Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informażżjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informażżjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Nefqa fuq servizzi ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26193 datata 15 ta' Mejju, 2007.

Liġi tal-Health and Safety

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29219 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li, fid-Dipartimenti u dekasteru tal-Izvilupp Urban u t-Toroq, risk assessments skond kif titlob il-liġi tal-health and safety, l-aħħar li saru kien fil-perjodu Marzu/April tas-sena 2005. Dawn kienu: 1. fid-Dipartime nt tas-Serviżżi Korporattivi, li dak iż-żmien kien fil-Binja ta’ l-Edukażżjoni, il-Furjana; 2. fis-Segretarjat tal-Ministru u l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-bini House of the Four Winds , il-Belt; 3. fid-Direttorat għall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fi Blokk 7, it-2ni sular, Pjazza San Kalċidonju, il-Furjana. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Membru li minn dak iż-żmien, id-Direttorat tas-Serviżżi Korporattivi sar jissejjah id-Direttorat tas-Servizzi ta’ Sapport u Management Finanzjarju, u li dan id-Di rettorat mexa mill-Binja ta’ l-Edukazzjoni għat-3et u r-4ba’ sular ta’ Nru. 54, Transcontinental House, Triq Zaccaria, il-Belt Valletta, u li risk assessment għal dan il-post għadu jrid isir. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar- risk assessments li saru.”

Munxar — Sinjali Adegwati

Question

Peress li qed isiru diversi lamentali dwar ix-xogħlijiet li saru fi Triq Santa Duminka u Triq Profs G Aquilina, Munxar, Għawdex minħabba l-fatt li m'hemmx senjaletika adegwata u allura hemm potenzjal ta' perikolu kemm għas-sewwieqa kif ukoll għall-pedestrians, kif ukoll hemm sinjali fl-art li huma rregolari senjatament sinjal abjad fi Triq Profs G Aquilina li f'punt minnhom huwa dritt u mbagħad jieħu linja differenti u jirkeb is-siment u mbagħad wara jerġa' jkompli mal-linja preċedenti, jista' l-Minisru jara li l-Awtorita' kompetenti tara dawn l-affarijiet biex jiġu riżolti kemm jista' jkun malajr u jiġu evitati perikli u nkonvenjent?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li kemm fi Triq Santa Duminka u Triq Profs G Aquilina, Munxar ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin u ser jkunu finaliżżati fil ġejjieni qrib. Ma jirrużultax li hemm periklu la għas-sewwieqa u lanqas għal pedestrians sakemm jiġu osservati ir-regolamenti tat-traffiku.

Balzan — Triq Birbal

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li wara li qegħda tiġi resurfaced Triq Birbal, Hal Balzan isiru traffic lights fil-junction bejn Triq Birbal u Pjazza Wesgħa Guże Aquilina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

B'Kara — Paris Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xi xogħol minħabba l-ilma li jgħaddi minn Paris Street, Birkirkara għal fuq Rizzo Service Station għaliex qiegħed ikun ta' nkonvenjent kbir għax-xogħol fil-petrol station imsemmija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ADT kienet ħarget tender apposta għal dan ix-xogħol li ma setax jitkompla fuq Ordni tal-Qorti. Bħalissa qed ikunu ffinaliżżati it-teknikalitajiet biex jintlaħaq l-istess skop mod iehor.

Birkirkara — Triq Fleur De Lys

Question

Jista' l-Ministru jara jistgħux l-ħaddiema tad-dipartiment tat-toroq jduru sew n-naħa t'isfel ta' Triq Fleur De Lys, Birkirkara għaliex ġiet mħarbta bix-xita qawwija li seħħet dan l-aħħar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ADT diġa’ wettqet ix-xogħol l-aktar li kien ikkunsidrat gravi u urġenti f’din it-triq.

Ingaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27133 u jgħid meta kien ingaġġat oriġinarjament ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport u f'liema kariga l-Assistent Personali taċ-Chief Executive? X'kien is-salarju li beda bih? Jista' jgħid x'karigi okkupa minn dak inhar 'l hawn u x'kien is-salarju li kellu li beda bih f'kull kariga? Jista' jgħid ukoll x'salarju, allowances u benefiċċji oħra li għandu llum, meta ngħatawlu u min approvahom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Assistant Personali tal-Kap Ezekuttiv fi ħdan l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta ġie nġaġġat fis-6 ta’ Jannar 2004 fil-kapaċita` ta’ Accountant / Internal Auditor b’salarju ta’ Lm9,621 fis-sena. Fl-1 ta’ Lulju 2005 ġie maħtur bħala Personal Assistant Special Projects b’żieda fis-salarju ta’ Lm50 fix-xahar f’għeluq it-tlett xhur taż-żmien ta’ prova, u Lm5 allowance għall-użu tal-karozza kulljum. Fis-6 ta’ Jannar 2007 ġie mġedded il-Kuntratt ta’ Impjieg bl-istess inkarigu u b’salarju ta’ Lm13,000 fis-sena, Lm5 allowance għall-użu tal-karozza, mobile cellulari, u internet connection għar-residenza personali. L-impjegat huwa intitolat ukoll għall- performance bonus ta’ bejn 0% u 15% tas-salarju fis-sena. Dawn il-kundiżżjonijiet ġew approvati mill-Kap Ezekuttiv ta’ l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta.

