Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1554 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar, u għalhekk, tingħata risposta f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Deputy chief of staff/head of secretariat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?

Response (VELLA, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li m'għandix Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1539 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jirrikjedi ħafna ħin biex jinġabar u dan ifisser spiża sostanzjali għall-Ministeru. Madanakollu jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq ikun jaf fuq xi każ jew każijiet partikolari, il-Ministeru lest li jagħti t-tagħrif fuq dawn il-każi.

Ministeru għall-Affarijiet Barrini — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #16 Sitting 39 2013-06-26 Written · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Visas temporanji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy fir-rigward ta' familji Sirjani, residenti barra s-Sirja, li jitolbu visa temporanja sabiex iżuru familjari tagħhom f'Malta? Jista' jgħid kemm daħlu persuni Sirjani f’Malta matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (VELLA, GEORGE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Segretarju Permanenti – xogħol ta’ ambaxxatur

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2163, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt msemmi? Kemm hi l-paga totali u l-allowances li jitħallas is-Segretarju Permanenti preżenti?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-kuntratt kif ukoll is-salarju globali u l-allowances li jitħallas is-Segretarju Permanenti preżenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huma l-istess bħal dawk li jitħallsu s-Segretarji Permanenti fi ħdan il-Ministeri l-oħra (Scale 2). Nixtieq nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-imsemmi Segretarju Permanenti mhux talli mhux qiegħed jitħallas iżjed mill-kollegi tiegħu, imma sabiex jerġa' lura Malta biex jaqdi dmirijietu fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kellu jirrinunzja għal pakkett finanzjarju ferm aktar tajjeb.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2000 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-persuna msemmija.

Kanada — Memoranda of understanding pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Kanada?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. interpellant li hemm Memorandum of Understanding pendenti mal-Kanada dwar Konsultazzjonijiet Bilaterali bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika ta' Malta u d-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ Internazzjonali tal-Kanada

Awstralja — Memoranda of understanding pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Awstralja?

Response (VELLA, GEORGE)

Bħalissa ma hemm ebda Memoranda of Understanding pendenti bejn Malta u l-Awstralja.

Korea ta’ Isfel — Memoranda of understanding pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Korea ta’ isfel?

Response (VELLA, GEORGE)

Bħalissa ma hemm ebda Memoranda of Understanding pendenti bejn Malta u Korea ta' Isfel.

Arabja Sawdita — Memoranda of understanding pendenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1859, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taż-żewġ memoranda ffinalizzati mal-Arabja Sawdita?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru li mill-MOU li hemm referenza għalihom fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu 1859, s'issa ma hemm ebda wieħed minnhom li huwa finalizzat. B'finalizzat nifhem "maqbul" u "ffirmat". Ninforma 'l-Onor Membru wkoll li jekk irid ikollu lista u t-text ta' MOU u trattati finalizzati u li daħlu fis-seħħ, jista' jikkonsulta on line 'Treaty Series' fuq il-website tal-Ministeru.

Qatar — Memoranda of understanding pendenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1858 jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taż-żewġ memoranda finalizzati mal-Qatar?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru li mill-MOU li hemm referenza għalihom fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu 1858, s'issa ma hemm ebda wieħed minnhom li huwa finalizzat. B'finalizzat nifhem "maqbul" u "ffirmat". Ninforma 'l-Onor Membru wkoll li jekk irid ikollu lista u t-text ta' MOU u trattati finalizzati u li daħlu fis-seħħ, jista' jikkonsulta on line 'Treaty Series' fuq il-website tal-Ministeru.
Leg 12 PQ #1278 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpaniji msemmija m' għandhomx kuntratti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1999 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-persuna msemmija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi? Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif spjegat fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, in-nefqa totali kienet ta' €63,641.52. Din l-ispiża totali tikkonsisti minn dawn l-ispejjez msemmija hawn taħt: Rinnovar €45,382.49, li €20,994.06 minnhom kien għal xogħol li nbeda qabel Marzu 2013 Għamara €2,320.23 Kompjuters €6,710.89 Stationery €9,164.56 Dwar kompjuters għall-uffiċċju tiegħu u tas-Segretarjat, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 2359.

Tuneżija — Memoranda of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mat-Tuneżija?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Memoranda of Understanding pendenti mat-Tuneżija huma: - Memorandum of Understanding bejn ir-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar Rikonoxximent taċ-Ċertifikati ta' Baħħara skont il-Providimenti tar-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards għal Taħriġ,Ċertifikazzjoni u Watch-keeping għall-Baħħara. - Memorandum of Understanding bejn ir-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar koperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu. - Memorandum of Understanding bejn il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Agrikoltura tar-Repubblika tat-Tuneżija.

Niġerja — Memoranda of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti man-Niġerja?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. interpellant li hemm Memorandum of Understanding pendenti man-Niġerja dwar l-immigrazzjoni bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta u il-Gvern tar-Repubblika Federali tan-Niġerja.

Brażil — Memoranda of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Brażil?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. interpellant li hemm Memorandum of Understanding pendenti dwar Konsultazzjonijiet Bilaterali bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil.