Jista' il-Ministru jinformani kemm ambaxxaturi ġew imħallsa bejn l-1 ta' Settembru 2003 u t-30 ta' April 2004 mill-Malta Enterprise għall-ikliet f'ristoranti jew fir-residenti tagħhom? Jista' jagħti breakdown ta' kemm ġiet tiswa kull ikla?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 5808.
B'riferenza għall-ikliet li saru mill-ambaxxaturi u li ġew imħallsa mill-Malta Enterprise, jista' il-Ministru jinformani jekk f'kull każ kienx hemm talba jew ġewx mitluba d-dettalji skond il-Financial Regulations dwar l-irċevuti u l-ismijiet tal-mistiedna?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 5809.
Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp — Talba għall-bini ta' fabbrika
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi kkonsidrata t-talba urġenti li għamlet għall-fabbrika l-kumpannija ta' l-għamara li isimha qed jintbagħat separatament, għall-bini addattat ta' fabbrika, li ilha li kitbet liċ-chairman tal-korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp mis-27 ta' Novembru 2003?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jibdew jaħdmu normali dawk li fadal mill-persuni li qabel kienu jaħdmu mal-MDC, IPSE jew METCO u ma ntgħażlux għall-Malta Enterprise? X'sar minn Jannar 2004 sal-lum biex jinstab impjieg alternattiv għal dawn il-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Infiq ta' flus fuq kiri ta' karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq kiri ta' karozzi mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u mill-entitajiet pubbliċi li huwa responsabbli għalihom u li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004 s'issa?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqaf it-task force dwar is-summit tal-Commonwealth li se jsir Malta s-sena d-dieħla? Min huma l-membri tiegħu? Min hu l-kap tat-task force? Kemm-il laqgħa nżammet s'issa?
Response (DALLI, JOHN)
Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Numru 4683 fis-Seduta Numru 110 tal-15 ta' Marzu 2004.
Nhar it-Tnejn 10 ta' Mejju 2004, il-Kabinett approva l-ħatra ta' l-Ambaxxatur Salv J Stellini bħala ċ-Chairman ta' l-InterMinisterial Steering Committee li se jieħu ħsieb il-Laqgħa taċ-CHOGN is-sena d-dieħla.
Il-Kumitat se jiltaqa' għall-ewwel darba fil-ġranet li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet vakanti għall-first secretaries fil-foreign office? Ir-riżultati ħarġu? Kemm se jinħatru f'din il-kariga?
Response (DALLI, JOHN)
Second Secretaries fis-Servizz Diplomatiku Malti jilħqu awtomatikament First Secretaries wara erbgħa snin servizz fil-kariga ta' Second Secretary, basta jkunu wrew kapaċita' fix-xogħol li jagħmlu. Dawk is-Second Secretaries li jiksbu post graduate degree jitilgħu din it-tarġa wara sentejn flok wara erbgħa. F'kull każ, il-promozzjoni hija awtomatika, u suġġetta biss għal ċertifikat ta' xogħol tajjeb, u mhux għal xi riżultati miksuba f'xi eżami.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-istaff complement fl-ambaxxata u fil-konsulat tagħna fil-Libja? X'inhuma r-ranks u d-duties ta' l-istaff?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istaff kollu ta' l-Ambaxxata huwa ta' żewġ Maltin (magħrufa bħala MBOs) u seba' persuni ingaġġati lokalment (LEPs).
L-istaff tal-Konsolat jikkonsisti fil-Konslu Ġenerali u ħames visa clerks.
