Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtha? Tista' tagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qattx kellha ilmenti minn konsumaturi dwar xiri ta’ proprjetà? Kemm kellha minn dawn il-każijiet? X’tip ta’ rimedji ngħataw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fir-rigward ta’ xiri ta’ proprjetà ma ġewx reġistrati lmenti. Huwa limitatament fir-rigward ta’ xogħlijiet strutturali mhux kompletati skont il-kuntratt jew li saru mhux in linja mas-sengħa u l-arti, li f’dawn l-aħħar sentejn ġew reġistrati żewġ ilmenti u dan dejjem limitatament safejn l-ammont ma jeċċedix is-somma ta’ €3500. Dawn iż-żewġ ilmenti ġew riżolti.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn kien l-Uffiċċju tal-MEUSAC f’Għawdex sa Marzu 2008 u f’liema ħinijiet kien jinfetaħ dan l-uffiċċju għas-servizz tal-Għawdxin? Tista’ tgħid illum fejn jinsab dan l-uffiċċju f’Għawdex u f’liema ħinijiet qed jinfetaħ għas-servizz tal-Għawdxin?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-MEUSAC reġa’ twaqqaf f’Lulju tal-2008 u għaldaqstant, sa Marzu tal-2008, ma kellu ebda uffiċċju la Malta u lanqas Għawdex.
L-Uffiċċju li għandu l-MEUSAC f’Għawdex qiegħed fil-binja tal-Universitá, ix-Xewkija, u jkun miftuħ nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis bejn is-2.00 ta’ wara nofsinhar u s-6 ta’ filgħaxija u nhar ta’ Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn id-9 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ wara nofsinhar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar mill-Ministeru tagħha kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tagħha (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Tista’ tgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Tista’ tgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – reklamar dwar il-Budget 2016
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew jiswew ir-reklami dwar il-Budget 2016, kemm dawk fuq it-television, kemm dawk fuq ir-radju, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals kif ukoll dawk bħala google adverts, sew jekk diġà dehru u kemm jekk għad iridu jidhru, in konnessjoni ma’ materja li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ħaddiema li rtiraw
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 20072 u tgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li tmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Tista’ tgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Tista’ tgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Tista’ tgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Tista’ tippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm żewġ persuni impjegati mal-BICC. Dawn huma Is-Sur Ċensu Galea li ġie impjegat fit-2010 sa 2013 u is-Sur Charles Buhagiar li ġie impjegat fit-2013 u għadu impjegat sal-lum. It-tnejn li huma impjegati bħala Chair filwaqt li kemm is-Sur Galea kif ukoll is-Sur Buhagiar kellu/għandu pakkett finanzjarju ta’ skala 4. Dawn iż-żewġ persuni intgħażlu għal dan l-impjieg bħala ‘person of trust’. L-attendenza tagħhom it-tnejn, kienet regolari.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17746, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija dwar il-konsulenti li nħatru fil-perjodu li rreferejt għalih fil-mistoqsija oriġinali sal-lum u telenka l-entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha qegħdin dawn il-konsulenti? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 17746.
Wara li deher l-artiklu ‘The Maternity Leave Trust’ f’‘The Times’ fejn dan il-fond kien deskritt bħala miżura soċjali, u wara li l-Interpellant huwa informat li kien deċiż li l-employers kollha għandhom jikkontribwixxu għal dan il-Fond, tikkonsidrax il-Ministru li għandhom almenu jkunu eżentati minn dan l-obbligu persuni ta’ età avvanzata li jimpjegaw magħhom live in carer u dan wara li tqis li dawn il-persuni żgur ma jikkwalifikawx bħala negozji, wara li tqis li dawn il-persuni diġà huma eżenti milli jħallsu l-bolla tas-sigurtà soċjali u wara li tqis li fl-aħħar baġit il-Gvern ħabbar li jrid jibda jgħin aktar lil dawn il-persuni billi għal numru limitat minnhom jibda jħallsilhom nofs is-salarju li jitħallas lil live in carers ġodda? Tikkonsidrax għalhekk il-Ministru li ħlas minn persuni bħal dawn, ħafna minnhom ta’ età verament avvanzata, hija anomalija u li għandha titwaqqaf minnufih? Hijiex informata li diġà saret rappreżentazzjoni f’dan is-sens lill-Bord tal-Fond in kwistjoni u t-tweġiba li ngħatat kienet li eventwalment dan il-Bord se jiddiskuti aktar din il-materja? Għalhekk meta jerġa’ jiltaqa’ l-Bord biex jiddiskuti din il-materja,x’direzzjoni beħsiebha tagħti l-istess Ministru fuq dan is-suġġett?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li kienet saret rapprezentanza dwar carers Filippini fejn id-direzzjoni li ingħatat dwar dan il-każ kienet li titħallas il-kontribuzzjoni għal fond tal-maternita’ mill-employers.
