Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Mr Rene Savona Ventura – MCDMS Secretariat.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29927 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ghall-Kompetittivita u Ekonomija Digitali, Marittima u tas-Servizzi hemm 3 persuni f’position of trust u 13 il-persuna f’person of trust.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Membri tal-Istaff fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru huma kif stabilit fid-Dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li l-kopja tiegħu ġa tpoggiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Aktar informazzjoni: Mario Schembri - Chief of staff Maximillian Zammit - Private Secretary Nadia Portelli - Assistant Private Secretary Shaun Grech - IT Mark Grima - Communications Officer Joe Camilleri - Security Claire Calleja - Segretarja Tony Azzopardi - Messaġġier Anthony Gambin - Messaġġier Customer Care: Marlene Mizzi David Muscat Terribile Ray Pace Romina Galea Jacquline Cross Xufiera: Sunny Gouder Paul Vella

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Kompettitività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Personal Emoluments - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal–Estimi Ġenerali li jiġu ippublikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil jum tal–Baġit. Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippublikata fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jmiss.

MCA – enforzar ta’ regolament

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28370, jista’ l-Ministru jgħid kif l-Malta Communications Authority (MCA) qed tinforza b’mod tanġibbli l-provvedimenti tar-regolament imsemmi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Matul dawn l-aħħar xhur, l-MCA rrivediet it-termini u l-kundizzjonijiet li joffru l-operaturi tas-servizz tal-Internet f’Malta. B’dan il-proċess l-MCA setgħet tidentifika dawk il-klawsoli li mhumiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relatati mal-aċċess għall-Internet miftuħ (Net Neutrality). L-MCA daħlet f’diskussjonijiet mal-operaturi tas-servizz tal-Internet sabiex dawn jirrevedu u fejn meħtieġ ibiddlu l-istess termini u kundizzjonijiet biex hekk, ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-istess Regolament. Fost il-bidliet li kienu meħtieġa, l-operaturi kienu mitluba sabiex: a) Jinkludu informazzjoni dwar il-miżuri għal-ġestjoni tat-traffiku li l-operaturi japplikaw fin-netwerks tagħhom, liema miżuri huma wkoll konformi mar-Regolament. L-operaturi huma wkoll mitluba jipprovdu spjegazzjoni dwar l-impatt fuq il-kwalità tas-servizz li dawn il-miżuri jistgħu jħallu. b) Jinkludu informazzjoni relatata mal-veloċità tas-servizz ta l-Internet, partikolarment informazzjoni dwar il-veloċità minima f’każ ta’ servizz pprovdut minn fuq netwerk fiss. c) Jinkludu spjegazzjoni ċara dwar rimedji u kumpens li huwa disponibbli għal-konsumatur f’każ li s-servizz provdut lill-klijent ma jilħaqx il-kwalità tas-servizz hekk kif imniżżla fil-kuntratt. Is-sorveljanza fuq is-suq sabiex wieħed jassigura il-ħarsien dwar l-aċċess għall-Internet miftuħ huwa proċess kontinwu fejn l-MCA tanalizza dak li qed jiġri fis-suq biex fejn meħtieġ tintervjeni f’każijiet li jkun hemm min qed imur kontra r-rekwiżiti mitluba fir-Regolament. F'dan il-kuntest, l-MCA tieħu sehem ukoll f’working group fi ħdan il-BEREC (l-Għaqda fi ħdan l-UE responsabbli għall-ko-ordinament bejn id-diversi regolaturi fl-istati membri) li qed jiddiskutu l-istess materja.

Malta Gaming Authority – spejjeż amministrattivi

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28364, jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat tal-ispiża ta’ €8.6m?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tista' tiġi aċċesata online mil-link provdut. http://www.mga.org.mt/wp-content/uploads/MGA-Annual-Report-2015-Spreads.pdf (page 84). (kopja tal-paġna kkwotata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra)