Ir-ranks u d-dmirijiet huma kif ġej:
a) L-Ambaxxatur u l-First Secretary jmexxu l-Ambaxxata;
b) Żewġ impjegati fit-tieni grad li huma interpretu/traduttur u l-Assistenta Amministratriċi li tieħu ħsieb iżżomm u tibgħat rendikonti lill-Ministeru tal-ispejjeż varji li jsiru kif ukoll il-preparazzjoni tas-salarji ta' l-impjegati;
c) Segretarja ta' l-ambaxxatur li tinsab fit-tielet grad;
d) Is-sewwieq ta' l-ambaxxatur li jinsab fir-raba' grad filwaqt li messaġġier/handyman jinsab fir-raba' grad ittra A;
e) Domestic servant li jinsab fil-ħames grad ittra A u cleaner li tinsab fil-ħames grad ittra B;
f) Il-Konslu Ġenerali flimkien mal-ħames visa clerks (li huma tat-tielet grad) jieħdu ħsieb ħwejjeġ konsolari kif ukoll il-ħruġ tal-visas u passaporti kif ukoll l-awtentikar u legalizzazzjoni ta' dokumenti.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Stedina lill-Israeli Chief of Defence
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-ministeru ta' l-affarijiet barranin wassal stedina lill-Israeli Chief of Defence mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta dwar l-edizzjoni ta' din is-sena ta' canale exercises?
Response (DALLI, JOHN)
"Kif ilu isir għal dawn l-aħħar snin, Malta u l-Italja jorganizzaw flimkien eżerċizi navali magħrufa bħala "CANALE Exercises" bil-għan li jissaħħaħ il-koordinament bejn il-pajjiżi parteċipi f'kontiġenzi marittimi bħal Search and Rescue u interċetazzjoni ta' kutrabandu.
Kull darba li dawn l-eżerċizi jsiru f'ibħra Maltin, hija l-prassi tal-Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta li jinvita wkoll numru ta' osservaturi minn pajjiżi oħrajn tal-Mediterran.
F'dan il-kuntest, il-Ministeru tiegħi wassal stedina tal-Kmandant Malti liċ-Chief of Defence Israeljan biex jipparteċipa f'din il-ħdax-il edizzjoni tal-CANALE Exercises bħala osservatur"
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni ta' l-Investiment — Kopja ta' kuntratt
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt bejn il-Ministeru tiegħu u l-persuna indikata separatament bħala raprezentant permanenti fl-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Ma nħossx li għandi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt involut. Tajjeb insemmi li d-dettalji tiegħu ingħataw fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4899.
Safar bejn Malta u Brussell — Rapprezentant permanenti għall-Unjoni Ewropea
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-darba il-persuna li bħalissa qed tokkupa l-kariga ta' rapprezentant permanenti għall-Unjoni Ewropea vjaġġat bejn l-1 ta' Marzu u l-15 ta' Mejju 2004, f'liema dati u kemm ġie jiswa lill-Gvern Malti kull vjaġġ?
Response (DALLI, JOHN)
Ir-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea ivvjagga 5 darbiet bejn it-23 ta' Marzu 2004, (meta beda mal-Ministeru tiegħi) u l-15 ta' Mejju 2004 kif jidher hawn taħt.
Data
Vjaġġ
Titjira (Lm)
Hotel (Lm)
19-22 ta' April
Belġju/Malta/Belġju
160.71
25-29 ta' April
Belġju/Lussemburgu/
Belġju/Malta/Belġju
160.71
168.00
3-6 ta' Mejju
Belġju/Malta/Belġju
160.71
10-11 ta' Mejju
Belġju/Malta/Belġju
161.41
It-titjira tal-25 u 26 ta' Marzu saret permezz ta' ajruplan mikri (delegazzjoni tal-Prim Ministru) filwaqt li t-titjiriet l-oħra saru b'titjiriet ta' l-AirMalta. Il-figuri għat-titjiriet taħ l-AirMalta huma kif imnaqqsa b'50 fil-mija.
Rapprezentant permanenti għall-Unjoni Ewropea — Ministerial Lounge
Question
Jista' il-Ministru jinfurmani skond liema regola jew bil-permess ta' min il-persuna li bħalissa qed tokkupa l-kariga ta' rapprezentant permanenti għall-Unjoni Ewropea qed juza l-Ministerial Lounge?
Response (DALLI, JOHN)
Ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea juża il-Ministerial Lounge kemm-il darba jkun qed jakkumpanja lil xi Ministru jew Segretarju Parlamentari. Meta jsiefer waħdu, ir-Rappreżentant Permanenti jgħaddi mill-VIP.
