Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissjoni eMalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm min-nefqa fuq il-kampanja dwar l-użu ta' l-e-mail mill-kummissjoni eMalta ġej minn sponsorships? Min huma dawn l-isponsors? Kemm taw kull wieħed għal din il-kampanja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi min-nefqa fuq il-kampanja dwar l-użu ta` e Mail mill-Kummissjoni eMalta, LM15,588 ġew minn żewġ sponsors, imqassmin kif ġej: Maltacom LM13,173 Megabyte LM 2,415

Kummissjoni eMalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni responsabbli direttament mit-twettiq tal-kampanja dwar l-użu ta' l-e-mail mill-kummissjoni eMalta li għaddejja bħalissa?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-kummissjoni eMalta impjeġat media officer biex tmexxi l-kampanji kollha tal-eMalta. Jintużaw wkoll diversi kumpaniji privati għad-disinn tal-materjal viżiv li jintuża.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozzi ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma inxtraw ebda karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi matul dawn l-aħħar sena u nofs.
Leg 9 PQ #37067 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Fgura — Triq il-Karmelitani - Tiswija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li triq il-Karmelitani Fgura il-parti ta' fuq ta' ħdejn il-knisja tingħata t-tarmac wara li dan l-aħħar saru xi xogħlijiet u tħaffir fiha?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma taf l-Onorevoli Interpellanta, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed tirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.

Furjana — Latrina pubblika

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex il-latrina pubblika fix-xagħra tal-Furjana terġa' tinfetaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat peress li l-xagħra tal-Furjana li fiha tinsab il-latrina pubblika ma taqax fil-kompetenza tal-Kunsill Lokali.

Translators

Question

Peress li l-Ministru waqqaf fi ħdan il-Ministeru tiegħu l-unit li tagħmel traduzzjoni ta' l-acquis, jista' il-Ministru jagħti din l-informazzjoni u cioe', kemm ġew ingaġġati translators, lista tal-persuni ngaġġati bħala translators (ismijiet), kemm jitħallsu fis-siegħa jew kull faċċata li tkun ġiet tradotta għall-Malti (cioe' rata ta' ħlas fis-siegħa jew rata ta' ħlas kull faċċata)?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gwardjani Lokali — Ksur tal-Liġi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm gwardjani lokali li nqabdu f'xi att illegali u dan mill-1 ta' Jannar sal-lum? X'kien kull ksur tal-liġi? X'passi ttieħdu?

Response (GATT, AUSTIN)

Mill-1 ta` Jannar 2002 s`issa hemm gwardjan lokali wieħed li qiegħed jigi investigat mill-pulizija. Sakemm issir din l-investigazzjoni, dan il-Gwardjan Lokali huwa sospiz mix-xogħol. Dan il-Gwardjan għadu ma tressaqx il-Qorti u għalhekk ir-risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata.

Gwardjani Lokali — Kunsilli Lokali li għandhom is-servizz

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom is-servizz tal-gwardjani lokali għal inqas minn sagħtejn kuljum? Il-liġi tistipula għal kemm-il siegħa kull kunsill għandu jkollu dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kunsilli Lokali li għandhom anqas minn sagħtejn servizz kuljum ta` Gwardjani Lokali huma: Birgu, Isla, Bormla, Siggiewi, Attard, Balzan, Gudja, Għaxaq, Isla, Kalkara, Kirkop, Lija, Luqa, Mqabba, Paola, Qrendi u Safi. Il-liġi ma tistipulax għal kemm il-siegħa kull Kunsill għandu jkollu dan is-servizz. Dan jiddependi mit-Tender mogħti.

Gwardjani Lokali — Nisa u rġiel impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa u rġiel impjegati bħala gwardjani lokali? Liema huma dawk il-lokalitajiet li għad m'għandhomx is-servizz tal-gwardjani lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant hu mitlub li jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat peress illi l-Gvern ma jimpjegax gwardjani privati.

Qorti — Ġurijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti? Meta sar l-allegat reat ta' dawk li qegħdin jistennew u x'tip ta' reat allegatament wettqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsilli Lokali — Flus allokati

Question

Jista' il-Ministru jindika kemm kienet iż-żieda ta' flus allokati mill-gvern lill-Kunsilli Lokali tar-Raba' distrett matul dawn l-aħħar erba' snin paragunata mal-perjodu 1996-1998?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Tribunali — Assenteiżmu Skolastiku

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 35629, x'passi konkreti ttieħdu s'issa biex tissolva l-problema dwar każi ta' assenteiżmu skolastiku quddiem it-tribunali? Għaliex qed jgħaddi tant żmien biex din il-problema dwar każi ta' assenteiżmu skolastiku quddiem it-tribunali tissolva? Meta hemm il-ħsieb li tissolva din il-problema? Kemm twaħħlu b'kollox multi s'issa l-uffiċjali edukattivi għax ma dehrux quddiem dawn it-tribunali?

