Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata risposta f’seduda oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol. jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma tax xogħol lil Destination Management Companies.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jiżdiedu l-pajjiżi li fihom jopera l-programm Consul on the Move matul l-2017 u l-2018?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa l-programm 'Consul on the Move' għadu fi stadju ta' proġett pilota, u r-riżultati tiegħu għadhom qegħdin jiġu evalwati.
Għalkemm f'dan l-istadju wieħed jista' jgħid li r-riżultati huma pożittivi, deċiżjoni dwar jekk il-programm hux ser ikun estiż għal pajjiżi oħra għad trid tittieħed wara li jintemmu ż-żjarat skedati għal din is-sena.
Konvenżjoni għall-Maltin – pubblikazzjoni ta’ ktieb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex ippubblikat il-ktieb dwar il-Konvenzjoni għall-Maltin li Jgħixu Barra li saret fl-2015, kemm saru kopji ta’ dan il-ktieb u kemm ġie jiswa?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin stampa 110 kopji u 320 CD dwar ir-IV Konvenzjoni għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta li saret fl-2015.
Il-Kotba ġew jiswew €6,131.33 u s-CDs ġew jiswew €1,235.50
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew l-antiporti tal-ħġieġ li saru fid-daħla prinċipali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f’Palazzo Parisio, u l-antiporta tal-ħġieġ li saret fid-daħla tas-segretarjat fl-ewwel sular biswit l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-antiporta tal-ħġieġ li saret fid-daħla prinċipali tal-Ministeru ġiet tiswa €16,295.80 (VAT inkluża) filwaqt illi l-antiporta tal-ħġieġ li saret fil-daħla tas-segretarjat fl-ewwel sular biswit l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti swiet €11,375.20 (VAT inkluża).
Dawn l-antiporti saru biex l-impjegati jkollhom ilqugħ mill-kesħa u sħana wara li għal snin twal ħadd ma ħa ħsieb li jkollhom kundizzjonijiet diċenti.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – direttorati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaqqfu direttorati ġodda fil-Ministeru fl-2016 u xi rwol għandhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Fl-2016, l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħoloq żewġ direttorati ġodda minn dak li kien qabel id-Direttorat għall-Protokol u Servizzi Konsolari. Għaldaqstant issa hemm id-Direttorat għall-Protokol u d-Direttorat għas-Servizzi Konsolari. Din il-qasma fid-Direttorat saret fid-dawl taż-żieda fil-volum tax-xogħol u responsabbiltajiet li issa għandhom Direttur speċifiku responsabbli għalihom.
Id-Direttorat għall-Protokol ghandu rwol prominenti kif ukoll huwa l-ewwel punt ta’kuntatt fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, mal-kommunita diplomatika. Dan id-direttorat huwa responsabbli biex jikkoordina l-loġistika ta’ żjarat Statali u anki dawk Uffiċjali; u jieħu ħsieb il-ħatra ta’ Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja ġodda u li jkunu akkreditati għal Malta,kif ukoll il-membri rispettivi tal-Korp Diplomatiku f’Malta. Bl-istess mod, id-direttorat jieħu ħsieb l-akkreditazzjoni tal-Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja Maltin għal barra minn Malta u hu wkoll responsabbli mill-akkreditazzjoni ta’ Konsli Onorarji li jkunu jirrappreżentaw lil Malta f’pajjiżi barranin u dawk li jirrappreżentaw lil pajjiżhom f’Malta. Id-Direttorat għall- Protokoll hu responsabbli ukoll għall- permessi diplomatiċi għall-bastimenti, ajruplani, żjajjar militari kif ukoll l-użu tal- uniformi militari.
Id-Direttorat għas-Servizzi Konsolari huwa l-ewwel punt ta’ riferiment għall-pubbliku fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Fil-fatt dan id-Direttorat huwa essenzjalment responsabbli għall-assistenza konsolari in ġenerali, per eżempju assistenza lil ċittadini Maltin li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni ta’ periklu barra minn Malta, kif ukoll, avviżi dwar vjaġġar lejn pajjiżi li fihom jista’ ikun hemm xi tip ta’ periklu minħabba sitwazzjoni politika instabbli jew xi sitwazzjonijiet oħrajn fejn’ il-ħajja ta’ ċittadini Maltin tista’ tkun f’periklu. . Id-Direttorat jassisti wkoll koppji Maltin li jsibu diffikultà fil-proċess biex jaddottaw tfal barranin; japprova u jawtorizza dokumenti pubbliċi u dokumenti kummerċjali (Legalizzazzjoni); jieħu ħsieb jikkoordina Boroż ta’ Studju; u jservi bħala mezz ta’ komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-pajjiżi konċernati.
L-għan aħħari tat-twaqqif ta’ żewġ Direttorati kien biex ikun assigurat li kull direttorat jiffoka fuq l-oqsma speċifiċi tiegħu u b’hekk jagħti servizz aħjar lill-pubbliku u l-komunità diplomatika rispettivament.
