Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi — Servizz ta' mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus imħallsa xahar b'xahar matul is-sena 2003 għas-servizz ta' mobile phones fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma dawk il-persuni li għandhom l-użu ta' mobile phone uffiċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ flus imħallsa fuq mobile phones xahar b’xahar matul l-2003 mid-dipartimenti fid-dekasteru tiegħi huwa kif ġej: XAHAR AMMONT (Lm) Jannar 1422 Frar 1213 Marzu 1776 April 1566 Mejju 962 Gunju 927 Lulju 759 Awissu 1200 Settembru 1774 Ottubru 1674 Novembru 1051 Diċembru 145 Il-mobile phones intużaw minni, mis-Segretarji Parlamentari u uffiċċjali fit-tlett Segretarjati Privati tad-dekasteru skond kif intitulati għalihom minn linji ta’ gwida għas-Segretarjati Privati. Intużaw ukoll mis-Segretarju Permanenti u minn 12-il Direttur Ġenerali, 14-il Direttur, Segretarju fuq Bord ta’ Inkjesta, 2 Chairpersons u diversi uffiċċjali fis-sezzjonijiet tad-Dwana li jużawhom minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.

Uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika — Koppji li jikkoabitaw flimkien

Question

Skond it-tagħrif miġbur mill-Uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, jista' il-Ministru jgħid kemm jirriżulta li għandna koppji li jikkoabitaw flimkien u mhux miżżewġa bil-Knisja jew biċ-ċivil fil-gżejjer tagħna?

Response (DALLI, JOHN)

Skond l-istħarriġ dwar l-istil tal-ħajja (Lifestyle 2003) tal-Maltin li sar bejn Ġunju u Lulju 2003, ġie stmat li hawn madwar 3000 koppja li jikkoabitaw flimkien u mhumiex miżżewġin bil-Knisja jew biċ-Ċivil fil-gżejjer tagħna.

Kuntratti inter vivos — Provisional capital gains tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura bħala provisional capital gains tax fuq kuntratti inter vivos xahar b'xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella mehmuża.

Kuntratti inter vivos — Taxxa tal-boll

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura bħala taxxa tal-boll fuq kuntratti inter vivos xahar b'xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas li l-Gvern ġabar mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti fuq kuntratti inter vivos ta’ proprjeta’ immobbli xahar b’xahar matul is-snin 2001, 2002 u 2003 kien kif jidher fit-tabella mehmuża.

National development plan 2003-2006

Question

In-National development plan 2003-2006 kien ġie fformalizzat? Meta beda jiġi attwat? Min qiegħed jikkordinah? X'inhi r-raġuni li ma ġiex ippubblikat formalment?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li issa li ġew finalizzati n-negozjati mal-Kummissjoni Ewropeja fuq is-Single Programming Document 2004-2006 sabiex dan jaqdi aħjar l-prijoratijiet għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Malta, id-draft National Development Plan 2003-2006 jista’ jiġi konkluż. In-National Development Plan, li qiegħed jiġi kkordinat mill-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, se jkun ippubblikat fix-xhur li ġejjin.

Kumpanniji — Kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali

Question

F'Malta u Għawdex separatament, fis-sena 2003 jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali tal-flus pendenti li għandhom iħallsu kumpanniji privati u tal-gvern għal kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali tal-ħaddiema lid-dipartimenti governattivi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tkun magħrufa meta d-dipartiment jipproċessa d-dokumenti tal-aħħar tas-sena tal-FSS li jibagħtu l-employers fl-ewwel xhur ta’ din is-sena dwar il-ħlas ta’ pagi u t-tnaqqis ta’ taxxa u kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ socjali li jkunu għamlu matul is-sena 2003.

Taxxi interni — Taxxa dwar ammissjoni

Question

No question text.

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhix prattika li tingħata informazzjoni konfidenzali fuq każijiet partikolari. Nitlob lit-taxpayer ikkonċernat biex imur fil-Customer Service Unit (Blokk 8) tad-Dipartiment u jagħmel l-arranġamenti meħtieġa.

