Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Expression for interest
Question
Jista' l-Ministru, bħala l-għassies għall-ħarsien ta' l-Avviż Legali 70 ta' l-1996, jgħid kif expression for interest ippubblikata mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għal periti, quantity surveyors u project managers inbidlet f'sejħa għall-offerti, fis-sens li permezz ta' din l-expression for interest tqabbdu numru kbir ta' individwi b'rati differenti biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mingħajr ebda sejħa għall-offerti proprja filwaqt li jgħid x'passi ħa l-Ministeru tiegħu f'din is-sitwazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il offerta ġiet riferuta lid-Dipartiment tal-Kuntratti mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għall-evalwazzjoni tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti peress li tali offerti meta għalqu minkejja li kienu ppubblikati fuq livell dipartiemntali qabżu l-valur ta' Lm20,000 stipulat għal tali sejħiet filwaqt li jgħid f'kull każ kemm kienet l-istima tal-Fondazzjoni għal tali xogħlijiet, il-prezz li bih intrebħet kull offerta rispettiva u jagħti lista dettaljata ta' dawn l-offerti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s'issa d-Dipartiment tal-Kuntratti kellu żewġ każi tal-FTS fejn il-valur tal-kuntratt qabeż il-limitu ta' Lm20,000 u għalhekk kellhom jiġu pproċessati mill-istess Dipartiment. Dawn kienu:
FTS42/69/2002 - Removal of dangerous structures and other works at Floriana Primary School.
Stima Lm19,400
Kuntratt Lm23,000 (L-irħas minn żewġ(2) offerti)
FTS29/71/2002 - Finishing works at Corradino Boys' Junior Lyceum
Stima Lm19,207
Kuntratt Lm25,535 (L-irħas)
Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ġibed l-attenzjoni tal-FTS li mhux ser jittolera aktar li jsir stimi daqstant viċini ntal-limitu ta' l-Lm20,000 biex wara l-valur tal-kuntratt jaqbeż dan il-limitu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti barranin jagħmlu xogħol fil-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn, kemm qed jitħallsu u minn min qed jirċievu l-ħlas? Jista' jgħid ukoll x'nazzjonalita' huma dawn il-konsulenti?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal mistoqsija parlamentari nru. 37683 f'seduta 837.
Peress li saret allegazzjoni waqt id-dibattitu tas-Saħħa (waqt il-Budget) mill-kelliem ewlieni fuq is-saħħa ta' l-Oppożizzjoni li ddaħħlu f'Malta mediċini li kienu ġejjin minn attivita' ta' kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'rapporti sarulu, x'investigazzjonijiet saru, x'riżultati instabu u x'passi ttieħdu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dwana m'għandhiex ħjiel ta' dak li ġie allegat u għalhekk se jittieħdu passi biex jinkiseb aktar tagħrif speċifiku.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 37748 u cioe' kemm huwa n-numru ta' ex-membri parlamentari li bbenefikaw mill-emendi riċenti li saru dwar il-pensjonijiet ta' ex-membri parlamentari? Kemm minnhom huma Għawdxin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ex-membri Parlamentari li minn Jannar 2003 għandhom jibbenefikaw mill-emendi riċenti li saru dwar il-pensjonijiet ta' membri parlamentari huma tlieta, kollha Għawdxin.
Jista' il-Minsitru tal-Finanzi jgħid kemm swiet ix-shell structure ta' l-awditorju li nbena fil-Liċeo tal-Bniet f'Pembroke permezz ta' sejħa għall-offerti li ġiet ippubblikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jidher li d-Dipartiment tal-Kuntratti qatt ma ħareġ xi offerta jew ta' xi kuntratt speċifikament għax-shell structure tal-auditorium tal-Liceo tal-Bniet f'Pembroke u għaldaqstant mhux f'qagħda li jagħti l-informazzjoni mitluba. Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' il-Ministru tal-Finanzi jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux jagħmel kundizzjoni lill-Ministeri u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħthom, klawsola biex xogħlijiet li jkunu jistgħu jsiru minn entitajiet governattivi ma jiġux mogħtija b'sub-contracting?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hi fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex jassigura li ħġieġ li twaħħal fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa b'riżultat ta' sejħa ppubblikata mill-istess Dipartiment u li qiegħed jirriżulta li mhux skond kif speċifikat fl-istess sejħa għall-offerti jinbidel għal dak stipulat peress li hu ta' periklu għat-tfal filwaqt li jgħid, jekk ma ttieħdu ebda passi, meta hemm il-ħsieb li tali sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti qatt ma ġie nfurmat mid-Divizzjoni ta' l-Edukazzjoni jew mill-FTS li fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa twaħħal xi ħġieġ li mhux kif speċifikat fil-kuntratt. Nippreżumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal-kuntratt mogħti mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'Awissu 1998 għall-valur ta' Lm15,600 kontra stima ta' Lm25,981 fuq rakkommandazzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena?
