Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18455. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru minn żdied ma din il-Mistoqsija (Annex A) u dawk li spiċċaw minn dak in-nhar sa llum (Annex B).
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta' li tajt fil-Mistoqsija numru 25612.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Kien hemm każ wieħed f'Marzu 2007, d-Direttur għar-Relazzjonijiet Esterni u Affarijiet tal-Mediterran irriżenja mill-kariga tiegħu sabiex mar iservi fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi nefqa fuq kontijiet tad-dawl u ilma għal matul Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Head Office u FME kienet ta' Lm 3,395.49 li minnhom Lm 1,061.10 kienu surcharge. In-nefqa fl-Ambaxxati kienet ta' Lm 9,567.56.
It-tieni parti tal-Mistoqsija diġa ngħatat tweġiba għaliha fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 26661 u 27324.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu indikat ma saret l-ebda nefqa fuq apparat energy saving. Madanakollu ninformah ukoll illi lejn l-aħħar ta' Diċembru 2006 twaħħal apparat ta' enerġija solari fuq Palazzo Parisio u twaħħal ukoll apparat ta' dawl energy savings fil-Forum Malta fl-Ewropa. Saru wkoll spejjeż fuq bozoz / apparat energy saving f'perjodi oħrajn. Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ukoll għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27324.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tingħatax xi forma ta' għajnuna lill-VET Scholarships? Jekk fil-pożittiv jista' jgħid kemm studenti ħadu din l-għajnuna finanzjarja? X'inhuma l-kriterji li qed jintużaw biex tingħata din l-għajnuna finanzjarja? Min ikun magħżul bħala reserve candidate, dan għandu ċans li xi darba jgawdi minn din l-għajnuna?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika x'ifisser b'VET Scholarships. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jippresedi fuq għażla ta' kandidati għal numru ta' scholarships imma ma teżisti l-ebda kategorija indikata bħala VET Scholarships.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In-nefqa fuq kontijiet tad-dawl fil-Ministeru u dekasteru li jaqgħu taħti kienet kif ġej:
Dawl
Ilma
2006
Lm 11,816.22
Lm 2,336.22
2007
Lm 10,753.73
Lm 2,208.32
Dan jindika li kien hemm tanqqis ta' 'l fuq minn Lm 1000 fuq id-dawl u tnaqqis ta' 'l fuq ta' Lm 100 fuq l-ilma.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega eżattament ir-raġuinijiet għad-differenza fil-kontijiet. Jidher li l-miżuri ta' 'energy saving'kellhom mpatt pożittiv'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix u/jew jekk huwiex jiġi nnegozjat xi ftehim bilaterali ma' New Zealand li jirrigwarda kemm ftehim dwar evitar ta' tassazzjoni doppja, arranġamenti reċiproċi dwar saħħa, dwar għadd speċifiku ta' residenti miż-żewġ pajjiżi dwar portability scheme tal-pensjonijiet fil-qasam tas-social welfare kif ukoll dwar working holiday arrangements għall-istudenti? Jekk iva, jista' jgħid jekk dan ġiex konkluż u meta sar dan? Jista' jindika wkoll jekk dan huwiex maħsub bħala ftehim wieħed komprensiv jew bħala parti minn sensiela ta' ftehim separati?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-qafas bilaterali bejn Malta u New Zealand huwa limitat għal ftehim wieħed li jikkonċerna "Working Holiday Scheme", iffirmat fl-2004, u li jipprovdi għal 50 post biex żgħażagħ Maltin ikunu jistgħu jqattgħu sena esperjenza fi New Zealand. Għaddejjin ukoll taħdidiet fuq livell tekniku dwar ftehim reċiproku fil-qasam tas-sigurta' soċjali li jinkludi provvedimenti dwar il-pensjonijiet, dawn laħqu stadju avvanzat.
Jiena nfurmat li tlabt lill-Kummissarju Għoli Malti ghan-New Zealand biex isegwi t-talba għal ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja.
Pajjiżi li żar il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-pajjizi li żar minn meta ħabbar li se jikkontesta għal Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth sal-lum? Kemm kienet l-ispiża f’kull każ u kemm kien hemm persuni li akkumpanjawh f’kull żjara u min kienu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
It-tagħrif dwar żjarat konnessi mal-kandidatura Maltija għall-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth ser jingħata f'laqgħa apposta tal-Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar l-Affarijiet Ewropej u Barranin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Iva, qed isir użu minn bozoz energy savers. Huwa kkalkulat li l-persentaġġ ta' użu ta' energy savers jammonta għal 43%.