Response (GATT, AUSTIN)

B`risposta għad-domanda parlamentari Nru. 36297 ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskuzzjonijiet għadhom għaddejjin ħalli tinsab soluzzjoni ġusta għal dawn il-każi. L-Onor. Interpellant jifhem tajjeb illi dawn m`humiex sempliċiment kontravenżjonijiet kwalunkwe imma ħafna minnhom huma wkoll ta` natura soċjali. Fil-kuntest ta` dan, hemm il-ħsieb ukoll illi tali każi jibdew jiġu ttrattati fid-Diviżjoni tal-Qorti tal-Familja. S`issa l-uffiċċjali edukattivi twaħħlu dawn l-ammonti bħala multi talli ma dehrux quddiem dawn it-tribunali: Lokalita Ammont totali Numru ta Każi Noti Zejtun LM275 11 LM25 kull każ B'Kara LM100 65 LM100 bħala digriet lid- Dipartiment ta` l-Edukazzjoni

Qorti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36241: B'referenza għal mistoqsija parlamentari dwar in-numru ta' inkjesti pendenti quddiem il-maġistrati, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa l-ministeru biex jiġu deċiżi fl-inqas żmien possibbli? Jidhirlu l-Ministru li dan id-dewmien ta' inkjesti qiegħed jikkaġuna delayed justice ma' min huwa konċernat? Jidhirlu li għandu jagħmel stqarrija fil-parlament dwar l-istatus ta' dawn l-inkjesti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern u l-Qrati huma istituzzjonijiet kostituzzjonalment separti f`kull demokrazija u l-Qrati, u ovvjament l-Gudikatura, jgawdu minn garanzija kostituzzjonali ta` indipendenza u awtonomija mill-Gvern. Fil-prattika dan ifisser li ebda Ministru tal-Ġustizzja ma għandu l-poter jindaħħal, direttament jew indirettament, fil-mod kif jiġi mmexxi xi proċess legali, inkluz iżda mhux biss inkjesti, minn Maġistrat jew Imħallef. Bħall-Onor Interpellant jien ukoll nixtieq li ma jkunx hemm ċertu dewmien żejjed fl-inkjesti iżda aktar milli nixtieq ma nistax nagħmel.

Gwardjani Lokali

Question

B'riferenza għal mistoqsija 36361 teżisti statistika kemm kien hemm ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali li kienu jikkonċernaw 'taħrika dwar exhaust?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2000 sal-llum inghataw dawn ic-citazzjonijiet dwar 'exhaust' : Sena Nru. ta' citazzjonijiet 2000 543 2001 412 2002 643 Total 1598
Leg 9 PQ #36567 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Internet/E-Mail

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' dawk il-persuni ta' iktar minn 40 sena li applikaw sabiex jitgħallmu l-internet u l-e-mail fl-isfond ta' l-iskema li għadu kemm ħabbar u nieda l-ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Qorti — Każi Ġodda ta' Separazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu każi ġodda ta' separazzjoni taż-żwieġ fil-qorti s'issa din is-sena? Kemm minnhom kienu bejn Maltin u barranin? Kemm ġew irtirati talbiet ta' separazzjoni din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi mill-bidu tas-sena sal-15 t'Ottubru 2002 dahlu 142 kawza gdida ta' separazzjonijiet taz-zwieg fil-Prim'Awla tal-Qorti Civili. Matul din is-sena kien hemm 40 talba ta' separazzjoni li gew ceduti. Ma tinzammx statistika ta' kemm, mill-kawzi ta' separazzjonijiet li gew introdotti din is-sena, kienu bejn Maltin u barranin stante li mill-process tal-kawzi m'hemmx indikat x'nazzjonalita' huma l-partijiet.

Qorti — Każi Deċiżi ta' Separazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi każi ta' separazzjoni mill-qorti s'issa din is-sena? Kemm kien hemm każi bejn Maltin u barranin? Kien hemm xi każi fejn il-qorti ma qablitx li tingħata s-separazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi kien hemm 12-il kawża ta` separazzjoni li ġew deċiżi mill-bidu tas-sena sal-15 t`Ottubru, 2002. F`każ wieħed biss il-Qorti ma qablitx li tingħata s-separazzjoni. Ma` tinzammx statistika ta` kemm, mill-kawżi deċiżi, kienu bejn Maltin u barranin.

Ġustizzja u Gvern Lokali — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.

Kunsilli Lokali

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36113, jista' il-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-ħruġ, sena b'sena, ta' kull kunsill lokali għas-sistema ta' l-infurzar lokali mit-twaqqif tagħha sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi l-informazzjoni ghad trid tingabar ir-risposta tinghata f' xi seduta ohra.