Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reverse osmosis plants — Energy output

Question

Jista' il-Ministru jikkwantifika l-ammont ta' l-energy output li jmur għat-tħaddim tar-reverse osmosis plants? Xi kemm huwa bħala proporzjon jew persentaġġ tat-total energy output?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-konsum ta' l-elettriku li ġie utilizzat għall-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis u li jkopri il-perjodu Awissu 2003 sa Lulju 2004 hu ta' 112,553,600 unit (kWh). Dan hu 5.39% tat-"total energy output".

Air Malta — Ajruplani

Question

Jista' il-Ministru, sakemm m'għadux wisq prematur jew ta' xi preġudizzju għall-operat kummerċjali tagħha, jispjega għaliex fi spazju relattivmaent qasir ta' żmien, l-Airmalta kellha żewġ istanzi ta' żewġ ajruplani li jinfaqgħalhom it-tyre wara t-take-off, tenut kont ta' l-istandards għolja ferm ta' sigurta' u safety li l-Airmalta hija magħrufa għalihom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Air Malta dejjem tat u għada tagħti mportanza kbira lis-sigurta u l-manutenzjoni ta' l-ajruplani tagħha. Ir-rekord ta' l-Air Malta matul dawn l-aħħar 30 sena huwa xhieda ta' dan. Fir-rigward taż-żewġ inċidenti li ġraw kawża ta' problemi bit-tyres, għadu kmieni wisq biex jingħad x'kien li kkawża dawn il-problemi. It-tyres involuti fiż-żewġ inċidenti qegħdin jiġu eżaminati minn tekniċi ta' l-Air Malta flimkien ma' esperti barranin, inkluż il-Boeing u l-mainfatturi tat-tyres li huma l-Bridgestone, biex jiġi stabbilit x'kienet il-kawża ta' dawn iż-żewġ problemi. Id-Dipartiment ta' l-Inġinerija qed iżżomm lid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni nfurmat bil-progress ta' dawn l-investigazzjonijiet.

Teknoloġija ta' l -Informatika — Pagamenti

Question

Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent? Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn t-Teżor jipproċessa pagamenti mogħddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena ikun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena il-ġdida. Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.

Enemalta/Maltacom — Voluntary retirement schemes

Question

Sakemm dan ma jmurx kontra l-interessi kummerċjali tagħhom, jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu kkonsidrati voluntary retirement schemes għal ħaddiema tal-korporazzjoni Enemalta u tal-Maltacom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qegħda tagħmel Human Resource Audit tad-diviżjonijiet tagħa u għadu prematur biex tgħid jekk hux ser jiġi kunsidrat l-irtirar taħt l-iskemi volontarji. Rigward il-Maltacom, nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 1130.

Cellular phones — 3 generation masts

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju xjentifiku f’Malta dwar il-possibbilta’ ta’ ħsara għas-saħħa ta’dawk li jissejħu ‘3 generation masts’ (3g) għat-tisħiħ tat-telefon ċellulari u dan speċjalment meta jitpoġġew f’bini magħluq u ħdejn skejjel? Jista’ jgħid jekk hemmx bżonn ta’ xi permess speċifiku biex dawn jitwaħħlu fl-abitat? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema toroq u lokalitajiet jinsabu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

Marsa — Tqassim ta' Ħalib

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9032 u 9306 u cioe' jara li jitwassal il-ħalib, kif kien jitwassal is-soltu, ġewwa Albert Town fil-Marsa? Jista' jara għaliex dan mhux qed jitwassal?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ghat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru.9030.

Xiri ta' Żejt

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea bħal Spanja, il-Ġermanja u l-Italja, jixtru kwantitajiet kbar ta' żejt mil-Libja filwaqt li Malta ma tagħmilx dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien nfurmat li pajjiżi oħra bħall- Spanja, l-Italja u l-Ġermanja qegħdin jixtru żejt mhux raffinat u qegħdin jirrafinawħ f'raffineriji tagħhom stess li għandhom il-kapacita jnaqqsu ħafna sulphur content fil-prodott finali . Malta m għadhiex dawn ir-raffineriji.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8890 u 9254 u cioe jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kont tad-Dawl u Ilma

Question

Jista' il-Ministru jara li jsiru arranġamenti mal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament biex tħallas il-kont tad-dawl u ilma gradwalment (Lm50 fix-xahar) peress li tinsab fi proċess ta' separazzjoni mar-raġel u tgħix biss bl-assistenza soċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.

Każ ta' Dawl u Ilma

Question

Meta jiġu biex jintalbu ħlasijiet għall-kontijiet tad-dawl u ilma l-korporazzjonijiet u l-gvern qed jagħtu kas fejn il-posta jeħodha r-raġel li ma jgħix id-dar u allura l-mara ma tkunx taf li qed jiġu l-kontijiet, ma tkunx taf li ma tħallsux u lanqas ma tkun taf b'avviż li jekk ma tħallasx se jaqtgħulha d-dawl u l-ilma bħal fil-każ ta' persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.

Kontijiet Pendenti tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru mal-banek biex min għandu kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma jissellef mill-banek biex iħallas il-kontijiet? X'arranġamenti se jagħmlu l-banek ma' dawk il-persuni li jifilħu jħallsu biss sa ċertu livell għax jgħixu bl-assistenza soċjali biss?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.

Lapsi — Reverse Osmosis Plant

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9219 u cioe' jgħid x'inhu l-valur tal-ħsara li saret fl-impjant tar-reverse osmosis f'Lapsi kaġun tal-maltemp ta' dawn l-aħħar ġranet?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-valur tal-ħsara li saret fl-impjant tar-Reverse Osmosis f'Lapsi kaġun tal-maltemp hi a' madwar Lm6,550.