Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti li ma jattendux skola

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28899 dwar studenti li m'attendewx skola sa mill-bidu ta' din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'din is-sena skolastika kien hemm 299 każ ta' studenti li għamlu xi tip ta' trasferiment. Pereżempju kien hemm minn għamel proċedura normali minn skola għal oħra, min emigra jew min beda xi skola post-sekondarja oħra. Informat ukoll li kien hemm 72 każ ieħor li ma attendewx skola u li bagħtu ċertifikat mediku. Kien hemm każijiet ukoll fejn intbagħat avviż taċ-ċitazzjoni. Informat li kien hemm ukoll 101 każijiet fejn l-istudenti ma kienux koperti b'ċertifikat mediku. F'kull każ ittieħdu l-proċeduri kollha neċessarji. Kien hemm min ġie riferut lill-SSWC, saru laqgħat mall-Guidance u l-Councellors ma' diversi ġenituri u studenti, ġiet informata s-Social Welfare tad-Dipartiment u f'każijiet oħra ġew irrapurtati lill-SEWO.

Għalliema ta' l-IT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28901 dwar nuqqas ta' għalliema ta' IT fil-livell intermedju fil-Junior College?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-1 ta' Ottubru 2007, wieħed mill-għalliema tal-Computing/I.T. ġie impjegat post ieħor. Ħarġet applikazzjoni għal post fil-Computing/I.T. fil-5 ta' Ottubru 2007, u saru l-intervisti fit-30 ta' Ottubru 2007. Sadanittant irrizenja għalliem ieħor ta' l-I.T./Computing. Il-persuna li ġiet l-ewwel fl-interviews irrifjutat il-ħatra u z-zewġ persuni li ġew wara fil-lista ta' dawk li ġew magħzula kienu offruti l-post. Hemm perjodu ta' notice li wieħed ikollu jagħti qabel ma jieħu l-ħatra l-ġdida.

Resource/Book Production Unit

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 29097, jista’ l-Ministru jgħid fuqhiex kien ibbażat dan il-parir li qed jirreferi għalih fit-tweġiba msemmija u min kien li ta dan il-parir? Kemm huwa stmat li se jiġi ffrankat, jekk il-każ huwa hekk, billi dan il-unit ġie żarmat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemmx wieħed x'iżid mat-tweġiba mogħtija.

Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min se jintuża l-ground li qed jinbena fl-iskola Junior Lyceum tas-subien tal-Hamrun? Jista' jgħid meta se jkun possibli li jużawh l-istudenti ta' l-istess skola? Kemm se jiġi jiswa dan il-ground u minn liema fondi se jitħallas? Hemm xi ftehim ma' terzi? Jekk fl-affermattiv ma' min?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol beda u jekk it-temp jippermetti jkun jista' jibda jintuza wara l-vaganzi tal-Milied. L-ispiża għal dan il-proġett se tiswa Lm48,490. Diskussjonijiet dwar l-użu tal-pitch għadhom mhux konklużi u ftehim għad irid jiġi iffirmat.

Direttur

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29188 u jgħid x'inhu s-salarju li għandu bħalissa d-direttur ta' l-Institute of Information and Communication Technology fl-MCAST Main Campus? Meta ġie fis-seħħ dan il-kuntratt u meta mistenni jiskadi?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba diġa mogħtija.

Universita' — Studenti fl-IT

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29106 u jara li l-Universita' tgħidilna kemm se jiggradwaw studenti bid-Dottorat fl-IT, din is-sena? Kemm hemm studenti li qegħdin jirriċerkaw il-qasam ta' l-IT fil-livell ta' Dottorat? Kemm hemm studenti Maltin u barranin jistudjaw l-IT fil-livell post-gradwali? Tista' tagħtina lista ta' pubblikazzjonijiet minn akkademiċi lokali fil-qasam ta' l-IT? Tista' tgħidilna meta l-proġett tal-bini tal-Fakulta se jibda u jispiċċa?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Liġi tal-health and safety

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Awtorita' għas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xoghol tikkonferma li hija għamlet u għandha fil-pussess tagħha Risk Assessment magħmul skond il-liġi. L-Awtorita' zzomm dan id-dokument bħala wieħed konfidenzjali għall-uzu tagħha.

