Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24003, 21471 15966, 14901 u 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid:
(a) x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad;
(b) meta tqabbad;
(ċ) kemm sewa jew se jiswa;
(d) kif intgħażel il-kuntrattur;
(e) min għażel il-kuntrattur; u
(f) meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?
Jista’ jgħid jekk huwiex konxju li din il-mistoqsija saret għall-ewwel darba fil-31 ta’ Diċembru 2014 mill-Onor. Claudio Grech u sal-lum għadha ma ġietx imwieġba għax l-informazzjoni għadha qed tinġabar? X’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispecifika x’tifhem b’assignments u / jew kummissjonijiet.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spejjeż għal safar
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17565 u 24004 u l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jispeċifika x’safar għamel hu b’mod uffiċjali minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm swiet kull safra, x’kien l-iskop ta’ kull safra u minn min kien akkumpanjat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ żjarat uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex responsabbli mill-proġett ta’ Pace Grasso f’Raħal Ġdid u jekk iva, x’sar s’issa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Grand Harbour Regeneration Corporation huwa responsabbli għal dan il-proġett. Il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa huwa responsabbli mill-proġett tal-Health Hub, filwaqt li għall-kumplament tal-proġetti l-oħra huma responsabbli Ministeri oħrajn.
San Pawl il-Baħar – Triq ta’ San Martin – tqegħid ta’ main tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol marbut mat-tqegħid ta' main tal-ilma fit-triq ta' San Martin fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar? Min hu mistenni li jwettaq dan ix-xogħol? Kemm hu mistenni li jiswa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet tal-mains tal-ilma fl-inħawi ta’ Għas Stas, San Pawl il-Baħar huma mistennija li jinbdew is-sena d-dieħla wara li jinħareġ it-tender biex jintgħażel kuntrattur.
Enemalta – arloġġi tad-dawl fil-points fejn hemm il-cameras
Question
Billi hu magħruf li hu diffiċli biex jinstabu postijiet li fihom jitwaħħlu cameras tas-sigurtà, f'inħawi fejn hemm it-tendenza li jintefa’ l-iskart, u billi ħafna drabi jkun ukoll diffiċli li fil-fatt jingħata kurrent lill-istess cameras, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Enemalta, (forsi anke bħala parti mill-Corporate Social Responsibility li l-istess Enemalta għandha lejn pajjiżna) tipprovdi numru ta' arloġġi tad-dawl fil-points fejn hu meħtieġ li jitwaħħlu cameras?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn li jieħdu ħsieb postijiet pubbliċi, jistgħu japplikaw għal servizzi ta’ provvista tal-elettriku f’dawn l-istess postijiet billi jsegwu l-proċeduri stabbiliti. Hemm diversi Kunsilli Lokali li jsegwu proċeduri simili biex jinstallaw sistemi elettriċi bħal dawk li qed issir referenza għalihom.
Naturlament, jekk ikun hemm xi diffikultajiet tekniċi dwar iċ-ċirkwiti elettriċi u s-servizzi ta’ provvista meħtieġa, dawn l-istess entitajiet jistgħu jitkellmu mal-Enemalta plc biex jinstabu s-soluzzjonijiet meħtieġa.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – ftehim bejn il-ħaddiema u l-Unions
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat ftehim mal-Unions li jirrapreżentaw lill-ħaddiema f'kategoriji diversi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex dwar il-privatizzazzjoni ta' dan l-Isptar u dan peress li diversi xhur ilu kien ġie indikat li ntlaħaq ftehim mal-Unions kollha? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-ftehim mal-Unions dwar dan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir xogħol fuq leak tad-drenaġġ li issa ilu ħiereġ fil-parti tat-triq ta' bejn Triq Caruana Dingli u Triq l-Istefanotis San Ġwann eżatt quddiem il-Masġar Patri Leopoldu Tabone u faċċata ta' ħanut tal-ħaxix li hemm fl-istess triq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-każ qed jiġi nvestigat.
San Ġwann – Triq Ugo Carbonaro – problema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Minustru jieħu azzjoni fuq problema tad-drenaġġ li hemm fi Triq Ugo Carbonaro, San Ġwann u li kaġun ta' dan, diversi huma l-familji li qiegħed ikollhom id-drenaġġ ġewwa d-djar tagħhom u li żgur qed ikun ta' periklu għas-saħħa tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li minn investigazzjonijiet li saru ma rriżultax li hemm xi tkissir fis-sistema tad-drenaġġ fl-akwati.
