Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-MEPA għal xogħol ta' upgradingtal-pjazza ta' Kastilja, l-Belt? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru ta' din l-applikazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi ma saret l-ebda applikazzjoni lill-MEPA għal-xogħol ta' upgrading tal-pjazza ta' Kastilja l-Belt Valletta.
Jista' l-Ministru jgħid x'pjanijiet għandu l-gvern għar-restawr tal-Victoria Lines?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima tar-Restawr fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni m'għandix fil-preżent pjanijiet għar-Restawr tal-Victoria Lines. Pero' il-konsolidament, ir-restawr u r-rijabilitazzjoni ta' dawn il-fortifikazzjonijiet ser ikunu inklużi gradwalment fil-programm ta' xogħlijiet għall-ħames snin li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28043 u jagħti l-lista ta' proġetti ta' tisbiħ li twettqu matul is-snin 2006 u 2007 inkluż l-infiq fuq kull proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ proġetti ta’ tisbieħ li twettqu matul is-snin 2006 u 2007, inkluż
in-nefqa fuq kull proġett hi kif tidher hawn taħt:-
PROĠETT NEFQA
L-Imdina 705,359
Il-Mixtla ta’ Bormla 393,033
Il-Pjazza Transfigurazzjoni, Ħal Lija 34,945
Il-Ġnien ta’ Hastings 179,194
Għar id-Dud, Sliema 193,833
Il-Mall, Furjana 128,122
Ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex 73,189
Iz-Zuntier u madwar il-Knisja ta’ Birżebbuġa 142,055
Iz-Zuntier tal-Knisja taż-Żurrieq 44,285
Iz-Zuntier tal-Knisja ta’ San Ġwann 26,449
Iz-Zuntier tal-Knisja ta’ San Bastjan, Ħal Qormi 50,798
Iz-Zuntier tal-Knisja ta’ Ħaż- Żabbar 15,110
Xemxija mixja panoramika 84,555
Wied Babu mixja panoramika (l/o Żurrieq) 474,402
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28018 u jagħti l-lista ta' membri fuq bordijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra peress li ċertu kumitati għadhom ma ġewx ippublikati fil-gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28023 u jgħid x'inhi l-policy tal-Malta Resources Authority dwar energy from waste? Jista' jpoġġi kopja ta' din il-policy fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-Energy from Waste hija inkluża fl-Energy Policy u fir-Renewable Energy Policy ta’ Malta. Dawn id-dokumenti qegħdin fuq il-website tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.
L-Energy Policy tirreferi għall-Working Group on Waste to Energy. Dan il-grupp jirraporta lill-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u Ambjent li l-Onor Interpellant jista’ jirreferi d-domanda lilu.
Kopja ta’ din il-policy qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' flood relief Qormi-Marsa tlestiex kollu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-proġett kif ippreparat mit-Taqsima tas-Servizzi fi ħdan il-Ministeru hu lest ħlief għal-bridge li qed jaqsam Aldo Moro u cioe' li jgħaqqad il-kanal li ġej minn Triq Manwel Dimech sa ħdejn il-Marsa Sports Club. Din il-parti ser tiġi integrata fi tfassil ta' toroq u junctions ġodda li qed isiru mill-ADT. Sadanitant, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent qed isir storm water Masterplan for the Maltese Islands li għandu jindirizza proposti kif dan jiġi inkorporat fis-sistema kollha tal-ġbir ta' l-ilma tax-xita inkluż re-use ta' run-off water tal-gżejjer Maltin.
Jista' l-Ministru jispjega u jfisser il-politika tal-gvern dwar il-Kumitati ta' Rijabilitazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-politika tal-Gvern dwar il-kumitati ta' Rijabilitazzjoni hija li dawn il-kumitati jkunu konsultati fi tfassil ta' proġetti li ser ikun qed iwettqu fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt il-kumitati konċernati u jgħatu parir fuq proġetti li jkunu qegħdin jitwettqu mill-Gvern fi bliet storiċi u jipproponu proġetti oħra f'dawn l-istess bliet.
