Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi u kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid x'interventi qed jikkontempla l-Gvern biex isalva l-futur ta’ dan l-investiment f'Malta u l-impjieg tal-ħaddiema u l-għajxien tal-familji tagħhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninstab nfurmat li Jobsplus offriet l-għajnuna lill-ħamsa u għoxrin ħaddiem/a li se jispiċċaw fl-immedjat. Madanakollu, jidher li dawn il-ħaddiema għandom pjanijiet lesti hekk kif s’issa ħadd minnhom ma’ rrikorra għall-assistenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Business Development and Continuity?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Business Development and Continuity, ħames impriżi ibbenifikaw minn meta l-iskema reġgħet ġiet imnedija fl-2016.
Skema Investment Aid for High Efficiency Cogeneration — intrapriżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Investment Aid for High-Efficiency Cogeneration?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema Investment Aid for High Efficiency Cogeneration ġiet imnedija f’Settembru 2016 u sa issa l-ebda impriża ma bbenifikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Business Start bejn is-sena 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li min mindu ġiet imnedija l-iskema tal-Business Start mil-2015 sal-aħħar ta' Jannar 2017 in-numru ta' mpriżi li bbenifikaw min din l-iskema kien ta' 55.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Life Science Park Malta – spazju meħud minn intrapriżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħed spazju minn intrapriżi ġewwa l-Life Science Park Malta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa l-aħħar ta' 2016, kien hemm 37 entita' li ġiet allokata spazju ġewwa Malta Life Sciences Park, li flimkien jokkupaw 76% tal-ispazju.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Malta Enterprise qed titlob aktar dokumenti mis-snin ta’ qabel biex wieħed japplika għall-iskema Micro Invest, liema dokumenti huma maħruġa mill-istess Gvern jew awtoritajiet tiegħu, minkejja il-wegħda tal-Gvern li jnaqqas il-burokrazija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' dokumentazzjoni mitluba ma’ l-applikazzjoni tal-Micro Invest għas-sena 2017 huwa filfatt anqas mill-2014 min mindu l-iskema reġat ġiet imnedija.
Għalkemm inġenerali l-ammont ta' dokumentazzjoni mitluba tiddependi minn emendi li jsiru f'din l-iskema minn sena għal oħra, fejn per eżempju dawn l-aħħar tlett snin żdiedet b'mod konsiderevoli l-assistenza li wieħed jista' jieħu taħt din l-iskema, finalment l-ammont ta' dokumentazzjoni li trid tiġi sottomessa tiddependi fuq it-tip tal-applikant u fuq it-tip ta' assistenza li qed tiġi mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Get Qualified f’dawn l-aħħar tliet snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2014 sa' Jannar 2017, il-Korporazzjoni rċiviet 3,815 il-applikazzjoni u sa’ issa 1,514 individwu ibbenifikaw mill-iskema.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Micro Invest, bejn is-sena 2014 u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Micro Invest, mis-sena 2014 sa Jannar 2017, in-numru ta’ impriżi li bbenifkaw taħt din l-iskema kien ta’ 3,745.