Jista’ il-Ministru jgħid x’kienu għas-sajf u x’inhuma għall-ħarifa l-inizjattivi ta’ pubbliċita’ li l-NTO qed tieħu ġewwa r-Renju Unit u s-swieq prinċipali Ewropej? Jista’ jgħid jekk saritx xi analisi tar-riżultat milħuq dwar l-inizjattivi pubbliċitarji li ttieħdu s-sena l-oħra u x’kien ir-riżultat milħuq? Jista’ jagħti xi informazzjoni? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport analitiku, jekk sar, dwar l-effett tat-tneħħija tat-TOSS? Jista’ jgħid jekk l-effett tat-tneħħija tat-TOSS ġiex adegwatament kompensat b’xi inizjattivi ġodda u jekk iva, jissostanza dan b’rapporti jew statistika?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu organizzat kampanja ta’ pubbliċita’ li kienet tinkludi reklamar, parteċipazzjoni fil-fieri, program ta’ relazzjonijiet pubbliċi, għajnuna lit-tour operators, promozzjoni ta’ konferenzi w Incentive & Special Interest Travel.
L-uffiċini barranin ta’ l-MTA ħadu inizjattivi oħra fosthom workshops speċjalizzati, żjarat f’Malta minn aġenti ta’ l-ivvjaġġar barranin u laqgħat ta’ informazzjoni dwar il-prodott Malti għal tour operators u aġenti ta’ l-ivvjaġġar.
Minħabba ċ-ċirkostanzi diffiċli fit-turiżmu internazzjonali fis-sena 2002, il-budget tal-MTA żdied sostanzjalment u laħaq is-somma ta’ aktar minn 7 miljun lira Maltin.
Ir-riżultati ta’ din l-attivita’ kollha jiġu mkejla matul is-sena kollha u l-Awtorita’ tinsab konvinta li Malta laqgħet għaċ-ċirkostanzi diffiċli tas-sena 2002 aħjar minn destinazzjonijiet oħra.
Wieħed mill-iktar swieq li rpilja malajr hu s-suq Ingliż u jidher ċar li aktar ma daħal l-istaġun tas-sajf irnexxielna kważi nilħqu l-volum tas-sena l-oħra, partikolarment f’Ġunju, Lulju u Awissu, u dana meta fl-2001 is-suq Ingliż kien miexi tajjeb ħafna.
L-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu tinsab konvinta li l-flus li qabel kienu jintefqu għas-sussidju tat-TOSS issa qed jintefqu b’mod aħjar u li d-deċiżjoni li jitneħħa s-sussidju kienet għaqlija u fuq kollox deċiżjoni kummerċjalment korretta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-ispiża globali tal-mobile phones tal-Ministeru u tas-Segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena hi kif tidher hawn taħt:
Lm3,469.69
Dan l-ammont ma jinkludix Lm400 li tirrapreżenta mobile phone allowance mogħtija lill-Assistant Personali u lis-Segretarju Privat tal-Ministru.
Jista' il-Ministru jgħid wara n-nuqqas fit-turiżmu din is-sena x'inhuma l-pjanijiet tal-ministru biex ir-rankatura ma tkomplix fit-triq tan-niżla?
Response (REFALO, MICHAEL)
Din hi sena diffiċli għat-turiżmu internazzjonali sew kaġun ta’ qagħda ekonomika dinjija dgħajfa kif ukoll tort ta’ l-impatt tat-traġedja tal-11 ta’ Settembru. Huma dawn il-fatturi li l-aktar ikkaġunaw telf ta’ volum fit-turiżmu u għalhekk hekk kif l-ekonomija Amerikana, Ġappuniża u Ġermaniża tirpilja, jinħoloq tiġdid fl-ekonomija dinjija. Dan igħodd ukoll għal kull ġurnata li tgħaddi mid-data tal-attakk fuq l-Amerika.