Din il-politika hija in-line mal-linji ta' gwida ta' twaqqif ta' dawn il-kumitati li kopja tagħhom qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jeżamina l-kundizzjoni tal-public convenience li hemm f'Howard Gardens, l-Imdina peress li qiegħed ikun hemm ilmenti kontinwi min-nies li jużawha li jkun fiha ħsarat sikwit? Jista' jara li din il-public convenience li tintuża ħafna peress li hi biswit il-bieb ta' l-Imdina tingħata supplies biżżejjed peress li sikwit ma jservux?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kundizzjoni tal-public convenience li hemm f' Howard Gardens l-Imdina hija relattivament tajba. Din ġiet mibnija mill-ġdid riċentament flimkien mal-proġett ta' tisbieħ tal-ġnien imsemmi. Il-ħsarat illi jkun hemm f'din il-latrina jiġu indirizzati mill-ewwel mid-Dipartiment tas-Servizzi ta' l-indafa. Dwar supplies dawn jingħataw dejjem skond il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li n-nefqa f’kera ta’ proprjeta’ użata mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, mid-dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kienet ta’ Lm 56,211.55. Il-post fejn tinsab l-istess proprjeta’ mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien hu kif qed jidher hawn taħt:
Post
Skop
Sid/Sidien
2nd floor, Millenia Buildings, Triq Aldo Moro, Marsa
Uffiċini ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
Mizzi Group Ltd.
Bini f’Belt is-Sebħ, Furjana
Uffiċini tal-Ministeru
Lands Department
K03 – Kordin Industrial Estate
Workshop
u uffiċini tal-MSD
Malta Industrial Parks Ltd.
San Pawl il-Baħar
Stores
għas-CMD
Bonnici Brothers, Burmarrad
Qrendi
Garaxx għall-karozza uffiċjali tal-Ministru
Is-Sur George Abela u s-Sur George Magro
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-overtime imħallas lill-ħaddiema fid-diviżjoni tax-xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007 skond il-gradi tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta’ l-overtime imħallas lill-ħaddiema fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007 skond il-grad tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista (inkluż il-valur) tal-makkinarju tqil li nxtara mid-diviżjoni tax-xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-lista nkluż in-nefqa fuq makkinarju tqil li nxtara mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, matul l-2006 u l-2007 hija kif tidher hawn taħt:
2006
Makkinarju
Valur
(Lm)
Tipping Truck with crane
23,800.00
Refuse Disposal Truck
4,990.00
Forklifter (3 ton)
9,440.00
Dumper
10,995.00
Dumper
10,996.00
TOTAL
60,221.00
2007
Makkinarju
Valur
(Lm)
Water Bowser
11,682.00
Road Sweeping Machine
10,030.00
Forklifter (2 ton)
4,975.00
2 Road Sweepers
24,680.00
Mini dumper
1,600.00
Van flat bed
9,350.00
TOTAL
62,317.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi l-kumitati tar-riabilitazzjoni għas-snin 2006 u 2007 kull kumitat separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-fondi li ngħataw separatament lill-Kumitati tar-Riabilitazzjoni għas-snin 2006 u 2007 hu kif qed jidher hawn taħt:
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Furjana
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni ta’ l-Imdina
2006
143,500.00
95,000.00
11,500.00
2007
40,000.00
5,000.00
5,000.00
Fil-lokalitajiet li jinsabu taħt il-kappa ta’ dawn it-tlett kumitati, jiġifieri CRP – Kottonera kollha, MRP – Mdina u VRP – Valletta u Furjana ġew investiti madwar Lm 417,341 fl-2006 u Lm 119,905 fl-2007 kif muri hawn taħt:-
2006
2007
Lm
Lm
Hastings Gardens
90,929
Hastings Gardens2,846
Mdina Paving
201,800
Mdina Paving6,455
Mixtla ta’ Bormla
121,725
Mixtla ta’ Bormla84,773
St. Helen’s Gate
2,887
Mall - Furjana25,831
Total
417,341
Total 119,905
Dan l-investiment kien imsarraf fil-proġetti ta’ restawr, rijabilitazzjoni u tisbiħ.
