Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28914 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fil-Pitkalija Ċentrali bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-Pitkalija Ċentrali ma saret l-ebda sahra bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena. Għalhekk ma tħallas xejn u ma baqa’ xejn x’jitħallas.
Leg 9 PQ #28866 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-PQ 28224 possibli l-overtime dovut ta' Lm16,444.80 jkopri biss l-overtime għall-perjodu minn Jannar sa Awissu din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iva, jien infurmat li l-ammont imsemmi fit-tewġiba msemmija mill-Onor. Interpellant kien ikopri biss is-sahra għall-perjodu minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #28902 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' Wied il-Qlajjgħa r-Rabat matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fl-inħawi ta' Wied il-Qlejgħa, ir-Rabat ma kinux rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28906 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' l-Mtaħleb u Landrijiet matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fl-inħawi ta' l-Imtaħleb u l-Landrijiet ma ġewx rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28907 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' l-Baħrija u Kunċizzjoni matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fl-inħawi tal-Baħrija u l-Kunċizzjoni ma ġewx rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28987 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bordijiet u Kummisjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28516, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29052 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Inkwiet ma' Sajjieda Tuneżini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jgħin lis-sajjieda li qed jiġu misruqa u mhedda minn sajjieda Tuneżini? Jikkonferma l-Ministru li s-sajjieda talbu għajnuna lill-awtoritajiet? Jekk fl-affermattiv, x'għajnuna qed tingħata jew ingħatat mill-Ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull okkażjoni fejn ikollhom bżonn, il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd qiegħed jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lis-sajjieda Maltin u Għawdxin. Ma naħsibx li l-Onor. Interpellant għandu għalfejn jitlob konferma għaliex kont jien stess li semmejt il-problema waqt konferenza ta' l-aħbarijiet dwar it-Tielet Sena ta' Ħidma tal-Gvern. Bħal f'kull każ ieħor bħal dan, il-Ministeru ġabar ir-rapporti tas-sajjieda, talab u ħeġġeġ għal kull għajnuna possibbli mill-Forzi Armati u kkuntattja lill-awtoritajiet Tuneżini anki bl-għajnuna tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin skond kif inhu xieraq.
Leg 9 PQ #28813 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Processed Products — Price Comparison

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-processed products - price comparison li sar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Personalment ma naf bl-ebda studju ta' 'processed products' - price comparison, li għalih qed jirreferi l-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #28786 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kolonji tan-Naħal

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 28221, jista' l-Ministru jgħid x'kienet r-raġuni li matul l-1997 il-frieħ tan-naħal naqsu b'90, u fl-1998 naqsu b'142 meta pparagunati mas-sena 1997? Jista' jgħid ukoll kif imbagħad il-frieħ żdiedu b'40 fis-sena ta' wara u b'50 oħra fis-sena ta' wara? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-sezzjoni sena b'sena bejn 1997 u 2001?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fl-1997, l-uffiċjal li kien jieħu ħsieb in-naħal kien ħareġ bis-sick leave. Effettivament wara ftit żmien kellu jidħol ukoll l-isptar fit-tul biex jiġi operat. F'Ottubru 1998 ġie Malta Xjentist Amerikan taħt l-awspijaċi tal-F.A.O. flimkien ma' ieħor Ġermaniż. Reġa' kien impjegat konsulent li hu espert f'dan ix-xogħol. Tfassal programm ta' tliet snin fejn kien deċiż li għandha ssir selezzjoni ta' naħal Malti biex jitrawwem, u jitfaqqsu rġejjen bl-iskop li jingħataw: a) b'xejn lil dawk li jiġi verifikat li mitilhom in-naħal bil-mard li jittieħed; u b) b'bejgħ lil dawk li jridu jżidu jew jibdew irabbu n-naħal, bi prezz baxx. L-impjegati f'din it-taqsima kienu hekk: 1997: 5 ħaddiema , fosthom xufier. 1998: 3 fil-bidu tas-sena u 4 fl-aħħar xahar tas-sena. 1999: 5 2000: 3 2001: 4 minn Awissu 'l hawn.
Leg 9 PQ #28557 Sitting 621 2001-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Riabilitazzjoni ta' Wied