Jista' l-Ministru jikkonferma meta se jkun hemm konsulat li qed jopera fuq bażi regolari f'Benghazi kif oriġinarjament ġie mwiegħed lill-awtoritajiet Libjani? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li għalissa qed isiru biss arranġamenti temporanji minn staff ta' l-ambaxxata Maltija fi Tripli li jitilgħu Benghazi għal ta' l-apposta, fosthom personnel mhux Malti? Ma jaħsibx li dan qed joħloq dewmien u burokrazija żejda fil-ħruġ ta' visas għal ħafna nies f'Benghazi li jkunu jridu jużaw is-servizzi ta' l-Air Malta lejn Malta u 'lil hinn minnha?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Bi ftehim ma' l-Air Malta, l-aġenti tagħhom u l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Libja jinfetaħ uffiċċju f'Benghażi biex jilqa applikazzjonijiet għal visas. Bhallissa mill-Ambaxxata fi Tripli qed jigi provdut servizz f'Benghazi stess li jaqdi sew il-bżonnijiet tal-vjaġġaturi għal Malta li jixtiequ japplikaw għall-visa. Issa għall-ewwel darba applikanti minn Benghazi jistgħu jinqdew direttament mingħajr il-ħtieġa li jmorru fi Tripli. Dan hu żvilupp ġdid u importanti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul Jannar, Frar u Marzu 2007 ma ngħatawx direct orders mill-Ministeru u dekasteru li jaqgħu taħti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jien infurmat li ma sar ebda xogħol tal-Ministeru permezz ta' sub-contracting.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 2005 sat-30 ta' Ġunju, 2007, xahar b'xahar kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' ċittadini Ċiniżi biex jiġu Malta? Kemm ħarġu visas fl-istess żmien xahar b'xahar? Kemm minn dawn kienu se jiġu jistudjaw f'Malta?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ż-żjara li l-E.T. il-President ta' Malta u hu kellhom jagħmlu fl-Algerija tħassret? It-Trade Mission tħassret ukoll? X'rispons kien hemm għall-expressions of interestgħat-Trade Mission? Jekk it-tweġiba hija li ż-żjara tħassret, jista' jgħid x'wassal għal dan?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li ż-żjara uffiċċjali ta' l-E.T. il-President u konsegwentment il-missjoni kumerċjali marbuta magħha, u l-viżta tiegħi stess biex nakkumpanja l-President ġiet posposta fuq talba ta' l-awtoritajiet Alġerini. Sforunatament id-data ssuġġerita mill-awtoritajiet Algerini ma kenitx ideali għall-Uffiċċju tal-President u allura data oħra trid tiġi ffissata aktar tard.
Jista' l-Ministru jikkonferma meta se jkun hemm konsulent li qed jopera fuq bażi regolari f'Benghazi kif oriġinarjament ġie mwiegħed lill-awtoritajiet Libjani? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li għalissa qed isiru biss arranġamenti temporanji minn staff ta' l-ambaxxata Maltija fi Tripli li jitilgħu Benghazi għal ta' l-apposta, fosthom personnel mhux Malti? Ma jaħsibx li dan qed joħloq dewmien u burokrazija żejda fil-ħruġ ta' visas għal ħafna nies f'Benghazi li jkunu jridu jużaw is-servizzi ta' l-Air Malta lejn Malta u 'lil hinn minnha?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qatt ma gie mwiegħed li jintbagħat Konsulent f'Benghazi
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Maltin miżmumin f'ħabsijiet barranin, inklużi persuni li għadhom jistennew li jiġu sentenzjati? F'liema pajjiżi jinsabu u r-raġuni li għaliha jinsabu miżmuma f'ħabs barra minn Malta? Peress li Malta għandha ftehim ta' ripatrijazzjoni ta' priġunieri ma' żewġ pajjiżi, jiġifieri l-Libja u l-Eġittu, jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom fis-seħħ dawn il-ftehim, kemm kien hemm priġunieri li bbenefikaw minnu, dwar xhiex instabu ħatja u x'kienet is-sentenza li kienu qegħdin jiskontaw?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsijiet numru 23126 u 23612.
Affarijiet Barranin — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fl-entita li taqa taħt ir-responsabilita' tiegħi ma hemm ħadd li għalaq il-61 sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?