Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — tfitxxijiet ta' splussiv u materjal ieħor tal-logħob tan-nar f'postijiet privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32103 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfittxijiet ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, f'postijiet privati li saru mill-pulizija sena b'sena mill-2008 sal-2016? Jista' jgħid kemm minn dawn it-tfittxijiet irriżultaw fil-pożittiv?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fl-imsemmi perjodu l-Pulizija għamlet għoxrin (20) tfittxija, tmienja (8) minn dawn it-tfittxijiet irriżultaw fil-posittiv. Dettalji kollha huma kif ġej; 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2104 2015 2016 Numru ta tfitxxijiet 6 1 4 nil 2 2 3 nil 2 Irrziultaw fil pozittiv 3 nil 2 nil nil nil 2 nil 1

Logħob tan-nar — ħażna illegali ta' splussiv u materjal ieħor - rapporti lill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32101 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-pulizija dwar ħażna illegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, sena b'sena, mill-2008 sal-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm erbatax (14) -il rapport lill-pulizija hekk kif ġej; 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2104 2015 2016 3 1 1 Nil 2 2 1 3 1

logħob tan-nar — ħażna ta' splussiv u materjal ieħor - persuni li tressqu l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32102 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati b'ħażna llegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar sena b'sena mill-2008 sal-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti huwa kif ġej; 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2104 2015 2016 17 1 nil nil 3 1 1 3 2

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Immiganti irregolari li ġew ripatrijati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni li kienu immigranti rregolari ġew ripatrijati lura volontarjament jew le tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2016, in-numru ta’ immigranti li ġew ripatrijati lura kien ta’ 110, minn dawn 14 kienu b’mod volontarju assistit u 96 kienu deportati.

FIAU – rapporti — investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fl-2016 u fl-2017 li ġie mgħoddi għall-investigazzjoni mill-FIAU lill-pulizija dwar il-Panama Papers u l-persuni konnessi direttament jew indirettament magħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Minħabba li l-FIAU ma taqax taħt dan il-Ministeru, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex l-mistoqsija ssir lill-Ministeru konċernat.

Festival Lost and Found – preżenza tal-pulizija

Question

Billi hu mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin jerġa' jiġi organizzat il-festival Lost and Found, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija hux qed tipprepara xi preżenza partikulari għal dan il-festival?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, bħalma sar dejjem f’okkażjonijiet tal-massa, ser isir l-istess meta jiġi organizzat il-festival Lost and Found f’dik illi hija preżenza tal-Pulizija għal dan l-avveniment skont il-ħtieġa.

Pulizija — tfitxxijiet ta' splussiv u materjal ieħor tal-logħob tan-nar f'postijiet privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfitxxijiet ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, f'postijiet privati li saru mill-pulizija sena b'sena mill-2008 sal-2016? Jista' jgħid kemm minn dawn it-tfitxxijiet irriżultaw fil-pożittiv?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Għasses tal-Pulizija — rapporti dwar ħażna illegali ta' splussiv u materjal tal-logħob tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għasses tal-Pulizija li rċevew rapporti dwar ħażna llegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, sena b'sena, fil-perjodu bejn l-2008 u l-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Każijiet ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irraportati fis-sena 2014, 2015, u 2016, sena b’sena? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew solvuti sal-punt li tressaq xi ħadd il-Qorti akkużat b'tali serq?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Każijiet ta’ Omiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji fis-sena 2014, 2015 u 2016 u kemm minnhom ġew solvuti sal-punt li tressaq xi ħadd il-qorti akkużat b’tali reati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2016, in-numru ta’ omiċidji rrapurtati lill-Pulizija kien ta’ ħmistax u kien hemm sitt każijiet li kienu solvuti.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika fis-sena 2013, 2014 u 2015, sena b’sena? Jista’ jgħid kemm minn dawn ir-rapporti spiċċaw il-Qorti b’persuna jew persuni akkużati li wettqu dan ir-reat?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari numri 15390 u 27393.

Rapporti ta’ frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ frodi fis-sena 2014, 2015 u 2016? Kemm minn dawn ir-rapporti wasslu biex titressaq persuna jew persuni akkużati b’dawn ir-reati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Preistorja – vetturi li għandhom il-liċenzja magħluqa

Question

Billi waslitli informazzjoni li fi Triq il-Preistorja, San Pawl il-Baħar hemm xi vetturi li għandhom il-liċenzja tagħhom magħluqa, u li ilhom rappurtati li jinsabu f'dan l-istat, iżda qatt ma tneħħew minn fuq il-post, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-vetturi jitneħħew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-pulizija tad-distrett għamlu diversi spezzjonijiet fi Triq il-Preistorja, San Pawl il-Baħar. Ma ġewx identifikati vetturi b’liċenzji skaduti. Madankollu kien hemm vettura mingħajr numri ta’ reġistrazzjoni u mingħajr mezz ta’ identifikazzjoni tas-sid. Fuq din il-vettura ġiet imwaħħla yellow sticker skont il-proċedura u jekk ma titneħħiex, din tiġi mneħħija mill-pulizija malli jiskadi it-terminu ta’ sebat ijiem skont il-liġi.

Karozzi li ma jkollhomx il-liċenzja mħallsa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija għandhiex spazju biex tkun tista' tpoġġi karozzi li ma jkollhomx il-liċenzja tagħhom imħallsa, u għalhekk ikollhom jitneħħew mit-toroq madwar Malta u Għawdex? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm tneħħew tali vetturi matul l-2016 u minn liema lokalitajiet tneħħew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Towing u Clamping Zone — deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kkonkludiex xi deċiżjoni, flimkien ma’ Ministeri oħra li jistgħu jkunu kkonċernati, sabiex jiġu stabbiliti t-towing u l-clamping zones madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, liema nħawi ġew stabbiliti għal dan il-għan?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa m’hemm xejn konkluż.

Tourism police

Question

Billi s-sajf qed joqrob sew, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm se jkun hemm tourism police, u f'liema nħawi ta' Malta u Għawdex hu mistenni li jkun hemm dan is-servizz?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 31,723.