Consul on the Move – Ċittadini Maltin — passaporti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarrġu passaporti lill-Ċittadini Maltin permezz tal-programm Consul on The Move li daħal fis-seħħ f’Mejju tas-sena l-oħra?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-programm Consul on the Move minn Mejju 2016 sat-30 ta' Jannar 2017 inħarġu dawn il-passaporti:
L-Awstralja
96
New Zealand
12
Il-Kanada
19
Ir-Renju Unit
8
L-Istati Uniti tal-Amerika
23
Total
158
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Segretarjat Privat – Safar
Question
Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30034 u 29915 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hemm 8 persuni f'position of trust u 10 persons of trust.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn April 2013 kien hemm disa' persuni li ma baqgħux jaħdmu fis-Segretarjat, li huma:
Private Secretary
Assistant Private Secretary
2 Communications Co-ordinators
Co-ordinating Officer
3 Secretariat Officers
1 Secretariat Messenger
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers' Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, għalkemm għad m'hemmx il-full complement.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29915 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
miżuri biex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot tal-Brexit
Question
Fil-jiem li għaddew mara Olandiża ġiet mitluba titlaq mir-Renju Unit wara li l-applikazzjoni tagħha ġiet rifjutata mill-Home Office Ingliż u każijiet oħra bħal dawn ħarġu fil-beraħ fil-ġurnali Ingliżi. Għaldaqstant, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot favur il-Brexit?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija hija prematura in vista tal-fatt li r-Renju Unit s’issa għadu lanqas biss invoka Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona u allura għadhom ma nbdew ebda tip ta’ diskussjoni jew negozjati dwar il-Brexit.
Wieħed għad irid jara x’se jkunu t-termini u d-diskussjonijiet meta jiġi invokat Artiklu 50.
Wieħed għad irid jara wkoll x’se tkun is-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha ċittadini Ewropej, inklużi Maltin, meta jintemmu d-diskussjonijiet dwar Brexit.
Il-Gvern Malti, pero’, qal f’aktar minn okkażjoni waħda li jittama li n-negozjati, jieħdu liema direzzjoni jieħdu eventwalment, jirrispettaw id-drittijiet li jgawdu s’issa kemm il-Maltin fir-Renju Unit kif ukoll ir-residenti mir-Renju Unit li hawn f’pajjiżna.
miżuri biex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot tal-Brexit
Question
Wara li ttieħed il-vot favur il-Brexit, għadu m'huwiex ċar x'ser jiġri miċ-ċittadini Ewropej li jgħixu ġewwa r-Renju Unit. Jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni fuq jekk il-Gvern Malti daħalx f'diskussjonijiet mal-Gvern ġdid tar-Renju Unit dwar din il-kwistjoni?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29551.
miżuri biex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot tal-Brexit
Question
L-inċertezza li ħoloq il-vot favur il-Brexit taffettwa b'mod kbir liċ-ċittadini Maltin li bħalissa huma residenti ġewwa r-Renju Unit. Għaldaqstant, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux intenzjoni jinforma liċ-ċittadini Maltin dwar dak li għandhom jagħmlu sabiex jipproteġu d-drittijiet tagħhom meta l-Brexit isseħħ?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29551.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persuni f'position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu 2013 ġew maħtura 13-persuna f’position of trust mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Bħalissa fil-Ministeru, fadal 6 f’position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret mill-Ministeru tiegħu biex jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Bożnja- Ħerzegovina?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-ħidma li saret mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin biex jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Bożnija-Ħerzegovina huma:
· Preżentazzjoni tal-kredenzjali tal-ewwel Ambaxxatur Malti għall-Bożnija-Ħerzegovina, l-E.T. Saviour Borg;
· Żjara uffiċċjali f’Malta tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-E.T. Igor Crnadak f’Lulju li għadda;
· Propost Memorandum ta’ Ftehim fuq il-bdil bilaterali u t-taħriġ tad-diplomatiċi;
· Żjara f’Malta tas-Segretarju tal-Istat u Direttur tad-Direttorat għall-Integrazzjoni Ewropea u n-Negozjatur Ewlieni, l- E.T. Erin Dilberović f’Ottubru;
· Uffiċċjal mill-Bożnija-Ħerzegovina qed jagħmel programm ta’ Masters mogħti mill-
International Maritime Law Institute
(l-
IMLI
);
· Uffiċċjal ieħor se jieħu sehem f’kors fil-
Mediterranean Academy for Diplomatic Studies
(il-
MEDAC
);
· Qed ikun ikkunsidrat Ftehim ta’ Ħelsien mit-Taxxa Doppja bejn iż-żewġ pajjiżi;
· Possibilta’ li sal-aħħar tas-sena jżur Malta iċ-
Chairman
tal-Kunsill tal-Ministri, l-E.T. Denis Zvizdić
· Jien se nżur il-Bożnija-Ħerzegovina fil-bidu tas-sena d-dieħla biex niltaqa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport iktar iddettaljat ta’ din il-ħidma.