X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi — Ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul l-1999, is-sena 2000, l-2001 u l-2002 sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Consortium Enviorment Landscaping — Xogħol/Private Public Partnership
Question
Jista' il-Ministru jgħid kif qiegħed jiġi mħallas il-consortium Enviorment Landscaping Company Ltd għax-xogħol li jwettaq fil-Private Public Partnership? Xi proċedura qegħda tintuża għax-xiri ta' makkenarju, siġar u oġġetti oħra li jintużaw fix-xogħol? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm ta' ħidma li dan il-Private Public Partnership irid iwettaq fit-tnax-il xahar li ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s'issa għadu ma sar ebda ħlas lill-Environmental Landscapes Consortium Ltd.. Eventwalment hu mistenni li jibdew isiru pagamenti kull xahar. Dawn ikunu jirreflettu x-xogħol mwettaq, kif imkejjel mill-Monitoring Unit imwaqqaf mill-Gvern, u mħallas skond rati stabbiliti fil-programm ta' xogħolijiet anness mal-kuntratt.
Apparat jew inġenji li jistgħu jinxtraw mill-Consortium biex jitwettaq ix-xogħol kuntrattat jitħallsu mill-Consortium u jibqgħu l-projeta tiegħu. Siġar u materjal ieħor li jintuża direttament fix-xogħol jinxtraw kif jikkunsidra xieraq il-Consortium. L-ispejjeż f'dan ir-rigward jiffiguraw fil-Bills of Quantity sottomessi lill-Monitoring Unit għal kejl u ċertifikazzjoni qabel isiru ħlasijiet lill-Consortium.
Ix-xogħol li għandu jitwettaq mill-Consortium fl-ewwel tnax il-xahar mill-għoti tal-kuntratt huwa kif jidher fid-dokument anness.
Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 31799. Ninfurmah ukoll illi tagħrif fuq xiri u kiri ta' vetturi ngħata minn żmien għal żmien f'diversi tweġibiet parlamentari fosthom 37131, 36244, 28805 u 20289.
Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn kemm inġabret VAT minn attivitajiet marbuta ma l-isport? Jista' jagħti breakdown tagħhom skond l-attivita' partikolari?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' VAT miġbur minn attivitajiet sportivi matul dawn l-aħħar sentejn kien Lm135,442. Il-mod li bih jiġi reġistrat fis-sistema tad-Dipartiment id-dħul minn dan il-qasam ma jagħtix dettalji skond l-attivita' sportiva partikolari.
Fid-dawl ta' dak li hemm miktub f'paġna III tad-diskors tal-budget 2003 li hi l-policy tal-Gvern li '' ma jipprovdix aktar sigurta' jew kwalunkwe forma oħra ta' garanziji għal self jew kreditu li jidħlu għalih entitajiet pubbliċi'' jista' jgħid bħalissa x'livell ta' self jew kreditu daħlu għalih l-entitajiet pubbliċi? X'garanziji qed jagħmel il-Gvern għall dan is-self?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għal xi snin il-Gvern waqqaf il-prattika li kull self li jittieħed minn enti pubbliċi jkun kopert b'garanziji tal-Gvern b'mod awtomatiku. Meta jikkonsidra xi talbiet għall-garanziji l-Gvern jgħamel differenza bejn entijiet regolatorji u aġenziji governattivi li jgħamlu xogħol mhux kummerċjali u entijiet li jgħamlu xogħol kummerċjali. Dawn ta' l-aħħar huma meħtieġa jieħdu self mill-banek fuq is-saħħa tal-vijabbilita tal-proġetti li jkunu jridu jiffaċċjaw. Jiegħu in konsiderazzjoni wkoll id-differenza li garanzija tal-Gvern jista' jkollha fuq l-ispejjeż tas-self bħal ngħidu aħna jekk ir-rata ta' l-interess tonqosx jekk ikun hemm garanzija tal-Gvern.
Fil-fatt, il-garanziji totali li għandu l-Gvern naqsu min Lm492 miljuni fl-1998 fi żmien gvern soċjalista għal Lm384 miljuni fl-2002.
Tistax tinvestiga rapporti li wara li l-Gvern għażel li jibda jġorr l-ispejjeż kollha konnessi mas-servizzi ta' konsulenza tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħatu separatament mal-Ministeru tal-Biedja li qabel kienu jiġu shared mal-Gvern Ingliż, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Biedja dawwar flus minn items taħt vot 49 biex jakkomoda dan l-espert - ħaġa li dwarha l-Ministeru tal-Finanzi allegatament jinsab infurmat? Jekk dan huwa minnu, dan ma jfissirx li biex jintlaħaq dan il-għan tnaqqru fondi taħt l-istess vot li kellhom iservu għar-rikurrent ta' l-Agrikoltura u Sajd?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-konsulent, li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, kien imqabbad mill-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd permezz ta' ftehim bilaterali mal-Gvern tar-Renju Unit.
B'dan l-arranġament nofs l-ispejjeż tħallsu mill-Gvern tar-Renju Unit. Il-konsulent kellu sehem dirett u mportanti fit-tfassil ta' strutturi ġodda għad-Diviżjonijiet kollha tal-Ministeru. Dawn l-istrutturi saru wara konsultazzjonijiet mal-uffiċjali konċernati u analiżi dettaljata tal-policies u attivitajiet tad-Diviżjonijiet. Għall-ewwel darba, il-Ministeru għandu struttura mibnija fuq qafas professjonali kif teħtieġ organizzazzjoni dinamika li qed tassumi responsabilitajiet importanti minħabba l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd beda jimplimenta l-pjan imfassal bl-għajnuna tal-konsulent u kien għalhekk li ngħata estensjoni ta' sitt xhur skond il-proċeduri.