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex fl-isteress ta' l-iżvilupp rurali tal-gzejjer tagħna li jitkompla l-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejjgħa li jinsab fil-gzejjer Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għadha kif ingħatat tender biex jitkompla x-xogħol ta' tqegħid ta' box gabion f'Wied il-Qlejgħa. Ix-xogħol għandu jitlesta fi żmien sitt ġimgħat.
Leg 9 PQ #28559 Sitting 621 2001-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata fl-Isptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li s-sena l-oħra huwa stess indaħal f' kuntrat purament kummerċjali sabiex eżenta l-levy fuq 250 tunnellata u stqarr li huwa għamel hekk minħabba l-bżonn li kien jeħtieġ it-tenderer li jissuplixxi l-ordni tal-patata fl-isptarijiet, din is-sena ma' approvax l-istess talba li saret għall-istess skop mit-tenderer li llum għandu fir-responsabilta tiegħu l-istess obbligi ta' dan il-kuntratt għall-isptarijiet u dan meta l-istess Ministru ħabbar li minn Jannar tas-sena d-dieħla se jibda jneħħi l-levy ta' protezzjoni għas-settur tal-Biedja?

Response (ZAMMIT, NINU)

Eżenzjoni tal-levy fuq patata importata biex tintuża fl-isptarijiet u istituzzjonijiet oħra tal-Gvern l-aħħar li ngħatat kien għall-perjodu minn Jannar sa Ġunju 2000. Minn dak iż-żmien ’l hawn saru tliet talbiet oħra għal eżenzjoni mil-levy. Ebda wahda ma ntlaqgħet. Dawn kienu għall-perjodu minn Lulju sa Diċembru 2000, min Jannar sa Ġunju 2001 u minn Lulju sa Diċembru 2001. Infakkar lill-Onor Interpellant fil-kritika qawwija li kien għamel kemm fil-Parlament kif ukoll fil-gazzetti kontra l-eżenzjoni tal-levies fuq il-patata. Ma nafx allura għaliex issa l-Onor Interpellant qed jikkritika l-fatt li ma ngħatatx l-eżenzjoni.
Leg 9 PQ #28560 Sitting 621 2001-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni Agrikola

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi provi fuq produzzjoni agrikola organika saru fil-Farm esperimentali matul dawn l-aħħar tlett snin sena b' sena? X' riżutati inkisbu u x' rikomandazzjonijiet saru lill-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saru l-ebda provi fuq tkabbir ta' prodotti organċi fil-farm sperimentali ta' l-Għammieri, la f'dawn l-aħħar tliet snin u lanqas qabel.
Leg 9 PQ #28562 Sitting 621 2001-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' ikkawża il-fawran tas-sistema tad-drenaġġ fil-Farm Esperimentali tal-Għammieri fl-1 ta' Ottubru 2001 u meta ġew rimedjati l-ħsarat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 28474.
Leg 9 PQ #28823 Sitting 621 2001-10-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #28475 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Problema tad-Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tlett snin kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru bejn l-awtoritajiet tal-Gvern Malti u dawk Libjani sabiex tkun kontrollata aħjar il-problema tat-traffikar tad-droga li teżisti? Xi żviluppi saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28469 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x' kienet ir-raġuni li naqsu bi 33% it-talbiet li l-bdiewa għamlu għaż-żriegħ ta' l-esportazzjoni tal-patata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nagħraf l-Onor. Interpellant li din is-sena nkitbu madwar 320 tunnellata patata taż-żriegħ Alpha aktar minn dak li jippermettu ż-żewġ kuntratti eżistenti, jiġifieri dak li jirregola l-importazzjoni taż-żerriegħa Alpha u dak ta' l-esportazzjoni tal-patata ta' Malta. Għaldaqstant biex tkun evitata diskriminazjoni ma' dawk li jkabbru dan il-prodott għas-safar, b'rakkomandazzjoni ta' l-Agricultural Export Marketing Board, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kellu jnaqqas perċentaġġ mill-kitbiet kollha li saru għal din il-varjeta'.
Leg 9 PQ #28470 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata bil-Kwota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet tal-bdiewa li ġew ikkonsultati dwar id-deċiżjoni tal-Ministeru li l-produzzjoni tal-patata għall-esportazzjoni se tkun ikkontrollata u bil-kwota? Meta saret din il-konsultazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28472.
Leg 9 PQ #28471 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Producers Organisations

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-Ministeru beda jikkontrolla l-produzzjoni tal-bdiewa mill-uċuħ tar-raba tagħhom meta għadhom lanqas twaqqfu l-producers organisations?

