Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata sussidju lill-MSCL, sena b'sena, mill-1987 'il hawn? Jista' jgħid ukoll kemm sar telf fl-istess perjodu, sena b'sena? Jista' jgħid kemm kien id-dejn fl-istess perjodu, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-salarju u l-benefiċċji tac-CEO ta' l-Air Malta humiex tax free? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-liabilities li tħallas l-Air Malta f'taxxi għall-kondizzjonijiet ta' tax free lic-CEO tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Air Malta bħal ma tħallas it-taxxa u l-N.I. għall-piloti barranin impjegati magħha tħallas ukoll it-taxxa u l-N.I. għaċ-CEO.
Ħallset hi direttament lill-Gvern dawn l-ammonti f'taxxa u bolla dovuti mingħand iċ-CEO tagħha:
Taxxa Bolla
Lm Lm
2002 16,346 305.52
2003 63,698 1,341.60
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta u sussidjarji tagħha xahar b'xahar fil-perojodu ta' Ottubru 2002 u April 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom kontijiet pendenti mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u mal-korporazzjoni Enemalta? Kemm minn dawn huma ta' djar privati u kemm ta' negozji?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Air Malta offers flypass points to its passengers, and, government officials including ministers and parliamentary secretaries can make use of these points for their own personal holidays. Is this system considered to be the best one?
Response (GATT, AUSTIN)
Persons who are Fly-Pass members are members on a personal basis. As such any Fly-Pass member, whoever he is, will be attributed through the KM system the applicable Fly-Pass points. It is not up to Air Malta to decide whether this is the best system for Government Officials.
Tista' il-Maltapost tikkonsidra li għas-sena d-dieħla toħroġ sett ta' bolol biex tfakkar il-500 sena mit-twelid tat-tabib Ġużeppi Callus li kien ingħata l-mewt mill-gran mastru La Valette għax qabeż għall-Maltin li kienu qed jiġu ntaxxati ħafna mill-Kavallieri waqt li kienu qed jitilfu l-ftit sehem li kellhom fit-tmexxija ta' pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-pensjonanti tal-korporazzjoni Enemalta se tiġi aġġustata l-pensjoni tagħhom skond il-ftehim kollettiv li ġie ffirmat fl-1 ta' Jannar 2002? Ma jaħsibx li għadda żmien biżżejjed biex dan l-aġġustament jiġi fis-seħħ biex il-pensjonanti tal-korporazzjoni Enemalta jieħdu dak li huwa tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li wara li l-Ftehim Kollettiv mal-Genaral Workers Union ġie firmat fit-3 t'April 2003, l-informazzjoni dwar iż-żidiet mogħtija fil-Ftehim Kollettiv 2002 - 2005, ġew mgħoddija lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fis-7 ta' Mejju 2003, ħalli l-pensjonijiet jiġu aġġustati adekwatament.
Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni għar-riħa qawwija ta' drenaġġ li hemm fil-Ħemsija, l/o Ta' Qali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li r-riħa li hemm fil-Ħemsija, l/o Ta' Qali, hija l-istess problema ta' riħa li hemm ħdejn l-isptar Monte Carmeli.
Biex tispiċċa din il-probelma, is-sezzjoni tad-drenaġġ se tressaq id-"discharge point" li hemm taħt l-Imdina.
Jista' il-Ministru jgħid meta ġiet ippubblikata s-sejħa għall-offerti għal bini ta' l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ fil-Malta North? F'liema gazzetta saret din is-sejħa għall-offerti? Meta se tagħlaq din is-sejħa għall-offerti? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-sejħa għall-offerti saret permezz ta' komunikazzjoni diretta ma ħmistax il-kumpanija li rrispondew għal talba ta' "expression of interest" kif diġa ntqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 5401. Il-komunikazzjoni saret permezz ta 'fax' fit-30 ta' April, 2004.
