Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dħul f’home – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir home visit lill-anzjan li applika biex jidħol f’home tal-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Dħul f’home – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li social worker jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment rigward każ ta’ applikazzjoni għal dħul f’home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Pensjoni Minima Nazzjonali – rata għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja ta’ singola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja singola?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali għal persuna singola li għandha medja sħiħa ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali hija ta’ €131.47 fil-ġimgħa. Iżda meta tgħodd il-bonus għall-Ogħli tal-Ħajja mal-pensjoni, tali persuna hija iggarantita li tieħu €141.75 fil-ġimgħa.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28692, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw dawn id-direct orders skont l-istess lista li ġiet annessa mar-risposta u dan peress li l-ismijiet tal-persuni/entitajiet li ngħataw id-direct orders tħallew barra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuni/entitajiet li ngħataw id-direct orders elenkati f’Mistoqsija Parlamentari numru 28692 huma skont ma jidher hawn taħt : Advent Lifts Ltd. Age Concern Company Ltd Apex Lifts Archidiocese of Malta Homes for the Elderly ARUP Autosales Limited Kind's B&G Hardware Belmont Company Ltd BT Nexia Bupa Malta CareMalta Ltd Caring First Ltd Casa Francesco Ltd CCG Chantal Stagnao Navarro Charles Moore Comsec Ltd Cursor Ltd Dakar Software Systems Limited Darren Micallef DDE Ltd Doric Studio / Dario Studio Dr. Jessica Said Dr. Josef Masini Vento Easy Gas Ltd Engenuity Ltd Executive Transport Cooperative Ltd F Borg Falbra Ltd. Foundation for Social Welfare Services Funding Support G4S Security Galea General Services Gil Construction Gilmore Buttigieg Gozo Creations Gozo Health Services Ltd Health Services Gozo Ltd Health Services Ltd Healthmark Ltd Index Furniture Ing. Ray Spiteri James Caterers Ltd Jason Camilleri Keith Zerafa Kercem Ajax F.C Kylie D'Amato Liftman Malta Ltd. Lucienne Tabone Malta Health Care Manufacturing and Services Directorate Maresco Trading Ltd Maria Mifsud Mario Camilleri Mario Sciberras Mark Schembri & Sons Ltd (MSA Ltd) Mark Schembri Ltd Maurizio Gauci MS Advisory Services Nissan Motors Notary Dr Renee Debono Notary Dr Roderick Gatt Notary Dr. Jessica Said Notary Dr. Joe Cilia Notary Jessica Said OCJ Ltd Omnicare Coop Ltd Outlook Coop Paul Hili Pembroke Local Council Perit Alistair Avallone Perit Daniel Camilleri obo XYZ Ltd Perit Marvin Ellul Perit Oriana Farrugia Perit Robert Musumeci Perit Samuel Formosa Perit Vincent Camilleri Platinum Travel PricewaterhouseCoopers Primecare Ltd Pt Matic PTMATIC QMG Ltd QP Management Raymond Cuschieri RO finishing RSM Malta Consulting Ltd Saint James Hospital Ltd Sarabelle D'Amato Signal 8 Security Solar Engineering Ltd Stephen Cacopardo Supports services Ltd Tal-Maghtab Construction Co. Ltd. Tektraco Ltd The Incredible Years (USA) Titan Intenational Ltd. Topserv Gozo Lifts VSV Cleaners X - Clean

Housing – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward skema ta’ housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħti aktar dettalji tal-każ peress li l-Awtorità tad-Djar għandha diversi skemi ta’ Housing.

Casa San Paolo – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa San Paolo fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.

Villa Messina – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa Messina fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant ii l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.

Roseville – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Roseville fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Xogħlijiet fuq post tal-Gvern — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward irranġar ta' apramorta tal-bejt, tibjid fil-komun u rranġar ta' qiegħ ta' gallarija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar qed tagħti l-attenzjoni meħtieġa lil dan il-każ.

