Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tjur tas-simna

Question

Sena b'sena separatament, kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel sitt xhur ta' l-2005, 2004, 2003 u 2002? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus abbażi tal-piż f'kull każ separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Annimali maqtula fil-biċċerija ta' emerġenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali li nqatlu fil-biċċerija ta' l-emerġenza matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Rapport tal-MEPA

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21148, jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern fid-dawl tar-rapport tal-MEPA tad-9 ta' Novembru, 2006 li ma ġewx segwiti fl-ispirtu u l-kelma l-provvedimenti tal-Liġi li ssir konsultazzjoni sħiħa u serja f'kull stadju tal-proċess tal-pjan lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konsultazzjonijiet fuq il-Pjan tal-Majjistral ta' Malta saru skond il-provvedimenti ta’ l-Artiklu 27 ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp. Dan l-artiklu jikkontempla perjodu b'minimu ta' sitt gimgħat wara li l-abbozz tal-pjan lokali joħrog fid-dominju pubbliku. L-istess att ma jikkontemplax konsultazzjonijiet addizzjonali. Sadanittant il-Gvern ma jeskludix li jikkonsidra bidliet fil-Liġi ta’ l-Ippjanar biex ikun hemm proċess aktar wiesa’ ta’ konsultazzjoni.

Irziezet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' irziezet f'Malta u Għawdex li laħqu l-livelli stabiliti tal-waste treatment facilities?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika xi jrid ifisser eżatt b’ waste treatment facilities.

Siġar ta' l-akaċja

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitneħħew iz-zkuk tas-siġar ta' l-akaċja li s-sena l-oħra tqaċċtu mill-inħawi madwar l-iskola primarja ta' San Ġiljan peress li qed ikerrħu l-post u jagħtu dehra ta' telqa u żdingar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Barrieri — Skart tal-Bini

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-barrieri magħluqa li matul l-2003, l-2004 u l-2005 kienu liċenzjati biex jilqgħu fihom skart tal-bini u min kienu l-operaturi ta' kull waħda minn dawn il-barrieri? Kemm kienu t-tunnellati ta' skart tal-bini mormija f'kull barriera fl-2003, l-2004 u l-2005? Kemm kien id-dħul li sar mir-rimi ta' dan l-iskart tal-bini f'dawn il-barrieri fl-2003, l-2004 u l-2005 għall-Wasterserv? Kemm tħallsu fl-2003, l-2004 u l-2005 l-operaturi ta' kull waħda minn dawn il-barrieri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-barrieri magħluqa amministrati mill-WasteServ Malta Ltd li matul l-2003, l-2004 u l-2005 kienu jilqgħu fihom skart tal-bini kienu dawn: Tal-Mejda South West Portion (Triq il-Belt Valletta, Mqabba) Part of North East Portion ‘Tal-Mejda/Tal-Froxx’ Barriera qrib tal-Mejda Fawwara Ġebel Ciantar Kirkop Tal-Froxx Ta’ l-Iblieq Extension of Ta’ l-Iblieq Tas-Sienja Siġġiewi Ta’ Ħanżier Żebbiegħ Ta’ Torri Falka Qrendi Ix-Xagħri l-Imqalleb Ta’ l-Isqof Tal-Modorbu Dingli Ta’ Tlata Lapsi Ta’ Belula Dawn il-barrieri kienu amministrati mill-WasteServ Malta Ltd bħala parti mill-kuntratt magħruf bħala Package One u li qed jiġi implimentat minn Ecoways Ltd. Tunnellati ta’ skart tal-bini mormija f’kull barriera fl-2003, l-2004 u l-2005: 2003 2004 2005 Lapsi 114,902.63 255,679.49 118,611.14 Mejda (siti vari) 171,894.54 0 0 Fawwara 30,392.53 0 0 Kirkop (Tal-Froxx) 166,306.23 0 0 Siggiewi 116,501.36 0 0 Kirkop (Ta’ l-Iblieq u l- extension ) 161,885.27 433,453.05 0 Zebbiegh 0 874,881.03 190.40 Qrendi 0 613,847.66 601,777.27 Dingli 0 0 149,313.08 Kirkop (Tas-Sienja) 0 0 315,282.54 Dħul għall-WasteServ Malta Ltd u Ħlas lill-Operatur: Dħul għall-WasteServ Ħlas lill-Operatur 2003 Lm298,910.13 Lm976,589.95 2004 Lm1,492,982.00 Lm2,813,190.25 2005 Lm1,659,266.84 Lm1,513,596.48 Il-barrieri li kienu liċenzjati biex jintrema fihom it-terrapien (skart tal-bini) huma dawn: Isem Tal-Barriera Operatur Sena tal-Liċenzja Quarry No 3, Wied Incita, Rabat Road, Attard Emmanuel Aquilina o.b.o Debattista Schembri Qabel 2003 Quarry No 12, Wied Incita, Rabat Road, Attard Emmanuel Aquilina o.b.o Sand & Gravel Ltd Qabel 2003 Quarry No 15, Wied Filep L/o Naxxar Paul Vella o.b.o Ballut Blocks Ltd Qabel 2003 Quarry No 31, Ta' Dmejrek L/o Dingli Emmanuel Vella o.b.o Julian Vella Qabel 2003 Quarry No 35 Ta' Zuta L/o Dingli Mario Bonnici Qabel 2003 Ta' Qattara, Kercem, Gozo Carmel Spiteri & Michael Axiaq Qabel 2003 Quarry No 9, Ta' Kaduma, L/o Naxxar Carmel Vella Qabel 2003 Quarry No 21, Tal Ghaqba, Labour Avenue, Naxxar Carmel Vella Qabel 2003 Quarry No 52, Triq is-Sejba, L/o Mqabba Emmanuel Mifsud Qabel 2003 Quarry No 33, Ta' Belula, Lapsi L/o Siggiewi Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Qabel 2003 Quarry No 28. Ta' Xaghar Imqalleb, Mqabba Emmanuel Camilleri Qabel 2003 Quarry No 5. Triq Wied Merill, Ta' Ghansar l/o San Lawrenz, Gozo John Mizzi Qabel 2003 Quarry at Ta’Kandja, L/O Mqabba Director General, Works Division 2003 Quarry at Tal-Mejda, l/o Mqabba Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2003 Franka Quarry, Wied Hanzir, Siggiewi Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2003 Quarry No 29 Torri Falka, Mgarr Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2003 South West Portion of SM 72, Tal-Mejda, Mqabba Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry at Tal-Froxx, Kirkop Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry between Tal-Mejda and ‘Tal Froxx, Mqabba Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry at Tal-Modorbu, Mqabba Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry at Tax-Xaghri Imqalleb, Qrendi Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry at Ta’ L-Iblieq, Kirkop Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Part of NE Portion of SM72 Tal-Mejda, Mqabba Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry at 76, Misrah Sinjura, Triq Is-Siggiewi, Qrendi Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Santa Katerina Street, Ix- Xwieki l.o. Gharghur Jenine Korfan 2005

