Ħal Għargħur – Triq l-Indipendenza – asfalt fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jingħata l-asfalt f'parti minn Triq l-Indipendenza, Ħal-Għargħur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li toroq residenzjali jingħataw l-ewwel kisja ta’ asfalt minn Transport Malta la darba jkunu ffurmati mill-iżvilluppaturi abbażi ta’ l-obbligi tagħhom u skont l-prioritajiet nazzjonali, disponibbilta’ ta’ fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tul din is-sena huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fuq Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Għaxaq billi għandha bżonn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill- Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talba mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi sabiex Triq in-Nassab issir one way?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm talba mill-Kunsill Lokali biex parti minn Triq in-Nassab issir One-Way iżda kif kien propost mill-Kunsill Lokali kien ser jiżdied it-traffiku fi Triq Ħal-Qormi u fis-Slip Road li tagħti għall-Ħamrun/Marsa By Pass. Għalhekk din il-proposta ma’ ġietx milqugħa mill-Kumitat responsabbli mill-Immaniġġjar tat-Traffiku.
Il-Mosta — Triq id-Durumblat - Ċimiterju tal-Mosta - zebra crossing
Question
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jieħu l-passi meħtieġa sabiex f'Triq Durumblat, il-Mosta, quddiem iċ-Ċimiterju tal-Mosta, jara li ssir zebra crossing għal min jkun qed jaqsam it-triq min-naħa taċ-Ċimiterju għan-naħa l-oħra tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tagħmel studju ta’ traffic u speed counts biex jiġi determinat l-ammont ta’ traffiku li jgħaddi minn din it-triq. Hekk l-Awtorita’ tkun f’pożizzjoni sabiex tara liema tip ta’ crossing ikun l-iktar addattat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex l-istat ta’ toroq mhux arterjali fl-inħawi taż-Żurrieq jittejjeb, partikolarment dawk it-toroq li jgħinu biex jitnaqqas it-traffiku mit-toroq arterjali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill- Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32106 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Transport Malta – Ħal Luqa – Triq San Tumas — bus shelter
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex beħsiebha tistalla bus shelters fi triq arterjali msemmija Triq San Tumas Ħal Luqa? Jista’ jgħid ukoll jekk Transport Malta rċevietx talbiet mill-kunsill sabiex jiġu stallati tali bus shelters?
Response (MIZZI, JOE)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għaż-żewġ bus stops li jġibu l-isem ta’ “Tumas” li jinsabu fi Triq San Tumas ġewwa Ħal-Luqa. Transport Malta ser tkun qed tinstalla żewġ bus shelters, wieħed fuq kull naħa tat-triq, fl-imsemmija triq.
Nirreferi ukoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4819, fejn kien indikat li kien il-kunsill lokali ta’ Ħal- Luqa li kien għamel it-talba sabiex jiġu installati dawn il-bus shelters fuq dawn il-bus stops.
Transport Malta – diskussjonijiet dwar il-parking policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tatx xi proposti partikulari li qed iżommu milli jintemmu d-diskussjonijiet dwar il-parking policy li qed tiġi diskussa fil-kumitat interministerjali? Jekk iva, liema kienu dawn il-proposti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda proposti partikulari minn Transport Malta li qed iżommu milli jintemmu d-diskussjonijiet fuq il-parking policy.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta xtratx xi apparat ta' clamping, biex jiġu clamped vetturi li jkunu pparkjati ħażin? Kemm xtrat minn dawn il-clamps? Meta hu mistenni li jibdew jintużaw, u f'liema ċirkostanzi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W516.
Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba tul din is-sena huwiex ser isir xogħol fi Triq il-Pellikani ġewwa Ħal Tarxien billi din it-triq qed tiġi wżata sew kważi daqs arterja prinċipali?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Jista’ l-Ministru permezz ta’ Transport Malta (TM) jara li x-xogħol tant meħtieġ ta’ bini ta’ ħajt f’Triq Ġużè Delia fil-Mosta, tali ħajt li qed jinbena minn TM kien qed jinbena mill-ġdid sabiex jitneħħa l-periklu li kien hemm fl-istess triq minħabba li l-ħajt li kien hemm qabel, kien qed jaqa’ u joħloq periklu lill-vetturi li jkunu għaddejjin minn din it-triq? Illum il-fatt li l-bini tal-ħajt il-ġdid huwa wieqaf, u r-residenti fl-istess triq qed isibu periklu mill-ġdid, u kif ukoll qed isibu periklu dawk kollha li jsuqu f’dik it-triq jista’ l-Ministru jara li dan il-ħajt jitkompla?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ġew sospiżi wara li nħarġet notifika ta’ nfurzar mill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Sadanittant, Transport Malta għalqet is-sit permezz ta’ numru ta’ jersey barriers. Ix-xogħlijiet se jitkomplew ġaladarba toħroġ l-approvazzjoni mill-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Mosta – Triq Salvu Aquilina – tindif ta’ open space
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30664, jista' l-Ministru jgħid mir-riċerka li kellha ssir dwar art fi Triq Salvu Aquilina, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-art hiex tal-Gvern jew tal-privat peress li r-residenti qed jistennew li din l-art tkun imnaddfa sabiex ma jibqax jinġabar il-ħmieġ u lanqas l-ilma tax-xita tagħmel il-ħsara fil-bini tal-madwar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn riċerka li saret jidher li hi propjeta’ pubblika. Fil-ġranet li ġejjin ser isir tindif u qtugħ ta’ ħaxix f’din iż-żona.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — każijiet ta' inġustizzzja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Jista’ jelenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tiegħu li qed jinvestiga l-inġustizzji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta kienet waqqfet Grievances Board indipendenti sabiex jevalwa każijiet ta’ nġustizzji mressqa mill-ħaddiema tagħha. Il-każijiet kollha ġew konklużi.
Ma kien hemm l-ebda każ ta’ inġustizzji fir-rigward tal-Grand Harbour Regeneration Corporation.
Transport Malta — kundizzjonijiet dwar l-użu tal-quad bikes
Question
B'referenza għar-risposta dwar il-quad bikes, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tagħmilx xi kundizzjoni partikulari għal dak li jikkonċerna l-użu tal-istess quad bikes fit-toroq ta' pajjiżna? Jekk tagħmel tali kundizzjonijiet, jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kundizzjoni, jew restrizzjoni tagħmel Transport Malta dwar l-użu ta' tali quad bikes?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta timponi, li sabiex persuna tkun tista’ ssuq quad bike, għandha tilbes elmu magħmul minn materjal li jirreżisti daqqiet, u dan skont il-provedimenti tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.11. Barra minn hekk, ix-xufier għandu jkollu liċenzja tas-sewqan b’Kategorija B1 hekk kif tipprovdi il-Leġislazzjon Sussidjarja 65.11.
San Pawl il-Baħar – Triq J. Quintinus – Granzija għal irranġar ta’ triq
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31031, billi l-blokka ta' appartamenti li nbniet fissret ammont kbir ta' materjal li kellu jitħammel, (inkluż qtugħ ta' materjal f'fond ta' bosta metri taħt l-art) u jittieħed x'imkien ieħor, u dan fisser mijiet ta' trakkijiet li kellhom jgħaddu minn din it-triq waqt it-taħmil, u l-kostruzzjoni tal-istess blokka, jista' l-Ministru jikkordina mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex jara li jekk inżammu xi flus bħala garanzija, dawn l-istess flus jintużaw biex tiġi msewwija t-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.