministru li każijiet sensittivi li jinvolvu tfal b’LSA minn Kinder 1, bħalma hu dan il-każ, ikollhom LSA stabbli li ma tinbidilx minn sena għal oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Istatementing Moderating Panel jirrakkomanda dak li jkollu bżonn l-istudent li jidher quddiemu u skont ir-rapporti tal-professjonisti. Jieħu wkoll in konsiderazzjoni r-riżorsi li diġà jkunu preżenti fil-klassi u l-iskola. Infurmat li f’dan il-każ, it-tifla għandha “mild traits of Autism” u ngħatat “Shared Same Class” u mhux “Shared” kif qed jiġi stipulat, jiġifieri LSA il-ġurnata kollha bejn żewġt itfal.
Jekk it-tfal ikollhomx LSA stabbli li ma tinbidilx minn sena għal oħra hija deċiżjoni li tittieħed mill-Prinċipal u l-iskola.