Is-sejħa għall-offerti ser tagħlaq fit-28 ta' Lulju, 2004 u peress illi hemm ħlas ta' Lm 200 biex jinġabar it-tender, dan ikun jista' jitqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra wara dik id-data.
Msida — Xogħol fuq bini tal-gvern - problemi tad-drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li hemm xi problemi tad-drenaġġ li qegħdin jitfgħu lura x-xogħol fuq il-bini ġdid tal-gvern li hemm tielgħa fl-Imsida?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li sar ftehim mal-Awtorita' tad-Djar biex jieħdu ħsieb ix-xogħol tat-tħaffir, xogħol li fiċ-ċirkustanzi jippreżenta diffikultajiet tekniċi. Wara li jitlesta t-tħaffir, il-katusi jitqegħdu min-nies tal-Korporazzjoni.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-ġimgħa l-oħra meta vapur tal-passiġġieri ried iniżżel in-nies l-art fil-port ta' l-Imġarr, il-Gozo Channel talbitx jew le ħlas ta' Lm1.75 għal kull persuna li tinżel Għawdex li mbagħad in konsegwenza ta' din it-talba in-nies spiċċaw niżlu Kemmuna u dan a dannu u detriment għal tat-taxis, ħwienet, eċċ. Għawdxin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid minn fejn jirriżulta li l-Gozo Channel tista' tagħmel dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat illi nhar il-Ħamis, 20 ta' Mejju, l-MV Europa (li l-aġenti tagħhom huma Bianchi & Co) ħarġu mill-Port tal-Imġarr u ħadu l-passiġġieri tagħhom għal dawra madwar Kemmuna fuq il-life rafts tal-vapur. Skond informazzjoni li għandna, kien ippjanat li jagħmlu tour ta' Għawdex, imma r-rappreżentant tagħhom (Hapag Lloyd) deherlu li m'għandux biżżejjed ħin biex jagħmel dan, u allura dawwarhom ma' Kemmuna. Għalhekk, it-tour ta' Għawdex ma sarx mhux minħabba il-Lm 1.75. Il-Kumpannija Gozo Channel qatt ma kienet informata b'li ser jagħmlu u għalhekk ma talbet ebda ħlas ta' Lm1.75.
MDP/Interprint/Libyan Arab Maltese Holdings — Privatizzazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern u l-ħsieb biex jirristruttura u jipprivatizza l-Malta Dairy Products, l-Interprint u l-Libyan Arab Maltese Holdings?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma ttieħdu ebda deċiżjonijiet s'issa fir-rigward tal-kumpaniji indikati.
Gżira — Triq Upper St. Albert - pressa baxxa ta' ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'qiegħed iwassal li jkun hemm pressa baxxa ta' ilma f'Upper St. Albert Str, Gżira? Meta se tiġi rrimedjata din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tinvestiga dan l-ilment u se tagħmel l-almu kollu tagħha biex issolvi l-problema ta' pressa baxxa fit-triq imsemmija (Upper St. Albert).
Ħ'Attard — Riħa ta' drenaġġ quddiem l-isptar Monte Carmeli
Question
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4776 li tittrattta dwar riħa ta' drenaġġ fit-toroq ta' quddiem l-isptar Monte Carmeli, jista' il-Ministru jinvestiga minn xiex qed jistadd regolarment il-main in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-mejn tad-drenaġġ li ħiereġ mill-isptar Monte Carmeli jinstadd minħabba xi materjal li joħroġ mil-laundry ta' l-isptar stess.
Bħala prekawzjoni biex ma jkunx hemm riħa, fil-jiem li ġejjin il-Korporazzjoni se tissiġilla kemm hu possibli l-manholes.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ma ġietx notifikata mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-ittra tagħha għall-iskema tal-bdiewa tat-18% cubic meter?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li t-talba tal-persuna indikata qed tiġi processata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u din il-persuna nżammet infurmata b'dak li qed jiġri permezz tat-telefon.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.