Bdil ta' post — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward bdil ta' post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Sussidju ta’ kera – każ ta‘ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward sussidju ta’ kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-każ tal-persuna li qed issir referenza għaliha qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Awtorità tad-Djar – sussidju fuq irranġar ta’ dar – każta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-Awtorità tad-Djar dwar każta’ sussidju fuq irranġar ta’ dar tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Nisa – Pensjoni tar-Romol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hawn nisa li jirċievu Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm min dawn il-persuni kellhom dritt għall-pensjoni tagħhom, iżda minflok għażlu li jirċievu l-pensjoni tar-raġel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni (nisa) li jirċievu Pensjoni tar-Romol huwa ta’ 16,288 u minnhom 1,758 kien jaqblilhom li jirċievu l-pensjoni tar-raġel. Bis-saħħa tal-miżura tal-baġit li ddaħlet is-sena l-oħra, 1,758 mara bdew jirċievu ir-rata tal-pensjoni sħiħa ta’ żwieġhom, u mhux aktar 5/6 tal-pensjoni.

Unemployment assistance – rata fil-ġimgħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema rata fil-ġimgħa titħallas persuna li mhux qed taħdem u qed tirċievi l-unemployment assistance? Jista’ jgħid kemm hija r-rata li titħallas biha persuna li titqies bħala kap tal-familja u persuna oħra li mhijiex kap tal-familja imma tgħix ma’ membri oħra tal-familja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ir-rata massima ta’ Unemployment Assistance għal persuna waħedha hija ta’ €103.21 fil-ġimgħa. Ma’ dan l-ammont jiżdied ukoll il-bonus addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa. Għal kull persuna addizzjonali r-rata tiżdied bi €8.15 fil-ġimgħa. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-każ ta’ persuna li hija singola u tgħix f’familja oħra, ir-rata massima hija ta’ €77.40 flimkien mal-bonus addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa. Minbarra L-Unemployment Assistance, dawn il-familji jirċievu wkoll L- Energy Benefit u Ic- Childrens’ Allowance . Il-benefiċċju tal-Enerġija ivarja skont il-konsum u l-household, u r-rata tac-Childrens’ Allowance tvarja skont kemm hemm tfal taħt is-sittax-il sena. Kull min ghandu tfal fuq is-16-il sena jew m’għandux tfal ikun intitolat għas-Supplimentari.

Anzjani – għotja ta’ €300

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għotja ta’ €300 li tingħata lill-anzjani li jibqgħu jgħixu d-dar wara li jagħlqu l-75 sena, hijiex taxxabbli?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Għotja tal-Anzjani ta’ €300 li tingħata lil dawk li jagħlqu l-età ta’ 75 sena u li jibqgħu jgħixu ġewwa darhom mhix taxxabbli.

Anzjani – għotja ta’ €300

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li jirċievu l-għotja ta’ €300 li tingħata lil kull min għadu jgħix id-dar? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani li jirċievu din l-għotja f’dawn il-kategoriji: a) bejn 75 u 77 sena; b) bejn 78 u 80 sena; c) bejn 81 u 84 sena; d) bejn 85 u 89 sena; u e) minn 90 sena ‘l fuq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ anzjani li s’issa rċevew l-Għotja tal-Anzjani ta’ €300 huwa skont kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Età Irġiel Nisa Total 75 - 77 3,323 4,005 7,328 78 - 80 3,294 4,251 7,545 81 - 84 2,881 4,198 7,079 85 - 89 1,615 2,706 4,321 90 ’l fuq 544 990 1,534 Total 11,657 16,150 27,807

Pensjoni tal-Età

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sal-lum persuni li qed jirċievu il-pensjoni tal-età? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm hija n-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jirċievu l-Pensjoni tal-Età huwa ta’ 4770. Minn dawn, 3642 huma nisa filwaqt li 1128 huma rġiel. In-nefqa tal-Gvern fuq il-Pensjoni tal-Età matul is-sena 2016 kienet ta’ €21,695,333.44.

Pensjoni Minima Nazzjonali – rata għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja ta’ miżżewġin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali għal persuna miżżewġa li għandha medja sħiħa ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa tas-Sigurtà Soċjali hija ta’ €147.23 fil-ġimgħa.