Universita' — Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-2005 lil hawn kemm iddaħħlu lecturers jew għalliema b'titlu ieħor fl-Universita' ta' Malta biex jgħallmu suġġett/i fil-Kors ta' l-Istudji ta' Traduzzjoni u Interpretazzjoni fil-Fakulta' ta' l-Arti? Jista' jgħid ukoll kemm-il kandidat kien hemm għal kull post u fuq liema kriterji ntgħażlu l-kandidati li ngħataw l-inkarigu ta' lecturer kif ingħad?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Studenti — Attenzjoni individwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li ma tibqax tingħata attenzjoni individwali lil studenti li jaqgħu lura minn complementary teachers f'kulleġġ nru. 5 u minflok tqiegħdu fi klassijiet sħaħ? Ma jaħsibx li deċiżjoni bħal din titfa' lura studenti li qed jaqgħu lura kif turi riċerka internazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-edukazzjoni kumplementarja tista' tingħata fil-klassi jew barra mill-klassi għalhekk l-istudenti xorta tista' tingħatalhom attenzjoni individwali skond il- ħtiġijiet tagħhom. Meta l-edukazzjoni kumplementarja ssir fil-klassi minħabba il-ħtiega tat-tfal u n-natura tat-tagħlim (għax jista' jkun ta' dettriment li l-istudenti jinħarġu barra mill-klassi) l-għalliema tal-klassi tieħu il-grupp il- kbir fil-waqt li l-għalliema tal- edukazzjoni kumplementarja tieħu dawk l-individwi li għandhom bżonn attenzjoni individwali u x - xogħol / it-tagħlim isir fil- klassi eż. waqt Creative Writing, Story Telling , attivitajiet tal - Matematika u attivitajiet oħra. F’xi każijiet ikun ta’ ġid li t-tfal jibqgħu fil-klassi. Minn naħa l-oħra hemm sitwazzjonijiet fejn it-tfal jinħargu barra mill- klassi - (dawn ukoll ikunu fi grupp għax il-preżenza ta' tfal oħra tgħin ħafna fit-tagħlim) - fejn tingħatalhom għajnuna individwali, eżempju meta jidħlu l-iskola tfal barranin li ma jafux il-Malti. Allura waqt il-lezzjonijiet tal-Malti dawn jinħargu mill-klassi biex jingħatalhom programm tal-lingwa u wara li jkunu qabdu jattendu l-lezzjonijiet normali. M'hiex in-normal li l-istudent jingħata l-edukazzjoni kumplementarja waħdu. L-edukazzjoni kumplimentari dejjem issir fi grupp. Jekk hux ġol-klassi jew le jiddependi mill-ħtigijiet edukattivi ta’ l-istudent.

Reġistrazzjoni ta' Persuna

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29158 u jgħid għaliex il-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ qatgħet mir-reġistrazzjoni lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, illum is-27 ta' Novembru, 2007 meta dan għadu jrid jidher quddiem il-bord mediku? Biex se tgħix din il-persuna sakemm tittieħed din id-deċiżjoni tal-bord mediku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Onor. Membru aktarx qed jifhem il-kaz b'mod zbaljat għaliex l-ETC ma qatghetx lill-din il-persuna mir-reġistrar. Informat li meta persuna tigi tirreġistra għax-xogħol l-ETC titlob dikjarazzjoni li din tkun lesta u kapaċi taċċetta opportunita' ta' xogħol offruta lilha. Fil-kaz imsemmi, ġie pprovdut ċertifikat mediku lill-Korporazzjoni li jgħid li din il-persuna mhux tajba għax-xogħol. Għalhekk il-Korporazzjoni irreferiet il-persuna lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali sabiex tibda tieħu l-għajnuna soċjali mingħajr ma jkollha bzonn tirreġistra għax-xogħol. Ser insegwi l-kaz biex nassigura li din il-persuna tieħu dak li hu bi dritt tagħha mill-aktar fis.

Skejjel Statali — Studenti

Question

Jista l-Ministru jirrispondi mistoqsiijiet parlamentari 29054 u 29169 u jgħid x'kien it-total ta' studenti sekondarji tal-Form V fl-iskejjel statali, privati u tal-Knisja fis-sena skolastika 2006 - 2007 u x'inhu t-total ta' studenti li bdew xi forma jew oħra ta' edukazzjoni post-sekondarja f'Malta u f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li spiċċaw il-Form V fis-sena skolastika 2006/07 hu hekk :- Skejjel Statali - 3,573 Skejjel tal-Knisja - 1,526 Skejjel Indipendenti - 501 Informat ukoll li n-numru ta' studenti li bdew Edukazzjoni Post-Sekondarja fis-sena skolastika 2006/07 hu hekk :- Skejjel tal-Knisja - 363 Skejjel Indipendenti - 398 Skola Giovanni Curmi Naxxar - 1,638 Skola Sir M.A. Refalo, Għawdex - 288 Istitut għall-Istudji Turistiċi - 206 MCAST - 1,971 Junior College, Msida - 1,757.