F’dawn iċ-ċirkostanzi l-politika tal-Gvern timxi fuq dawn it-tlett binarji: l-ewwel, użu effettiv u aggressiv tal-flus li tiddisponi minnhom l-Awtorita’; it-tieni, tmexxija skond il-Pjan Strateġiku 2002 – 2004 u t-tielet, tkomplija tal-proċess ta’ titjib u tiġdid tal-prodott turistiku.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-budget sena b'sena mill-1998 sal-lum fuq pubbliċita għat-turiżmu u x'kien ir-riżultat?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-budget sena b’sena mill-1998 sal-lum fuq pubbliċita għat-turiżmu kien hekk:
Sena
Ammont Totali
Lm
1998
3,180,871
1999
3,119,187
2000
3,647,764
2001
5,347,368
2002
7,030,000
Kif jaf l-Onorevoli Membru, il-pubbliċita’ fit-turiżmu mhux kollox. Matul dawn is-snin, dejjem irnexxilna nattiraw aktar minn miljun u mitt elf turist fis-sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-lukandi li wara li kien ippjanat li se jkollha t-turisti għal dan is-sajf, dawn ikkanċellaw il-btala tagħhom f'Malta, u l-lukandi spiċċaw biex flok bit-turisti mtlew bl-istudenti?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-Onor. Interpellant ma jressaq ebda fatt biex isostni l-allegazzjoni tiegħu li kien hemm turisti li ħassru l-prenotazzjoni għall-btajjel f’Malta.
Infurmat li dan, lanqas jirriżulta lill-MTA.
Nixtieq nispjegalu wkoll li s-settur tat-TEFL hu niċċa ewlenija tat-turiżmu. Kif joħroġ mill-istatistika tal-NSO min jiġi Malta biex jitgħallem l-Ingliż għandu għażla fejn joqgħod. Il-maġġoranza kbira tiġi akkommodata ma’ host families waqt li l-bqija jiġu alloġġati f’appartamenti u lukandi.
Peress li r-rapport tal-NPAA li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jikkonferma li bi sħubija ta' Malta fl-UE se jgħolew il-prezzijiet ta' l-ikel u tal-materja prima, jista' il-Ministru jgħid kif dan sa jaffettwa l-industrija tat-turiżmu? Jista' jgħid mill-istudji li għamel il-Gvern kemm se jogħla l-foodcost għall-industrija tat-turiżmu wara li pajjiżna, b'effett tas-sħubija fl-UE, iġorr il-piżijiet tat-TARIC, special safeguards for agriculture produce, tat-tarif quotas, tal-GATT licence u jitlef il-benefiċċji tas-sussijdi tal-biedja kemm esterni u interni ta' l-UE stess?
Response (REFALO, MICHAEL)
Biex inkun nista’ nwiegeb ghall-mistoqsija b’mod korrett nitlob lill-Onor. Membru jiccita b’ezatezza s-silta/siltiet mill-NPAA li fuqhom mibnija l-mistoqsija tieghu.
B'riferenza għall-mistoqsija 35109, jista' il-Ministru jgħid kemm il-kumpannija where's everybody qed tirċievi u irċiviet sa' issa ħlas għax-xogħol kollu li għamlet u li qed tagħmel?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu li l-ħlas li sar lill-kumpanija msemmija fil-mistoqsija kien skond it-termini tal-offerta li għaliha għamilt riferenza fit-tweġiba tiegħi preċedenti. Għas-servizzi kollha mogħtija bejn Lulju 2000 u Settembru ta’ din is- sena l-kumpanija tħallset Lm6613.
B'riferenza għall-mistoqsija 35157, jista' il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ġew jiswew l-ikliet complimentary kollha li l-ministru irrefera għalihom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li matul is-sena akkademika 2001/2002 kien hemm 1211 ikliet, snacks etc. u dawn kienu mqassmin kif ġej:
· 200 ikla lill-istaff ħaddiema tal-ITS, bħala rikonoxximent tax-xogħol li jwettqu:-
Lm694.00
· 254 ikla lill-istaff waqt sessjonijiet ta’ taħriġ għall-istudenti:- Lm878.84
· 71 ikla (sponsorship) għas-Social Club tal-MTA:- Lm246.37
· 579 ikla lill-membri ta’ delegazzjonijiet barranin li jżuru l-ITS
fuq xogħol u rappreżentanti ta’ l-Industrija tat-Turiżmu fuq l-
iskema ta’
Industrial Placements
ta’ l-istudenti:- Lm2003.34
Ma dawn trid tinkludi ukoll dan li ġej:-
Konsulenti 13 Lm 45.11
Direttur (Turiżmu) 22 Lm 76.34
Direttur Ġenerali 45 Lm155.70
Segretarju Permanenti 2 Lm 7.49
Membri tal-Board of Governors 22 Lm 81.24
Total Globali:- Lm4188.43
Jista’ il-Ministru jgħid x’kienu għas-sajf u x’inhuma għall-ħarifa l-inizjattivi ta’ pubbliċita’ li l-NTO qed tieħu ġewwa r-Renju Unit u s-swieq prinċipali Ewropej? Jista’ jgħid jekk saritx xi analisi tar-riżultat milħuq dwar l-inizjattivi pubbliċitarji li ttieħdu s-sena l-oħra u x’kien ir-riżultat milħuq? Jista’ jagħti xi informazzjoni? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport analitiku, jekk sar, dwar l-effett tat-tneħħija tat-TOSS? Jista’ jgħid jekk l-effett tat-tneħħija tat-TOSS ġiex adegwatament kompensat b’xi inizjattivi ġodda u jekk iva, jissostanza dan b’rapporti jew statistika?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li peress li l-ġbir tal-informazzjoni u t-tlestija tal-abbozz tal-mistoqsija ġie fdat lill-uffiċjal li sussegwentement sofra telfa fil-familja tiegħu, t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-membri tal-Board of Governors ta’ l-ITS jitħallsu kif ġej:
Chairman - Lm1700 fis-sena
Membri - Lm 750 fis-sena
Dawn m’għandhom ebda benefiċċji oħra.