Minerali/imbejjed — Żieda fil-prezzijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm prodotti li mill- 1 ta' Jannar 2004 għolew? Jaf li affarijiet bħal minerali, imbejjed u toiletries għolew 5% oħra minbarra it-3% zieda?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3900, Seduta 93.

Dipartiment tal-kummerċ — Prodotti li jkollhom żieda fil-prezzijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta jogħlew xi oġġetti, specjalment lokalment, id-dipartiment tal-kummerc jiġi mgħarraf? X' kontrolli għandu d-dipartiment biex jiġi żgurat li ż-żiediet huma ġustifikati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema ta’ price control kif kienet titħaddem meta s-suq ma kienx liberizzat m’ghadhiex tgħodd ghaż-żminijiet tal-lum. Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni isegwi l-prezzijiet fis-suq biex kemm jista’ jkun jassigura li l-prezzijiet ikunu dawk ġusti u mhux riżultat ta’ xi ftehim bħal kartell jew abbuż ta’ dominanza.

MFA — Talba għal eżenzjoni mill-VAT

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-talba tal-Malta football association dwar eżenzjoni mill-VAT ma ġietx aċċettata?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-attivitajiet li jsiru u s-servizzi mogħtija mill-Malta Football Association, bħal dħul fil-grounds tal-football, faċilitajiet tal-gym u l-kiri ta’ ċentru ta’ konferenzi huma suġġetti għat-taxxa skond il-liġi tal-VAT. Dan japplika għal kull entita’ li tagħti jew toffri servizzi simili.

MDC/METCO/IPSE — Ħaddiema li ntbagħtu jaħdmu f'postijiet oħra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm s'issa impjegati tal-MDC, METCO u IPSE li ntbagħtu jagħdmu f'postijiet oħra mindu twaqqfet il-Malta Enterprise? Kemm għad fadal jintbagħtu? Minn dawk li ntbagħtu f'postijiet oħra, jirriżulta li kien hemm min sofra tnaqqis fil-paga u allura qed tinkiser il-wegħda li ngħatat li ma jkunx hemm tnaqqis fil-paga?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sitwazzjoni rigward ir-redeployment exercise ta’ l-impjegati ta’ l-MDC, METCO u IPSE hija kif ġej: 7 persuni qed jistennew biex jiġu redeployed appena joħroġ ir-riżultat ta’ l-interview 3 persuni ġew sekondati 2 persuni qegħdin fil-proċess biex jgħaddu board 59 persuni qed jistennew in-notifikazzjoni għal interview Fil-preżent dawk l-impjegati li ma’ ġewx magħżula qed jintbagħtu għal redoployment training programmes.

Kumpannija Parmalat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li, bħall f'pajjiżi oħra, l-awtoritajiet finanzjarji Maltin jistqarru pubblikament x'użu sar mill-faċilitajiet Maltin tas-servizzi mill-kumpannija Parmalat jew kumpanniji b'xi mod jew ieħor marbutin magħha jew mas-sidien li kienu jmexxuha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wieħed għandu jifhem illi filwaqt li jirriżulta illi l-grupp Parmalat kellu xi soċjetajiet Maltin konnessi miegħu bħal ma kellu f'ħafna pajjiżi oħra, wieħed ma għandux jgħaġġel jagħmel xi ġudizzji jew jasal għal konklużjonijiet superfiċjali. Huwa prematur li wieħed jikkonsidra li joħrog pubblikament b'mod uffiċċjali dwar ħwejjeġ li għadhom qegħdin jiġu investigati minn diversi sorsi u awtoritajiet, anke ġudizzjarji, barranin. L-awtoritajiet Maltin jinsabu f'kooperazzjoni attiva u kontinwa ma' awtoritajiet oħra Maltin u barranin li għandhom interess jew li qed imexxu investigazzjonijiet f'dan il-każ, u mhux prudenti li jinħarġu stqarrijiet prematuri li jistgħu ixekklu dawnl-investigazzjonijiet.

Banek tal-lottu

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li joħroġ permessi ġodda għall-banek tal-lottu? Jekk iva, meta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent, il-gvern ma għandu l-ebda ħsieb li joħroġ permessi ġodda għall-banek tal-lottu.