Magħtab — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħol b'kuntratt sar fis-sit tal-Magħtab u jagħti lista sħiħa tal-kuntratti, kuntratturi u ħlasijiet li ħadu fis-sena 2004?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Bring-in sites

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm bring-in sites imferrxa ma' Malta u Għawdex? Jista' jgħid xi jsir mill-plastik, ħġieġ, karti u metall li jinġabar? Kemm minnu jiġi riċiklat u fejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum f’Malta u Għawdex hawn 116-il bring-in site. Il-materjal kollu li jinġabar jidħol fl-Impjant ta’ Sant’Antnin fejn jiġi magħżul u wara jintbagħat għar-riċiklaġġ għand kuntratturi li jieħdu ħsieb li jipproċessaw il-materjal u jesportawh għar-riċiklaġġ. Parti mill-karta qed tiġi mqattgħa għal taħt l-annimali u l-karta bajda tmur għand kumpanija lokali li tirriċiklaha hi stess. Kartun u karta coated jiġu esportati għar-riċiklaġġ. Il-ħġieġ jiġi magħżul biex jitneħħa materjal li mhux tajjeb għar-riċiklaġġ. Parti minn dan il-materjal jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni u parti oħra qed tiġi maħżuna fl-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin sakemm jinstab suq għaliha.

Bini ta' skejjel ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal bini ta' skejjel ġodda? Minn min saret kull applikazzjoni u meta saret? F'liema lokalita' saret l-applikazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Kuntratti

Question

Jista' il-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 21738? Outsourcing nifhem kull xogħol/servizz mogħtija mill-ministeru jew enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru, lill-persuni jew enti li ma jaħdmux mal-ministeru jew enti pubbliċi taħt id-dekasteru tal-ministeru.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Attrazzjonijiet għall-Għaddasa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21785, jista' il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet pendenti hemm quddiem il-MEPA biex jiġu mgħarrqa biċċiet tal-baħar bħala attrazzjoni għall-għaddasa? F'liema stadju tal-proċess waslu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha tliet applikazzjonijiet quddiemha: PA 6279/06 - Scuttling of vessel (patrol boat P29) off Cirkewwa. Din l-applikazzjoni giet ivvalidata fit-13 ta’ Novembru 2006. PA 6280/06 - Scuttling of vessel (patrol boat P31) East Comino. L-applikazzjoni għadha invalida. PA 2966/06 - Two enclosures [cages] supporting a small population of fish as a tourist diving attraction. Id-Direttorat f'dan il-kaz lesta r-rakkomandazzjoni tiegħu.