Malta Gaming Authority – spiża mir-Responsible Gaming Foundation

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28365, jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat ta’ kif intefqet l-ammont allokat lilha r-Responsible Gaming Foundation?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall- mistoqsija parlamentari No. 28365 nixtieq nippreċiza li ċ-ċifra imsemmija ġiet maqsuma kif indikat hawn taħt. Ħlasijiet ta’ salarji ta’ impjegati tal-MGA li huma assenjati mar-RGF u spejjez oħrajn €129,850; Trasferiment lill-RGF (2015) €170,150; ‘Audit Adjustment’ biex ikopri il-bilanċ dovut għas-sena 2014 €190,685; Total kif rifless fil-‘Financial Statements’ għas-sena 2015 €490,685 Permezz tal €170,150 matul l-2015 l-RGF wettqet din il-ħidma:- · Programm Edukattiv fost l-iskejjel ta’ Malta u Għawdex kollha. · Twaqqaf Call Centre ġdid biex jgħin lil dawk in-nies li għandhom problema bil-logħob. · Nediet programm ta’ għajnuna lil diversi NGOs biex jorganizzaw attivitajiet alternattivi għal-logħob. · Għamlet kampanja ta’ informazzjoni fuq livell nazzjonali fost affarijiet oħrajn. L-audited accounts u rapport ta’ ħidma tal-fondazzjoni diga ġew imqegħda fuq il-Mejda ta-Kamra.

Maltacom — Flus minn Shares - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29359 u 29222 u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward flus minn shares tal-Maltacom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant qed tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu gew mahtura 3 persuni f’ position of trust mal-Ministeru ghall-Kompetittivita u Ekonomija Digitali, Marittima u tas-Servizzi. Bhalissa fil- Ministeru, fadal 3 f’position of trust. Hadd minn dawn ma kellu ghalfejn jigi assorbit fis-Servizz Pubbliku ghax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.

Nefqa fuq kiri ta’ kompjuters mid-Dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu intnefqu flus f’kirjiet ta’ kompjuters mid-Dipartimenti tal-Gvern bejn l-1998 u l-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-MITA fis-sena 2007 awardjat kuntratti ta' leasing għax-xiri ta' PC’s u laptops għall-Gvern. Filfatt, matul il-perjodu 2008-2013 ġew leased 21,021 u n-nefqa totali kienet ta’ €18,462,588.

Bord tal-Aġenzija Malta Marittima — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Aġenzija Malta Marittima mit-twaqqif tagħha?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Bord iltaqa' l-ewwel darba fis-7 ta' Ottubru 2016 u huwa maħsub u ppjanat li jibda jiltaqa' regolarament jew skont l-esiġenzi tal-Aġenzija.

Aġenzija Malta Marittima – għanijiet prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Kamra x’inhuma l-għanijiet prinċipali tal-Aġenzija Malta Marittima?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-Aġenziji se sservi bħala cluster marittimu nazzjonali bl-għan li jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni meħtieġa b ejn il-partijiet ikkonċernati fil-asam marittimu ta' pajjiżna, kemm dawk li ġejjin mis-settur pubbliku, kif ukoll dawk mis-settur privat, sabiex nesploraw il-potenzjal tal-Ekonomija Blu. Għal dan il-għan u f'konformità mal-Avviż Legali, il-Kumitat ta' Tmexxija ġie mwaqqaf sabiex jipprovdi pjattaforma għall-ambjent professjonali u kompetittiv, li jippermetti inizzjattivi ekonomiċi, innovazzjoni u opportunitajiet attraenti għat-tkabbir tas-settur marittimu tagħna.

Aġenzija Malta Marritima – kollaborazzjonijiet ma’ entitajiet governattivi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lill-Kamra xi eżempji ta’ kif l-Aġenzija Malta Marittima qed tikkollabora ma’ entitajiet governattivi oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-aġenzija qed tikkolabora mal-Awtorità tal-Ippjanar fl-implimentazzjoni tal-Maritime Spatial Planning u mal-Ministeru għall-Edukazzjoni fi twaqqif ta' kumitat għall-edukazzjoni u riċerka, biex jindirizza n-nuqqasijiet eżistenti fis-settur. L-Aġenzija kollaborat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija biex jiġu indirizzati ċertu anomaliji legali u proċeduri li jwasslu għal restrizzjonijiet fuq il-kompetittività ta' Malta fil-Qasam Marittimu.

