Dipartiment tas-Saħħa — Applikazzjonijiet għad-djar ta' l-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti fl-aħħar ta' Novembru 1998 għal: (i) dħul f'San Vinċenz; (ii) dħul fi djar ta' l-anzjani tal-gvern?
Kemm minnhom joqogħdu (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) u l-Pieta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sa l-aħħar ta' Novembru 1998 kien hemm 682 anzjan li kienu qed jistennew biex jidħlu fir-Residenza ta' San Vinċenz. Minn dawn kien hemm 20 mill-Belt, 36 mill-Ħamrun, 10 mill-Furjana u 10 mill-Pieta'.
Sa l-aħħar ta' Novembru 1998 kien hemm 575 anzjan li kienu qed jistennew biex jidħlu fid-Djar ta' l-Anzjani tal-Gvern. Minn dawn kien hemm 26 mill-Belt, 32 mill-Ħamrun, 13 mill-Furjana u 8 mill-Pieta'.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu qed jirreġistraw nies għax-xogħol fl-aħħar ta' Novembru 1998? Kemm minnhom joqogħdu: (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) il-Pieta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1998 kien ta' 7,184. Minn dawn kien hemm 250 joqgħodu l-Belt, 292 joqgħodu il-Ħamrun, 69 joqgħodu il-Furjana u 62 joqgħodu il-Pieta'.
L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Settembru 1998.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għal akkomodazzjoni alternattiva fl-aħħar ta' Novembru 1998? Kemm minnhom joqogħdu: (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) il-Pieta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi fl-aħħar ta' Novembru 1998 kien hemm 3198 applikazzjoni pendenti quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, li fosthom kien hemm 331 li saru minn applikanti mill-Belt Valletta, 144 li saru minn applikanti mill-Hmarun, 78 li saru minn applikanti mill-Furjana u 26 saru minn applikanti mill-Pieta'.
7.12.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn persuni mill-Gudja, Raħal Ġdid, Tarxien, Santa Luċija u Marsa għal post alternattiv? Jista' l-Ministru jara li tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet u bl-indirizzi rispettivi ta' kull waħda minn dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi hemm 331 applikazzjoni pendenti mill-postijiet indikati mqassmin kif ġej:
Gudja 8
Paola 107
Tarxien 51
St. Luċija 50
Marsa 115
Mhux il-każ li jiġu mxanndra l-ismijiet tal-applikanti minn dawn il-lokalitajiet.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-vot dedikat għal dawk in-nies li jsofru minn xi diżabilita' u japplikaw għall-home help?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-vot dedikat għal dawk in-nies li jsofru minn xi diżabilita' u japplikaw għall-'home help' jagħmel parti mill-vot totali ta' Lm895,000 taħt Item 4064 'Home Help/Care Services Scheme'.
7.12.98
Jista' l-Ministru jelenka minn liema lokalitajiet kienu ġejjin dawk li ffrekwentaw id-Detox Unit fl-Isptar San Luqa, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Agenzija Sedqa li taħtha jaqha ċ-Ċentru tad-Detox twaqqfet fl-1994 u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tmur lura sas-sena 1994 u mhux qabel, kif mitlub.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li turi l-lokalitajiet ta' persuni differenti li matul is-snin rispettivi bejn 1994 u 1997 ffrekwentaw iċ-Ċentru tad-Detox sena b'sena.
7.12.98
Peress li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tinsab homeless u għandha diżabilita' permanenti u lanqas għajnuna soċjali ma tirċievi, jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li l-każ ta' din il-persuna jiġi trattat bi speditezza xierqa u tingħata mqar żewġ kmamar fejn tkun tista' tgħix u tingħata l-għajnuna soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal impjieg mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998: a) mis-Servizz Pubbliku; b) minn enti statutorji; c) minn enti u kumpanniji li l-Gvern, direttament jew indirettament għandu mill-inqas nofs l-ishma tagħhom; d) mis-settur privat; u jindika d-dipartiment, enti jew kumpannija, fil-każ ta' (a), (b) u (c), kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid xi drittijiet għandha l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li tieħu ħsieb il-ġenituri tagħha li joqogħdu fl-istess indirizz għal allowance peress li tieħu ħsieb il-ġenituri tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet nfurmata bid-drittijiet tagħha u dan b'ittra tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tas-26 ta' Novembru 1998.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Gvern biex inaqqas il-kontribuzzjonijiet għall-Bord tal-Koperattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni fil-Budget għall-Bord tal-Koperattivi ġie mnaqqas minħabba li t-talba ta' l-istess Bord kienet anqas minn dik li kienet allokata fis-sena finanzjara 1998.
7.12.98
Persuni b'Diżabilita' — Hydro therapy home equipment
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jimxi fuqhom id-dipartiment fir-rgiward ta' kif suppost jinħareġ is-sussidju għal xiri ta' hydrotherapy home equipment għal persuni b'diżabilita' miċ-Ċentru Ħidma Soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jagħti nformazzjoni dwar is-Servizz Għajnuniet Speċjali fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', li jinkludi l-kriterji li fuqhom issir l-għażla minn fost l-applikanti għal dan is-servizz. Din l-informazzjoni tapplika għax-xiri ta' kull apparat assistiv, inkluz hydrotherapy home equipment.
7.12.98
Jista' l-Ministru jagħtina t-tagħrif dwar kull kuntratt ta': (a) bini ta' flats ġodda; (b) maintenance contracts? (1) Data ta' meta nbeda x-xogħol; (2) data ta' meta se jitlesta x-xogħol; (3) kemm diġa' tħallas il-kuntrattur; (4) kemm tlesta xogħol minn kull kuntratt partikolari; (5) min hu l-kuntrattur; (6) jekk ikun nbidel il-kuntrattur qabel ma l-kuntratt jkun tlesta jistgħu jingħataw id-dettalji ta' min ħa l-kuntratt u għaliex inbidel il-kuntrattur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
7.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1113, jista' l-Ministru jgħidilna mingħand liema kumpannija huma mikrija il-karozzi, jista' l-Ministru jelenka għax-xahar ta' Ottubru: (i) in-numru ta' impressed drivers; (ii) in-numru ta' karozzi tal-kiri; (iii) min qiegħed juża dawn il-karozzi mikrija u x'inhu l-grad tagħhom; u (iv) mingħand liema kumpannija jew individwu huma mikrija l-karozzi? Tista' l-informazzjoni tiġi maqsuma dipartiment b'dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
7.12.98