F'każ ta' virement ta' fondi minn Item għall-ieħor, il-Ministeru tal-Finanzi jirrikonoxxi li hi prerogattiva tal-Ministeru jew Dipartiment li jagħmel it-talba biex jidħol fil-mertu tal-ġustifikazzjoni partikulari tat-talba għall-virement.
Matul is-sena 2002, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ammonti ta' flus li l-Gvern uża mit-Treasury Clearance Fund? Jista' l-Ministru jgħid jekk għamilx użu minn investimenti ta' sinking funds? Jekk iva, x'kienu l-ammonti involuti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2002 inħarġu:
Lm500,000 - Biex jinxtraw l-ishma li s-Sea Malta kellha fl-MOBC, li se ji]u ripagati hekk kif il-Gvern jiddisponi minn dawn l-ishma.
Lm66.45 miljuni - biex ġew ikkonvertiti stocks antiki tat-Teżor, li ġew ripagati hekk kif it-Teżor daħħal il-fondi ta' l-istocks ġodda.
Lm1.5 miljuni - għal spejjeż in konnessjoni ma' konsulenza għall-privatizzazzjoni parzjali ta' l-MIA plc. Il-fondi jiġu ripagati qabel l-aħħar ta-sena mill-fondi rikoverati dan l-aħħar mill-bejgħ ta' l-ishma.
Għar-rigward tas-sinking funds, parti mill-likwidita' ta' dawn il-fondi ġiet użata hekk:
Lm15.7 miljuni - fi Treasury Bills;
Lm11.1 miljuni - ġew mgħoddija lill-Fondi Konsolidat minħabba li kienu jappartjenu lil Stocks ikkonvertit, kif sar dawn l-aħħar sninħ u
Lm15.7 miljuni - ser jiġu ripagati qabel l-aħħar tas-sena flimkien ma' l-imgħax dovut fuqhom.
Jista' il-Ministru jgħid jekk persuni li jgħidu li jaqraw ix-xorti jew jagħmlu attivitajiet oħra simili humiex obbligati li jkunu reġistrati mad-dipartiment tal-VAT jew le? Jekk iva, kemm hemm nies li huma reġistrati għal dawn l-attivitajiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li persuni li jaqraw ix-xorti u jagħmlu attivitajiet oħra simili huma obbligati li jkunu reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT.
Fil-fatt, billi m'hemmx heading speċifiku għal dan it-tip ta' attivita' ekonomika, madwar 1700 taxpayer huma klassifikati taħt heading li jiġbor fih taxpayers li l-attivita' tagħhom ma tistax tkun klassifikata taħt heading speċifiku tan-NACE Code. Din il-kategorijsa tinkludi nies li staqsa dwarhom l-Onorevoli Interpellant.
X'inhi r-raġuni li filwaqt li fl-estimi 2003 tal-budget f'paġna 370 it-treasury bills għas-sena 2000 kienu Lm169.009m u għas-sena 2001 kienu Lm156.125m, fil-quarterly report tal-Bank Ċentrali għal-Settembru 2002 f'paġna 119 it-treasury bills għas-sena 2000 kienu Lm172.987m u għas-sena 2001 kienu Lm159.49m?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-differenza li qed jirreferi għaliha hija riżultat ta' kif huma ppreżentati l-Istatements fiż-żewġ pubblikazzjonijiet. Filwaqt li fil-Quarterly Review tal-Bank Ċentrali dawn huma ppreżentati at nominal prices, l-ammonti li jidhru fl-Estimi huma in discounted values. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Appendix F1, paġni 150 u 151, u 146 u 147 tal-Financial Reports tas-snin 2001 u 2000 rispettivament.
Kemm hemm konsulenti barranin bħalissa mal-Ministeru? X'nazzjonalita' għandhom? X'remunerazzjoni għandhom? X'inhu l-assigment tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-ħnħrevħli Interpellant li fil-Ministeru hemm 4 kħnsulenti barranin.
Nazzjħnalita' Remunerazzjħni Assignment
Belġjan Massimu ta' 202,160 Mħdernisatiħn and upgrading ħf the ħperatiħnal capacity at the Vat Eurħs fis-sena Department accħrding tħ the Business Change Management Plan
mħallsa mill-Unjħni
Ewrħpeja
Ingliż Lm39,214 fis-sena Mħdernisatiħn and upgrading ħf the ħperatiħnal capacity at the mħallsa mill-Unjħni Custħms Department accħrding tħ the Business Change Management Ewrħpea Plan.
Arġentin 790 US$ kuljum Advisħry Services ħn Budgetary Cħntrħl
imħallsa lill-Wħrld
Bank
Ditta Ingliża 35,438 Eurħs għal Setting up ħf a Dept Management ħffice
(Crħwn Agents) prħġett sħiħ