Aġenzija Malta Marittima — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lill-Kamra xi ftit eżempji fuq inizjattivi li l-Aġenzija Malta Marittima kienet involuta fihom mit-twaqqif tagħha?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Malta Marittima ġiet mistiedna mill-Gvern taċ-Ċina biex tinnomina rappreżentanti biex jattendi forum internazzjoni fil-gżira ta' Pingtan dwar l-ekonomija blu u l-iżvilupp sostenibbli. Malta Marittima ġiet mistiedna ukoll biex tindirizza l-Assemblea Ġenerali tal-Konferenza għar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi (CPMR) f'Venezja. Rappreżentant ta' Malta Marittima għamel diskors dwar l-aspetti varji tas-settur marittim, li ntlaqa' tajjeb ħafna mill-Kummissjoni Ewropea. L-aġenzija provdiet il-pożizzjonijiet ta' Malta fuq kwistjonijiet varji relatati mas-settur marittimu li jinkludu fost oħrajn dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu, l-Istrateġija għas-Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea u t-Tkabbir Ekonomiku Blu. L-Aġenzija tattendi laqgħat regolari f'Brussel fir-rigward tal-Istrateġija reġjonali tal-baċiri tal-baħar għall-Punent tal-Mediterran, fejn Malta sostniet l-impenn tagħha għall-iżvilupp tal-inizjattiva u l-politika integrata marittima. Tkompla ix-xogħol fuq ir-reviżjoni tal-bunkering f'Malta u għaddej proċess ta' konsultazzjoni ma' numru ta' enittajiet governattivi. Hemm diversi inizzjativi oħra li qed jiġu kkunsidrati jew għadhom fi stat ta' żvilupp.

Aġenzija Malta Marittima u l-Kamra tal-Kummerċ — diskussjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm diskussjonijiet bejn l-Aġenzija Malta Marittima u l-Kamra tal-Kummerċ jew xi organizzazzjonijiet nazzjonali oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nista' nikkonferma li kien hemm diversi laqgħat mal-Kamra tal-Kummerċ bl-għan li jissaħħaħ u jittejjeb ir-relazzjonijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat u biex jiġu esplorati opportunitajiet ekonomiċi. Malta Marittima qiegħda ukoll f'diskussjonjiet mal-Malta Maritime Forum bl-għan li jiġi ffirmat Memorandum of Understanding bejn iż-żewġ naħat biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni u jiġu esplorati opportunitajiet ġodda.

Kumpaniji żgħar u medji – kummerċ elettroniku

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’qiegħed isir sabiex kumpaniji żgħar u medji jibbenefikaw mill-kummerċ elettroniku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif indikat fl-istrateġija Nazzjonali tal-Kummerċ Elettroniku li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni nehdiet fl-2014, ġew stabbiliti numru ta' inizjattivi immirati biex jgħinu lill-kumpaniji żgħar u medji. L-ewwel inizzjattiva ta' din l-istrateġija huwa d-direttorju onlajn - BLINK. Dan id-direttorju komprensiv joffri informazzjani utli lil dawk in-negozji li jridu jħaddnu l-kummerċ elettroniku u jibdew joffru l-prodotti u servizzi tagħhom onlajn. Inizjattiva oħra hija 'Webcheck' u hija intiża biex tgħin l-organizazzjonijiet żgħar f’diversi oqsma jifhmu il-potenzjal tal-prezenza tagħhom fuq l-internet, jieħdu l-opportunità li jesponu l-prodott tagħhom fuq skala lokali kif ukoll internazzjonali kif ukoll jużaw applikazzjonijiet diġà applikabbli onlajn, għall-ġbir ta' fondi. L-għan aħħari ta' din l-inizjattiva hu li jikber iktar it-tagħlim tal-użu tas-sistemi diġitali u tinfirex iktar informazzjoni dwar l-importanza li llum il-ġurnata l-internet u il-medja soċjali huma rilevanti għal għixien aħjar. Din l-inizjattiva se tiġi estiża b'kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Inizjattivi oħra jinkludu taħriġ ta' kif wieħed jista’ joħloq prezenza onlajn u jippromovi n-negozju tiegħu permezz tal-lnternet. Fiż-żrnien li ġej mistennija titħabbar skema li għandha bil-għan li tagħti imbuttatura lil negozji żgħar. Bla dubju, riżultat importanti tal-ħidma tal-Awtorità f’dan is-settur ġie reġistrat f’April ta' din is-sena. Wara diskussjonijiet li saru mal-Amazon, negozji Maltin issa jistgħu ibiegħu l-prodotti tagħhom permezz tal-pjattaforma Amazon li huwa wieħed rnill-akbar siti tal-kummerċ elettroniku li joffri aċċess għal suq enormi li jikkornprendi 189 pajjiż madwar id-dinja. Permezz ta' dawn l-inizjattivi l-Awtorità hija kommessa li tkompli tkabbar dan is-settur u toħloq opportunijatiet ġodda għan-negozji.