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' restawr sar fuq is-swar matul l-2006 u 2007? X'kien il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, saru xogħlijiet ta’ restawr fuq is-Sur ta’ Santa Barbara l-Belt, Westreme Battery il-Mellieħa u s-Swar tal-Birgu fuq in-naħa tal-foss. Ix-xogħlijiet saru kollha mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr u huwa stmat illi komplessivament ġew investiti madwar Lm70,000.
Matul is-sena 2007 tkomplew ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq is-Sur ta’ Santa Barbara l-Belt, u s-swar tal-Birgu fuq in-naħa tal-foss. Dawn ix-xogħlijiet saru mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr u s’issa ntefqu madwar Lm50,000. Saru wkoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-mina ta’ Sant’Anna ta’ l-Isla u s-Sur ta’ San Ġakbu l-Birgu. Dawn ix-xogħlijiet li saru bid-direct labour huma stmati li swew Lm3,500.
Matul is-snin 2006 u 2007, saru xogħlijiet biex jiġu dokumentati s-Swar tal-Couvre Porte u tal-Kavallier u Bastjun ta’ San Ġwann fil-Birgu, kif ukoll il-Kavallier ta’ San Ġwann, is-Swar ta’ Sant’ Andrija u ta’ San Mikiel fil-Belt bi preparazzjoni għal tenders għal xogħlijiet fuq dawn is-siti. Dawn l-istudji saru mill-ħaddiema tal-Photogrammetry Section fi ħdan it-Taqsima tar-Restawr.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq petrol ta’ l-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu separatament matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena u l-uffiċjali li huma ntitolati għal petrol imħallas mill-gvern fl-istess perijodu huma kif jidhru hawn taħt:-
Nefqa fuq petrol (Lm) - 2007
Jannar Frar Marzu
Ministru
99.50 148.00 109.00
Kap tas-Segretarjat Privat
32.29 15.17 34.69
Segretarju Privat tal-Ministru
51.55 48.56 69.45
Segretarju Permanenti
51.12 51.12 63.88
Direttur Ġenerali, Taqsima tas-Servizzi
40.05 42.17 39.19
Direttur Ġenerali, Taqsima tax-Xogħlijiet
47.45 64.96 42.40
Direttur, Dipartiment tal-
Financial Management
64.75 47.71 55.38
Direttur, Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni
48.23 38.51 59.90
Direttur, Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija
31.95 40.89 28.54
Direttur, Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi
55.80 40.89 63.89
Direttur, Dipartiment għat-Tfittxija taż-Żejt
59.05 55.39 52.47
Direttur, Departiment ta’ l-
EU Affairs
34.08 32.80 38.89
Direttur ,
PMSS
30.13 39.00 45.00
Direttur, Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif
61.34 44.29 63.90
Ko-ordinatur Eżekuttiv għall-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni
30.67 36.20 35.77
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
Chairman
119.50 - -
CEO
49.00 44.00 50.00
Director (Water)
54.94 74.60 70.32
Director (Energy)
55.00 40.00 50.00
Analyst II
40.00 40.00 40.00
Analyst II
40.00 40.00 45.00
Analyst II
30.00 30.00 50.00
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
Chairman
76.69 51.11 64.65
Segretarju Eżekuttiv
38.76 37.91 42.16
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtarax il-materjal għall-pavimentar ta' Triq il-Merkanti, il-Belt? Jekk fl-affermattiv, mingħand min inxtara u x'inhu l-valur tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-materjal għall-pavimentar ta’ Triq il-Merkanti, u toroq oħra inxtara.
Peress l-materjal tal-porfido qed jiġi pprovdut mid-ditti; Consorzio Cavatori Produttori Porfido, Albiano, Trento, Porfidi Montebarco S.r.l., Albiano, Trento, Porfido Giuseppe Odorizzi, Albiano, Trento u l-hardstone (tal-qawwi) mingħand Ditta Paolo Belluardo, Modica, l-prezz totali tal-paviment imwassal Malta tinkludi ukoll il-prezz tat-trasport kif ukoll tal-ħlas tal-VAT u peress li t-trasport isir bi trailers kif ukoll b'containers, huwa għaqli li l-valur totali ta' l-ispiża tax-xiri tiġi komputata hekk kif jitwassal il-materjal kollu Malta.