Studenti tal-Form V

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29057 u jgħid x'kien it-total ta' studenti fl-Form V fil-Junior Lyceum u fl-iskejjel sekondarji ta' Malta u Għawdex fi żmien is-sena akkademika 2006 - 2007 u x'kien it-total ta' studenti f'dawn l-iskejjel li kisbu Grade 1 sa 5 f'xi wieħed mis-sezzjonijiet tas-SEC f'dawn is-suġġetti: Ingliż, Malti, Matematika, Xjenza, Kompjuter, Taljan, Franċiż, Ġermaniż u Spanjol?

Response (GALEA, LOUIS)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob l-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 29233 fl-istess seduta. Informazzjoni għat-tieni parti tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Resource/Book Production Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-Resource/Book Production Unit ġiet sparpaljata u żarmata? Min qed jagħmel ix-xogħol li din is-sezzjoni kienet qed tagħmel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-teknoloġija tal-lum irrendew il-funzjoni ta' din it-taqsima bħala mhux daqstant importanti. Infatti l-uniku xogħol li jsir huwa l-Eduforum u l-Warrants. Il-parir hu li l-produzzjoni ta' materjal stampat hi aktar effettiva mill-punto di vista ta' zmien u nefqa jekk wieħed jixtri l-materjal meħtieġ.

Karozzi impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi impressed mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni? Kemm minnhom huma karozzi, trakkijiet jew vannijiet? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-ħlas skond il-kategorija tal-vettura? Meta sar l-aħħar audit ta' dawn il-vetturi u x'kien ir-riżultat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sistema impressed twaqqfet f'Settembru 2000, u x-xufiera impressed saru ħaddiema regolari bħala labourers b'effett mill-1 ta' Ottubru 2000. Informat ukoll li fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni hemm tnax-il vettura impressed. Minn dawn hemm erba' trakkijiet fuq tliet tunnellati, erba' trakkijiet ta' tliet tunnellati, vann wieħed, u tliet karozzi. Il-ħlas tal-vetturi skond il-kategorija hu kif ġej: A) Trakk fuq 3 tunnellati Lm5.673 kuljum B) Trakk ta' 3 tunnellati Lm5.517 kuljum Ċ) Vann Lm2.978 kuljum D) Karozza 5/6 seater Lm3.038 kuljum E) Karozza 4 seater Lm2.978 kuljum. Il-proċess ta' verifika jsir b'mod regolari mill-kapijiet tas-sezzjonijiet u mill-uffiċjali tad-Divizjoni.

Luqa — Playing field

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xogħol li qed isir fil-playing field/multi purpose area ġewwa Hal Luqa (qrib il-Mambra) qed isir mill-FTS meta dan ma jinsabx ġewwa skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proġett tal-Luqa Outdoor Sport Facility huwa proġett tal-KMS. Il-KMS talbet l-għajnuna tal-FTS fir-rigward li jsiru d-dokumenti kollha neċessarji għall-ħruġ ta’ tenders rispettivi. Dan għaliex l-FTS għandhom l-esperenzja f’dan ir-rigward u fl-istess ħin il-KMS ma kelliex bzonn taħtar konsultenti esterni.

Planning and Development

Question

Jista' l-ministru jgħid x'tip ta' audit qed isir fid-Dipartiment tal-Planning and Development? Min qed jagħmel dan l-audit?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-audit li qed isir fid-Dipartiment tal-Planning and Development huwa fuq it-Teknoloġija ta' l-Informatika u għandu t-titlu ta' Entity Level Controls and Business Continuity. Ta' min isemmi li dan l-audit qed isir fid-Dipartimenti kollha tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Dan l-audit qed jagħmli l-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali.

Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju li għandu bħalissa d-direttur ta' l-Institute of Information and Communication Technology fl-MCAST Main Campus? Meta ġie fis-seħħ dan il-kuntratt u meta mistenni jiskadi?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.