Hawnhekk qed nitkellmu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema u f’dan il-każ id-drittijiet tal-
live-in carers
.
Bl-iskema tal-Fond għal Maternita’ il-piż finanzjarju biex jingħata l-leave tal-Maternita’ mill-employer qed jinqasam b’mod ugwali bejn l-Employers kollha. Barra minn hekk, b’dan il-proċess qed titnaqqas il-possibilita’ ta’ diskriminazzjoni fil-proċess ta’ għazla għal impieg fuq bazi ta’ sess.
Kull eċċezzjoni li tingħata tkun qed iddgħajjef dan il-mekkaniżmu u għalhekk it-tali eċċezzjonijiet għandhom jiġu evitati.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – ingaġġ ta’ persuna
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx impjegata fi ħdan il-Ministeru tagħha jew f'xi dekasteru li hi responsabbli minnu? Tista’tgħid x'inhi n-nomenklatura tal-impjiegtagħha? Tista' tgħid f'liema skala taċ-ċivil ġiet impjegata? Tista' tgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika għal dan l-impjieg jew jekk din hijiex position of trust? Tista' tgħid meta ġiet ippubblikata din is-sejħa pubblika fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Nikkonferma li l-persuna li d-dettalji dwarha ġew mgħoddija separatament, ġiet maħtura Senior Manager (Contracts Compliance) mal-Ministeru ghad-Djalogu Socjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Civili u hi assenjata f’Dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru. Dan wara proċess tal-għażla wara sejħa għall-applikazzjonijiet interna fis-Servizz Pubbliku (service-wide mhux pubblika) data ta’ 20/04/2015 biex timtela din il-vakanza (Cirkulari tal-MSDC 9/2015). Għalhekk din mhijiex position of trust. Il-pożizzjoni hija marbuta ma’ Skala 6.
Tista’ l-Ministru tgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sal-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx jezisti dan il-Ministeru fil-perjodu msemmi.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġdida (li qabel it-8 ta' Marzu 2013 ma kinux impjegati mal-entitajiet/dipartimenti/awtoritajiet konċernat) ġiet impjegata mal-Ministeru tagħha inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mit-8 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjegati mill-1998 sa 2013
Question
Tista’ l-Ministru tgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Tista’ tagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (DALLI, HELENA)
Nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f’legizlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tagħha sa mill-2008 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (DALLI, HELENA)
OHSA – Is-Sur Michael Bonnici li kien membru tal-bord u kellu pakkett finanzjarju ta €2795.
BICC – Il-Perit Ċensu Galea li kien jokkupa l-kariga ta’ Chairman u kellu pakkett finanzjarju ta €29,101.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — bordijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ħaddiema li rtiraw
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li tmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Tista’ tgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Tista' l-Ministru tara xi proċedura jistgħu jittieħdu dwar il-kumpanija u l-persuna li d-dettajli dwarhom qed jingħataw separatament, peress li l-individwu rebaħ kumpens kontra l-kumpanija bil-Qorti però għadu ma tħallasx?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor. Interpellant li wara li saru l-verifiki meħtieġa mill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, irriżulta li dan il-każ la ġie irregistrat ma’ dan l-uffiċċju u lanqas mat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur. Għalhekk huwa meħtieġ li l-persuna involuta tivverifika quddiem liema Qorti ġie mressaq dan il-każ jew tiġi provduta s-sentenza għal aktar verifiki.