Il-membri tal-Board ta’ l-MTA jitħallsu kif ġej:
MTA Chairman - Lm7156 per annum (inkluż iż-żieda għall-għoli
tal- ħajja)
mobile phone
u
home phone
u użu ta’ karozza
Main Board Members - Lm1000 fis-sena
Directorate Chairpersons - Lm1000 fis-sena
Directorate Board Members - Lm 500 fis-sena
Il-membri tal-Inter-Ministerial Committee ma jitħallsux.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li sabiex isir it-tindif tal-bajjiet ta' l-Għadira, l-Għarmier, Ċirkewwa, t-Torri l-Abjad u l-bajja ta' Kejli qabel kien hemm madwar 20 ħaddiema u llum hemm biss madwar 6 jew 8 ħaddiema? Kif jispjega l-fatt li minkejja li naqas in-numru ta' ħaddiema mhux jdaħħal il-ħaddiema fuq bażi ta' overtime is-sibtijiet u l-ħdud, imma jdaħħalhom fuq bażi time off?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li n-numru ta’ ħaddiema fis-sezzjoni tal-Beach Cleaning li jaħdmu fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta hu tmintax (18). Dan in-numru jinkludi wkoll il-ħaddiema li nadfu l-bajjiet imsemmija.
Kull sajf il-ħaddiema tan-naħa ta’ fuq ikollhom igħinuhom skond il-ħtieġa ħaddiema minn lokalitajiet oħra. Dan isir fuq bażi ta’ roster.
Peress li dawn il-ħaddiema għandhom arranġamenti speċjali dwar il-ħinijiet tax-xogħol allura qatt ma nħasset il-ħtieġa li dawn jitħallsu overtime.
B'riferenza għal mistoqsija 34898, jista' l-Ministru jwieġeb parti mit-tieni paragrafu tal-mistoqsija u cioe', kemm ġew jiswew l-airconditioners il-ġodda, minn fejn inxtraw?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-airconditioners u l-impjant li jservi l-ufficini kollha bil-Berga ta’ l-Italia nxtraw minn ghand il-kumpanija Medairco liema kumpanija inghatat it-tender wara sejha pubblika mahruga mid-Dipartiment tax-Xogholijiet.
Sal-lum thallas l-ammont ta’ Lm 63, 194.50 u ghad hemm l-ammont ta’
Lm 3,800.08 mizmuma mid-Dipartiment tax-Xogholijiet bhala Retention Money.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 34903, jista' jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema jew ingaġġati konsulenti fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Ottubru 1998 'l hawn? Jista' f'kull każ jgħid: Min huma l-persuni li ġew impjegati? X'impjieg jew kariga ingħataw? X'salarju qed jirċievu? F'kull każ meta ġew impjegati? F'kull każ humiex b'kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ xi kwalifiki għandhom? Kemm minnhom u min minnhom ġew impjegati wara sejħa pubblika jew interna? Kemm minnhom ġie impjegat mingħajr sejħa pubblika jew interna?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-1 ta’ Ottubru 1998
· għal dak li għandu x’jaqsam ma’ uffiċjali u konsulenti ma’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta
· għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi
· dwar uffiċjali impjegati fis-Segretarjat tiegħi u
· dwar konsulenti, uffiċjali u labourers (ex-impressed drivers) ingaġġati mad-Dipartiment tat-Turiżmu.