Firda diġitali – tnaqqis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex tibqa’ titnaqqas il-firda diġitali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

II-Gvern jinnota b'mod pożittiv li l-Europe Digital Progress Report (2016)' maħruġ mid-DG CNECT fi ħdan ii-Kummissjoni Ewropea, jirrikonoxxi t-titjib li sar fl-aħħar sena fl-użu tal-internet. Malta tirrenkja fil-11-il post mill-pajjiżi membri, b'riżultat aħjar mill-medja Ewropea. Anki fejn jidħol l-integrazzjoni ta' teknoloġija diġitali mill-intrapriżi kellna titjib u nirrenkjaw aħjar mill-medja ewopea. Minkejja dan se nkomplu naħdmu biex din ix-xejra nkomplu insostunwha patikolarment biex inaqqasu kemm jista' jkun il-firda diġitali u nżidu l-għarfien fl-użu tal-ICT fost iċ-ċittadini u n-negozji Maltin. Il-firda diġitali hija realti f’Malta, b'madwar 22% tal-popolazzjoni ma tagħmilx użu mit-teknoloġija u għalhekk għandha diffikultà biex issib impjieg tkun produttiva fuq ix-xogħol, tagħmel użu mis-servizzi elettroniċi tal-Gvern u tipparteċipa b'mod effettiv fid-dinja diġitali. Hawn taħt qed nelenka xi inizjattivi li qed jitwettqu f’dan l-ambitu, mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, l-MCA, li taqa' taħt id-dekasteru mmexxi minni: a. Programmi ta' inklużjoni diġitali Minn meta ġie imniedi, l-programm ENTER li kien iffinanzjat minn fondi strutturali ewropej, offra opportunità ta' taħriġ lill-individwi bejn l-25 u l-64 sena biex iressaqhom iktar viċin it-teknoloġija bil-għan li jitkattar l-għarfien bażiku tal-ICT. Mal-4,500 individwu bbenefikaw minn dan it-taħriġ fiċ-Ċentri mwaqqfa mill-MCA stess madwar Malta u Għawdex. L-Awtorità qed tkompli tippromwovi dan it-taħriġ ma' entitajiet oħra f’oqsma tal-ospitaliti, turiżmu u manifattura. Dan sabiex tkompli tippromwovi l-użu tal-lCT fost nies li għadhom ma jagħmlux użu minn din it- teknoloġija. b. Programmi ta' Taħriġ għall-Anzjani B' kollaborazzjoni mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanita'Attivà, l-MCA organizzat sensiela ta' sessjonijiet ta' taħriġ għall-anzjani dwar l-użu tal-ICT kemm f’Malta kif ukoll fl-Għawdex. Dawn saru f’numru ta' djar tal-anzjani. S’issa ġew imħarġa madwar 1,000 anzjan f’Malta u Għawdex u dan it-taħriġ se jkompli. L-Awtorità tinsab ukoll fi stat avvanzat ta’ preparamenti li tibda toffri taħriġ tal-ICT lil nies b' diżabilità.

MCA — Sigurtà online għat-tfal u żgħażagħ

Question

Jista l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-MCA fir-rigward tas-sigurtà onlajn għat-tfal u ż-żgħażagħ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Mhuwiex biżżejjed li nassiguraw li kulħadd għandu l-aċċess u l-ħiliet biex juża l-ICT bl-aktar mod effettiv. Huwa importanti wkoll li dawn jkunu jafu jużaw it-teknoloġija bl-aktar mod għaqli. F'dawn l-aħħar erbgħa snin, l-MCA kkoordinat il-proġett BeSmartOnline!, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Appoġġ, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, id-Direttorat tal-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni kif ukoll bl-għajnuna u l-appoġġ ta' entitajiet oħra. L-għan tal-proġett BeSmartOnline! huwa li jissaħħaħ l-għarfien fost tfal, żgħażagħ, għalliema, ġenituri u carers tat-tfal, fuq l-użu sigur tal-Internet. Fost inizjattivi oħra, l-MCA nehdiet kampanja ta' informazzjoni fl-iskejjel kollha madwar Malta u Għawdex, fejn ingħatatilhom lezzjoni mfassla apposta ffokata fuq iċ-Ċittadinanza diġitali. L-MCA se tkompli tippromwovi l-użu tajjeb tal-Interent u l-aċċess għal kontenut pożittiv u sigur.