Response (ZAMMIT, NINU)

Hija ħrafa li jingħad, kif qed jallega l-Onor. Interpellant, li hemm il-ħsieb ta' xi kontrolli fuq il-produzzjoni ta' uċuħ tar-raba. Anzi l-mira ta' dan il-Ministeru minn dejjem kienet u għadha għal kollox bil-maqlub. Infatti, il-bdiewa huma nkoraġġiti biex bil-għaqal tagħhom u bl-għajnuna tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jippjanaw għall-ġejjieni biex kemm għall-benefiċċju tagħhom u dak tal-konsumatur iżda l-produzzjoni ta' kwalita' u aktar varjeta' ta' prodotti skond il-bżonnijiet tas-suq. Jekk l-Onor. Interpellant, fil-mistoqsija tiegħu għandu f'moħħu l-importazzjoni tal-patata taż-żriegħ, infakkru li peress li din hija eżentata mill-levy, bħas-soltu din tkun suġġetta għall-liċenzja tal-importazzjoni. Din is-sena, r-rikjesta totali għal dan il-prodott laħqet 4,835 tunnellata, jiġifieri aktar mid-doppju li kienu impurtati s-sena li għaddiet. Għaldaqstant wara li kien ikkunsidrat il-kuraġġ tal-bdiewa fuq is-suċċess li kisbu din is-sena, inħass li apparti dawk intiżi għas-safar, għall-raġunijiet ovvji, ikunu awtorizzati parti mit-talba tal-varjetajiet l-oħra.
Leg 9 PQ #28472 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni tal-Patata

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt wara dak li qal publikament matul dawn l-aħħar tlett snin cioe li bis-sħubija ta' Malta fl-UE il-bdiewa se jkollhom opportunitajiet ta' swieq kbar fejn jesportaw il-prodotti tagħhom, issa beda jikkontrolla l-kwantita ta' l-esportazzjoni tal-patata tant li din naqset bi 33% meta pparagunata mas-snin ta' Gvernijiet preċedenti Laburisti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Huwa ovvju li sakemm Malta ma tiffurmax parti mill-Unjoni Ewropew, il-bdiewa lokali ma jkunux jistgħu jgawdu mill-opportunitajiet li għamel riferenza għalihom l-Onor. Interpellant. Rigward l-esportazzjoni tal-patata, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-ftehim li kien sar mill-Onor. Interpellant meta kien responsabbli mill-Agrikoltura. Jien żgur li dan jgħinu jiftakar sew li kien proprju hu li għamel ftehim biex in-negozju tal-patata ta' Malta bejn l-1999 u l-2001 jikkonċerna prinċipalment 5,000 tunnellata Alpha u nbagħad surplus ta' 1,000 tunnellata oħra offruti bi prezzijiet inferjuri. Barra minn dan, biex żgur li l-produzzjoni ta' l-Alpha ma teċċedix dik miftehma fil-kuntratt huwa għoġbu għall-ewwel darba jdaħħal kontroll fuq l-importazzjoni tal-patata għaż-żriegħ. Kienet biss ir-reviżjoni ta' dan il-ftehim li saret taħt l-amministrazzjoni preżenti li matul l-aħħar tliet snin ippermettiet esportazzjoni ta' 7,079, 6,539 u 6,067 tunnellata ta' patata rispettivament u fuq kollox bi prezzijiet aħjar.
Leg 9 PQ #28473 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti li l-bdiewa se jkollhom l-opportunita li jibdew jesportaw lejn is-swieq tal-pajjiżi ta' l-UE mis-sena d-dieħla? Xi preparazzjonijiet saru bejn il-bdiewa u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għal dan il-għan matul dawn l-aħħar tlett snin u x' riżultati ntlaħqu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant imissu jaf lid-dazji tal-UE fuq prodotti agrikoli Maltin jitneħħew jew meta Malta issir membru ta' l-UE jew meta jiġi negozjat ftehim apposta. Fi żmien il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien intlaħaq ftehim biex jispiċċaw d-dazji fuq numru ta' prodotti bħal ma huma d-dulliegħ u l-bettieħ, iżda dan il-ftehim spiċċa hekk kif il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista iffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-UE.