Qed inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-għadd ta’ ħaddiema li ġew impjegati b’kuntratt definit minn Lulju 1998 sal-lum.
Seduta 783
B'riferenza għal mistoqsija 34904, jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' kostitwenza waqt il-ħin tax-xogħol qiegħed jagħmel il-persuna msemmija bħala parti mill-kuntratt li l-Ministru jżomm mal-kostitwenti tad-distret li jikkontesta?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mghandhiex hinijiet stabiliti ta’ xoghol u tkun “on call” il-hin kollu. Ghalkemm taqdi d-dmirijiet taghha anki fil-weekends u festi ma tithallas ebda “allowances” aktar minn dawk stipulati fil-kuntratt u lanqas hi intitolata ghall-overtime.
Ix-xoghol li l-imsemmija persuna taghmel fil-kostitwenza hu dak normali li wiehed jistenna minn ufficjal b’nomina politika f’segretarjat Privat ta’ Ministru.
B'riferenza għal mistoqsija 34905, jista' l-Ministru jgħid jekk is-salarju li qed tirċievi l-imsemmija persuna huwiex ta' projects co-ordinator jew ta' communications co-ordinator?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma tezisti ebda differenza fis-salarju bejn dak ta' Projects Co-ordinator u Communications Co-ordinator.
Jista' il-Ministru jgħid kif u fejn qed jintnefqu l-32 miljun maqsuma fuq 4 snin fuq ir-reklamar mill-Malta tourism authority?
Response (REFALO, MICHAEL)
Risposta
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni li tinkludi dik mitluba mill-Onor. Interpellant. L-ammonti msemmija ghal kull suq jinkludu kemm reklamar kif ukoll publicita’, marketing, promozzjoni ecc. minfuq f'kull suq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' trakkijiet li qed jintużaw sabiex iġorru l-iskart tal-bajjiet fil-preżent? X'tip ta' trakkijiet huma u kemm huwa l-ħlas kuljum għal kull truck? Jista' jirrispondi l-mistoqsija għas-snin 1998, 1999, 2000, u 2001?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li n-numru ta’ trakkijiet li qegħdin jintużaw sabiex iġorru l-iskart tal-bajjiet fil-preżent huwa ta’ tmienja (8). Mis-sena li għaddiet id-Dipartiment tat-Turiżmu għall-ewwel darba kera żewġ compactors biex ikun jista’ jlaħħaq aħjar max-xogħol.
Fis-snin 1998, 1999 u s-sena 2000 (sa l-aħħar ta’ Settembru) kien hemm tnejn u għoxrin (22) trakk.
Mill-1 ta’ Ottubru, 2000 dawk li kienu jaħdmu bħala impressed drivers ġew impjegati mal-gvern bħala labourers b’żieda ta’ allowance tat-trakk li hija ta’ Lm5.197 kuljum kif stipulata f’MF Circular No 2/2000.
Fis-snin 1998, 1999 u s-sena 2000 (sa l-aħħar ta’ Settembru) dawn it-trakkijiet kienu jitħallsu fuq is-sistema ta’ l-impressed.
Il-ħlas kien kif ġej:
Sena Ħlas Kuljum
1998 Lm14.285
1999 Lm15.241
2000 Lm15.637
Dawn it-trakkijiet huma tat-tip ‘Tipper’ ta’ 5 tunellati u 7 tunellati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xorta oħra ta' xogħol għandha l-kumpannija where's everybody mal-ministeru, MTA u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir mill-where's everybody u kemm ġew imħallsa għax-xogħol li għamlu s'issa?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tat-Turiżmu għandha kuntratt mal-kumpanija Where’s Everybody biex din tipproduċi serje ta’ spots televisivi bħala parti mill-kampanja ta’ għarfien dwar it-turiżmu ta’ l-istess Awtorita’. Dan sar wara għoti ta’ tender f’Diċembru tas-sena 2000.
Ninsab infurmat ukoll li Where’s Everybody pproduċiet video dwar il-Malta Fireworks Festival li ġie mtella’ f’Mejju 2002 mill-Awtorita’.