Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kompetizzjoni mhix ġusta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm kazijiet ta’ allegata kompetizzjoni mhux ġusta li ilhom sentejn li gew sottomessi quddiem id-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni u li iżda deċizjoni dwarhom għadha ma tteħditx?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'sduta oħra.

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena, ġew rapurtati tliet serqiet mill-Malta Maritime Authority. L-oġġetti misruqa jammontaw għas-somma globali ta' ftit inqas minn Lm78.

Riforma fil-Portijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28167 u 28413 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq dwar ir-riforma tal-portijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim. Dettalji dwar drittijiet individwali ta' kull port worker mhux qed jingħataw.

Temporary state aid

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li minkejja t-temporary state aid li kellu jaħseb li jpaċi d-differenza fuq il-prezz tal-laħam aħmar/bee,f wara sħubija fl-UE għola bi aktar minn Lm5.25c fil-kilo għal dak li huwa tenderloin/fillet? Għaliex il-gvern tal-Prim Ministru daħak bil-poplu dwar din il-kwestjoni ukoll?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Port ta' l-Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk l-MMA hux se tittrasferixxi l-port ta' l-Imgarr lill-Gozo Channel? Jekk fl-affermativ, meta hu maħsub li jsir dan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li huwa l-ħsieb tal-Gvern li l-immaniġġjar tal-faċilitajiet portwali tal-Imġarr, Għawdex u taċ-Ċirkewwa jiġu mgħoddija mill-Awtorita` Marittima ta’ Malta lill-kumpanija Gozo Channel Co. Ltd. Bħalissa qed jiġi finalizzat il-ftehim aħħari. It-terminu ta’ dan il-ftehim ikun l-istess żmien u data meta jintemm il- Public Service Obligation Contract li l-Gvern kien għamel ma’ l-istess kumpanija għat-trasport ta’ passiġġieri, vejikoli u merkanzija bejn Malta u Għawdex. Dan il-kuntratt mistenni li jiġi konkluż fil-gimgħat li ġejjin.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.