Studenti li żaru l-Farm Esperimentali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal/studenti li żaru l-farm esperimentali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar sa Ġunju 2006 żaru l-farm 1,006 studenti ta’ l-iskejjel primarji u 500 student ta’ l-iskejjel sekondarji, b’kollox 1,506 studenti.

Farm Esperimentali — Trobbija ta' l-annimali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm annimali fil-preżent fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri? X'esperimenti qed isiru fil-mument għar-rigward tat-trobbija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta' Ottubru 2006 kien hemm fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri dawn l-annimali: 2 gażżelli, 2 ċriev, 3 ponijiet, xadin, 6 llama, ħmar, 2 għoġiela Maltin, 2 għoġiela tar-refgħa, 11-il għoġol tas-simna, 28 għoġiela żgħar, 7 erieħ, 24 baqra tal-ħalib, 16-il fenek tar-razza, 142 fenka, 593 żarmuġ, 14-il bodbod, 124 mogħża, 106 gidien, 30 għanniqa, 4 mogħoż nani, 2 mtaten, 35 nagħġa, u 23 għabura. L-esperimenti li jsiru huma diversi u jinkludu titjib fir-razez, tgħammir u nutrizjon.

Farm Esperimentali — Trobbija tat-Tjur

Question

Jista' il-Ministrui jgħid kemm hemm tjur fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri? X'esperimenti qed isiru fil-mument għar-rigward tat-trobbija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta' Ottubru 2006 kien hemm fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri dawn it-tjur: 9 dundjani, 2 nagħma, 2 emu, 10 wiżż, 1 rhea, 89 tiġieġ u sriedaq “fancy”, 47 tiġieġ tal-bajd, 47 għawwietaq, 4 flieles, 9 summien, 3 farawni, 2 pappagalli, 38 papra, 68 ħamiem, 2 paguni, u 6 perniċi. Hemm ukoll numru ta' għasafar tal-għana bħala parti mill-breeding programme. L-esperimenti li jsiru huma diversi u jinkludu titjib fir-razez, tgħammir u nutrizjon.

Chief veterinary officer

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għal postijiet vakanti ta' chief veterinary officer?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-post ta' Kap Veterinarju Ewlieni għandu jimtela fiż-żmien opportun u abbażi tal-ħtiġijiet tad-Diviżjoni.

Chief Fisheries Vet Officer

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għal postijiet vakanti ta' chief fisheries vet officer?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jeżisti ebda post vakant ta’ chief fisheries vet officer.

Ġibjun fil-park tas-Salina

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif jimtela' l-ġibjun li ġie mibni fil-park tas-Salina quddiem il-lukanda Bellavista, liema ġibjun inbena sena u nofs ilu? Is-sistema tal-mili tal-ġibjun hi lesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-sistema tal-mili tal-ġibjun li hemm fil-park tas-Salina hija lesta tant li dan l-istess ġibjun jimtela bl-ilma tax-xita minn sistema ta’ culverts u water catchments li nbnew taħt il-kurduna tal-bankina matul it-triq faċċata tal-lukanda 'Bella Vista'. L-ilma kollu li jinġema fit-toroq tal-viċinanzi jaqleb għal go dawn il-water catchments.

Wied il-Għajn — Family Park

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar il-family park propost f'Wied il-Għajn li dwaru saret riferenza fl-ittra mill-MEPA liċ-chief executive officer tal-Wasteserv Malta Ltd u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bagħtet numru ta' konsultazzjonijet u qiegħda tistenna l-kummenti tagħhom qabel ma tkun tista’ tipproċedi bl-applikazzjoni.

Carbonated drinks fi flixken tal-plastic

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux permess li jidħlu Malta carbonated drinks (soft drinks) fi flixken tal-plastic? Jekk iva, hemm xi data minn meta dawn ma jkunux jistgħu jidħlu aktar? Jekk xi ħadd beħsiebu jimporta carbonated drinks minn Jannar tas-sena d-dieħla, jista' jimpurtahom f'kontenituri tal-plastic?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kontenituri ta' non-alcoholic, carbonated (soft drinks) huma rregolati b'Avviż Legali 158 ta’ l-1998, kif emendat b'Avviż Legali 11 ta’ l-2001, li fost ħwejjeġ oħrajn jesiġi li dawn ix-xarbiet ikunu fi fliexken tal-ħġieġ refillable. Dan jgħodd sa l-aħħar ta’ l-2007. Mill-ewwel ta' Jannar 2008, dawn ix-xarbiet ikunu rregolati b'Avviż Legali 98 ta’ l-2004 li jippermetti l-ibbottiljar ġo kontenituri tal-plastik taħt ċerti kundizzjonijet.