Banek tal-lottu

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex wieħed japplika biex jinħarġu l-permessi għall-banka tal-lottu fl-eventwalita' li joħorġu permessi ġodda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-eventwalita’ li joħorġu permessi ġodda għal xi banek tal-Lottu isir eżami għad-dħul ta’ Riċevitur tal-Lottu forma ta’ intervista kompetittiva mill-applikanti prospettivi.

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa l-2003, l-ebda waħda mit-tali entitajiet ma kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Flus miġbura mill-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x' kien l-ammont globali li l-gvern daħħal mill-VAT fis-sena finanazjarja 2003?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-VAT fis-sena 2003 kien kif jidher hawn taħt: Dħul gross LM 147, 040,462 Refunds LM 23,130,429 Dħul nett LM 123,910,033

Prodotti ta' l-ikel — Ħlas ta' VAT

Question

Jikkonferma l-Ministru li ikel bħal ħobż multi grain u ħalib magħmul mis-soya huma soġġetti għal ħlas ta' 18% VAT? Jekk iva, dawn mhux ikkonsidrati bħala ikel tajbin għas-saħħa li kemm-il darba jiġu rakkomandati mit-tabib? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid għaliex dawn l-affarijiet għolew mill-1 ta’ Jannar 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħobż multi grain huwa eżenti bi kreditu, jiġifieri m’hemmx VAT fuqu. Il-ħalib magħmul mis-soya bean huwa suġġett għall-VAT bir-rata standard u dan ilu hekk minn mindu daħlet il-VAT. L-Onorevoli Membru japprezza wkoll li l-prodotti ma jkunux kunsidrati tajbin għas-saħħa u rakkomandati mit-tabib fuq il-bażi jekk humiex suġġetti għat-taxxa jew le imma fuq kriterji oħra. Fir-rigward tal-prezzijiet, dawn kellhom ikunu aġġustati biss biex jirriflettu iż-żieda fir-rata tal-VAT fejn meħtieġ.

Riċevuti fiskali

Question

Fl-2003 kemm il-persuna/organizzazzjoni eċċ nqabdet li ma ħarġitx ircevuta fiskali jew li ma żammitx mal-liġi tal-VAT? Dawn kollha ttellgħu l-qorti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2003, ġew rappurtati 401 persuna jew organizzazzjoni li wara li saritilhom spezzjoni mid-Dipartiment instab li kienu naqsu li jagħtu riċevuta fiskali jew ma kienux qed josservaw il-liġi tal-VAT. Fl-istess sena 2003, Taqsima Legali tad-Dipartiment ħadet passi kontra persuni li matul is-sena ta’ qabel kienu rappurtati li naqsu li josservaw il-liġi, kif ġej: 2,108 tressqu l-Qorti għax ma bagħtux id-denunzja tat-taxxa. 689 tressqu l-Qorti għax ma tawx riċevuta fiskali jew għax ma żammewx rendikont ta’ kuljum (journal) kif titlob il-liġi. 49 tressqu l-Qorti fuq akkuża ta’ misapproprijazzjoni. 205 aċċettaw li jħallsu multa ta’ kompromess biex jevitaw prosekuzzjoni fil-Qorti.

VAT department — Flus miġbura mill-VAT

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il persuna/organizzazzjoni eċċ ġiet imħarrka għaliex matul l-2003 m'għaddietx il-flus li ġabret mill-VAT lid-dipartiment? X' kien l-ammont ta' flus involut?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ taxpayers li ġew mħarrka ċivilment matul l-2003 għax m’għaddewx flus li ġabru mill-VAT lid-Dipartiment kien ta’ 216 għal taxxa totali dovuta ta’ Lm2,017,521. Inżid ngħid li matul l-istess sena 2003, nġabret is-somma ta’ Lm2,064,281 bi proċeduri ċivili li wħud minnhom inbdew mis-sena ta’ qabel.

Kalkara — Malta film studios

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-Malta film studios fil-Kalkara?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Mediterranean Film Studios ġewwa il-Kalkara huma propjeta' privata u għalhekk kull informazzjoni fuq l-operat u l-futur tagħhom trid tinkiseb mill-operaturi.