Jista’ l-Ministru jara li jitwaħħlu bozoz mat-tliet arbli li hemm fi Triq tal-Balal, San Ġwann fejn bħalissa fin-nuqqas tagħhom, it-triq hi mudlama u jista' jiġi kkaġunat xi inċident?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Kumpanija Enemalta plc m’hijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq jew postijiet pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux informazzjoni dwar il-possibbilità ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem li tista' tiġi kkawżata minn antenni tal-komunikazzjoni għall-użu tat-telefonija ċellulari li jiġu stallati f'żoni urbani?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-livelli ta’ emissjonijiet li joħorġu minn antenni tal-komunikazzjoni għall-użu tat-telefonija ċellulari għandhom ikunu konformi mal-Council Recommendation 1999/519/EC on the limitation of exposure of the general public to electromagnetic fields (0 Hz to 300 GHz). Dawn il-linji gwida għandhom marġini wiesgħa ta’ sigurta` fejn l’ebda effetti fuq is-saħħa tal-bniedem ma ġew ikkonfermati s’issa. Dan ġie ikkonfermat fl-2015 mis-Scientific Committee on Emerging and Newly Identified Health Risks (SCENIHR) tal-Kummissjoni Ewropeja fejn, wara li ġew riveduti aktar minn 500 studji mwettqa mill-2009 il-quddiem fir-rigward ta’ effetti potenzjali għas-saħħa assoċjati ma’ meta xi ħadd jiġi espost għall-electromagnetic fields u radiofrequency (RF EMF), stqarrew li l-evidenza ma turix l-eżistenza ta’ xi konsegwenzi fuq is-saħħa minn espozizzjoni ghal kampi elettromanjetici skont dawn il-linji gwida. Dawn il-livelli ta’ gwida huma ukoll rrikonoxxuti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istat ta’ stennija għall-operazzjonijiet għat-tneħħija tal-kataretti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dewmien medju għall-proċedura tal-kataretti permezz ta’ loppju lokali, niżel minn tliet snin fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti għal madwar erbgħa xhur. Nirrimarka li l-kazijiet kollha jitqiesu skond l-urgenza medika.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istat ta’ stennija għall-operazzjonijiet tan-Knee Replacement?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dewmien medju għall-proċedura ta ‘knee replacement’ huwa ta’ madwar sentejn. Nirrimarka li l-kazijiet kollha jitqiesu skond l-urgenza medika.
Nfakkar illi f’Marzu 2013, kien hemm total ta’ 1733
open case
ghal-
Knee Replacement
, filwaqt li prezentament hemm 1192.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istat ta’ stennija għall-operazzjonijiet tal-Hip Replacement?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dewmien medju għall-proċedura tal-‘hip replacement’ huwa ta’ madwar sentejn. Nirrimarka li l-kazijiet kollha jitqiesu skond l-urgenza medika.
Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei għas-sena 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2015 saru 52,889 proċeduri gewwa l-Isptar Mater Dei. Dan l-Isptar zied l-ammont ta’ operazzjonijiet b’ 16,914, mqabbla mas-sena 2008, meta l-isptar Mater Dei infetah.
Jista’ l-Ministru jgħid meta beħsiebu jqassam il-mediċina għall-kura tal-Hepatitis C, Harvoni hekk kif kien ġie mwiegħed? Jista’ jgħid jekk hux se tingħata b’xejn lil kull pazjent li għandu din il-kundizzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-medicina Ledipasvir/Sofosbuvir, bdiet tinghata b’xejn lil dawk il-pazjenti li kwalifikaw ghaliha skond kriterji medici.
San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — tiswijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24184, billi dak li ngħad fir-risposta ma jirriflettix dak li hemm fil-lokalità, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-interventi li wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-lokalità msemmija fl-istess domanda, matul l-aħħar sentejn, u jitlob lill-istess korporazzjoni biex tispezzjona l-istess siti? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal Kamra, lista ta’ fejn saru l-interventi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, li ġiet mgħoddija lili mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – sezzjoni għall-anzjani Residenza Sant’Anna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, li l-pazjenti li hemm fis-sezzjoni għall-anzjani, Residenza Sant’Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, humiex se jiġu trasferiti għal xi post ieħor? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid x’inhi r-raġuni wara dan it-trasferiment? Jista’ jgħid fejn se jiġu trasferiti? Jista’ jgħid għal min se tkun qed tintuża s-sezzjoni Sant'Anna wara li jiġu trasferiti dawn il-pazjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant peress li fl-Isptar t’Għawdex ser ikunu qed isiru diversi xogħlijiet marbuta mal-proġett tal-qasam tas-saħħa, ser ikun hemm perjodu ta’ tranzizzjoni.