ADT — Assistent Personali

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Assistent Personali tiegħu attwali ġie impjegat ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport? Jekk dan hu l-każ, jista' jgħid meta sar dan l-ingaġġ, xi proċedura ntużat, f'liema kariga ġie ngaġġat, b'liema salarju u kundizzjonijiet oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-Assistant Personali ġie impjegat ma’ l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta fil-25 ta’ Lulju 2006 fil-kariga ta’ Manager. Is-salarju u beneffiċji oħra li huwa ntitolat għalihom huma konformi mal-grad tiegħu skond il-proviżżjonijiet tal-Att dwar l-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta. Il-persuna konċernata kienet xeħtet applikażżjoni għal impjieg ma’ l-Awtorita wara sejħa pubblika għall-mili ta’ vakanza. Fid-dawl tal-kwalifiki, ħiliet, u esperjenza tiegħu, l-Awtorita offrietlu il-pożizzjoni ta’ Change Manager - Public Transport Reform.

Membri tal-Bord ta' l-ADT — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-membri tal-bord ta 'l-ADT u membri għoljin tal-management li huma ntitolati għal servizz ta' mobile phone u linja fissa tat-telefon b'xejn billi hu mħallas għalihom mill-istess Awtorita'? Jista' jgħid ukoll x'kien l-ammont imħallas fir-rigward ta' kull uffiċjal f'kontijiet ta' mobile telephone u linja fissa separatament matul 2007?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

ADT — Karozza u fuel b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali għolja ta' l-ADT sal-kariga ta' manager, li huma ntitolati għal karozza u fuel b'xejn? Jista' jgħid x'kienet n-nefqa fi fuel għal kull uffiċjal minn dawn f'kull xahar matul 2007?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Direttorat tat-Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ngaġġat mal-ADT d-Direttur responsabbli mid-Direttorat tat-Trasport Pubbliku u b'liema salarju u kundizzjonijiet? Jikkonferma li din il-persuna kienet l-Assistent Segretarju tiegħu fil-ministeru? Jista' jgħid kemm-il darba siefer dan d-Direttur kemm ilu f'din l-kariga, għal liema raġuni siefer, kemm-il ġurnata dam barra u kemm swiet lill-Awtorita' kull żjara? X'inkiseb għall-Awtorita' minn dawn iż-żjarat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Xiri ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li matul iż-żmien indikat inxtraw dawn il-mobile phones: Ministeru/Dipartiment Prezz Ghal min Lm65 Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Lm80 Direttur ta’ l-Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropeja ADT Prezz Ghal min Lm69 VMS operators – NID Lm89 Manager _ Lm105 Director – LTD Lm39 Manager – LTD Lm39 Manager – LTD Lm22 Massenger Lm22 IT Lm99.99 Project Manager Lm22 Driver Chairman Lm135 CEO

Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informażżjoni mitluba.

Karozzi mikrija għall-użu tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għalkemm żmien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li, minn Jannar sal-lum, għall-użu tal-Ministru għall-Izvilupp Urban u t-Toroq, inkriet karozza waħda: Renault Megane. Din il-karozza qegħda tinkera b’kuntratt bir-rata ta’ sebgħa liri (Lm7.00) kuljum, u għalissa hemm il-ħsieb li tkompli tibqa’ tintuża.”

Manutenzjoni tal-karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-karozza ewlenija tal-Ministru, minn Jannar 2007 sat-23 t’Ottubru 2007 swiet kif ġej: Tiswijiet: Lm71.76 (wieħed u sebgħin lira u sitta sebgħin ċentezmu), Manuten ż joni (jew service ): Lm253.06 (mitejn u tlieta u ħamsin lira u sitt ċente ż mi) u Sħubija ma’ l-RMF: Lm21.90 (wieħed u għoxrin lira u disgħin ċentezmu, TOTAL: Lm346.72 (tliet mija u sitta u erbgħin lira u tnejn u sebgħin ċente ż mu). Minn naħa l-oħra, is- second car tal-Ministru hija mikrija, u għalhekk it-tiswijiet u l-manuten ż joni jkunu inklu ż i fir-rata tal-kirja li hija ta’ Lm7.00 kuljum.”

Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li, minn Jannar sat-23 t’Ottubru ta’ din is-sena, ma nxtrat l-ebda karozza gdida; la fis-Segretarjat tal-Ministru, la fl-Ufficcju tas-Segretarju Permanenti, la fid-Direttorat ghal Servizzi ta’ Sapport u Management Finanzjarju, u lanqas fid-Direttorat ghall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea u l-anqas mill-ADT.”