Jista' il-Ministru jinfurmani kemm ambaxxaturi ġew imħallsa bejn 1 ta' Settembru 2003 u 30 ta' April 2004 mill-Malta Enterprise għall-ikliet f'ristoranti jew fir-residenzi tagħhom? Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' kemm ġiet tiswa kull ikla?
Response (DALLI, JOHN)
Ma kienx hemm ħlasijiet mill-Malta Enterprise lill-ambaxxaturi għall-ikliet f'ristoranti jew fir-residenzi tagħhom.
Malta Enterprise — Ikliet li saru mill-ambaxxaturi
Question
B'referenza għall ikliet li saru mill-ambaxxaturi u li ġew imħallsa mill-Malta Enterprise jista' il-Ministru jinfurmani jekk f'kull kaz kienx hemm talba jew ġewx mitluba d-dettalji skond il-Financial Regulations dwar l-irċevuti u l-ismijiet tal-mistiedna?
Response (DALLI, JOHN)
Ma kienx hemm ikliet li saru mill-ambaxxaturi u li ġew imħallsa mill-Malta Enterprise.
Jista' il-Ministru jinfurmani kemm ambaxxaturi tħallsu bejn l-1 ta' Settembru 2003 u 30 ta'April 2004 mill-Malta Enterprise għall vjaġġi barra mill-posting tagħhom? Jista' f'kull kaz jgħid għal liema destinazzjoni, għal liema raġuni u kemm kienet l-ispiza għall-Mata Enterprise?
Response (DALLI, JOHN)
Bejn l-1 ta' Settembru 2003 u 30 ta' April 2004 ma kienx hemm ħlasijiet mill-Malta Enterprise lill-ambaxxaturi għall-vjaġġi barra mill-posting tagħhom.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Kiri ta' office equipments
Question
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipmentsmatul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa tal-Ministeru u dekasteru li jaqgħu taħti għall-kiri ta' photocopier u other office equiipment hija kif ġej:
Photocopier
Oħrajn
Jannar - April 2003
LM 3,700.47
LM 721.40
Jannar - April 2004
LM 3,258.25
LM 1,067.50
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u Promizzjoni ta' l-Investiment — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (DALLI, JOHN)
Matul il-perjodu Jannar-April 2003 ġew impjegati 12-il persuna ġdida ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' il-Ministru jinformani jekk dawn ir-restrizzjonijiet imposti mill-Malta football association fuq players li ġejjin mill-EU humiex regolari? Jista' ikun li restrizzjonijiet bħal dawn jitfgħu dell ikrah fuq Malta bħala membru sħiħ fil-EU?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Malta Football Association mhix entita' governattiva u għalhekk il-Gvern mhux mgħarraf b'dawn r-restrizzjonijiet imposti minnha.
Il-gvern ma jħossx li għandu joħroġ stqarrija ta' kundanna dwar dak li qed jiġri f'Abu Ghraib, speċjalment fid-dawl tar-rapport li jkexkex tas-Salib Aħmar?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant għall-istqarrija pubblika li għamel l-Onorevoli Prim Ministru u li xxandret mill-media lokali fuq dan is-suġġett.
Kif jispjega l-fatt il-Ministru li ftit ilu informa lill-Kamra li Ms. Susan Mompalao de Piro kellha salarju bħala konsulenta tal-Malta Enterprise, biex imbagħad fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5538 qal li din bħala konsulenta, flimkien ma oħrajn, titħallas biss success fee meta jirnexxielha iġġib xi proġett ġdid?
Response (DALLI, JOHN)
Jiena nfurmat illi, bi żball l-isem tal-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant tqiegħed ma' l-ismijiet ta' konsulenti oħrajn li jitħallsu success fee fit-tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Numru 5538. Fil-fatt, l-informazzjoni li kont tajt oriġinarjament lill-Kamra li s-Sinjorina Mompalao de Piro għandha l-kariga salarjata ta' konsulent mal-Malta Enterprise hija korretta.