Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30478, u għal kull każ elenkat fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054, tista’ l-Ministru tgħid meta l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur:
(i) għamel l-ewwel tentattiv biex jikkomunika mal-kummerċjant; u
(ii) meta effettivament għamel kuntatt mal-kummerċjant?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li m’hemmx perjodu applikabbli b’mod riġidu peress li kull każ għandu jiġi ttrattat fuq bażi individwali, in vista tal- partikolarità u tal-esigenżi ta’ kull każ.
Kummerċjant
Kommunikazzjoni mal-kummercjant
(a)
tentattiv
(b)
kommunikazzjoni)
Giuzeppe Azzopardi eżerċenti l-kummerċ bħala Bottega del Marmista
(a) Jannar 2013
(b) laqgha fis-17 ta’ Jannar, 2013
Marphil Gauci
(Carmel Gauci)
Ma nstabx
Ma nstabx
Light Projects Ltd.
(a) 2 ta’ April, 2014
(b) Ma nstabx
Di Natura International
(a) 24 ta’ Marzu, 2014
(b) 24 ta’ Marzu, 2014 kommunikazzjo ni rifjutata
Francis Camilleri
(a) 2 ta’ April, 2014
(b) 2 ta’ April, 2014
Charles Abela
(a) 13 ta’
Novembru, 2014
(b) 13 ta’
Novembru,
2014
Stefano Santo Scarducci
(a) 15 ta’
Settembru, 2014
(b) 15 ta’
Settembru, 2014
X.T.C. Towing Services Limited
(a) 15 ta’
Settembru, 2014
(b) Ma nstabx
K.M.K. Ltd. - Kurt Bezzina u Karl Bezzina
(a) 15 ta’ Ottubru, 2014
(b) 17 ta’ Ottubru, 2014
Raymond Desira
(a) 10 ta’ Frar, 2014
(b) 11 ta’
Novembru, 2014
Rennie Mifsud
(a) 16 ta’ Gunju, 2014
(b) 16 ta’ Gunju, 2014
Vince Agius - Agius Photo Studio
(a) 23 ta’ Awissu, 2016
(b) 29 ta’ Awissu, 2016
Evelina V. Batey- Russian Maltese Cultural Association
(a) 18 ta’ Lulju, 2016
(b) 8 ta’ Ottubru, 2016
Mark Anthony Barbara
(a) 10 ta’ Gunju, 2016
(b) 10 ta’ Gunju, 2016
Jason Galea – Sails and Canvas Limited
(a) 6 ta’ Gunju, 2016
(b) 14 ta’ Gunju, 2016
Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30478, għal kull każ elenkat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054, tista’ l-Ministru tindika liema kienu l-każijiet fejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur indika d-diversi alternattivi sabiex iħallsu lill-konsumaturi konċernati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li peress li kull każ għandu jiġi ttrattat fuq bażi individwali, in vista tal-partikolarità u tal-esigenżi ta’ kull każ, il-kummerċjanti kkonċernati (msemmija fit-tweġiba parlamentari 29054) ingħataw l-opportunitajiet kollha sabiex josservaw id-deċiżjonijiet tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumatur iżda peress li huma naqsu kellhom jinħarġu l-Avviżi Pubbliċi.
Att dwar il-Kompetizzjoni – każ tas-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30467, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta li d-Direttur Ġenerali ppubblika skont artikolu 14A (2) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni fir-rigward ta’ ilment sottomess mill-entità kwalifikata?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta mitluba.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30486 peress li l-Consumer Summit kien skedat li jibda fl-1 ta’ Ġunju 2015, u dan kif jidher fl-aġenda annessa mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30449, tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għalfejn iċ-Chairperson tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur mar Brussell fit-30 ta’ Mejju 2015 u mhux fil-31 ta’ Mejju 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li kieku l-uffiċjal telaq fil-31 flok fit-30 ta’ Mejju, l-ispiża tas-safra kienet ser tkun akbar minħabba prezz ogħla għal biljett tal-ajru.
Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika – persuni b’diżabilità
Question
Peress li jirriżulta li l-Att dwar il-Vjolenza Domestika mhux qed jiġi osservat u m’hemm ebda membru tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika li huwa b'diżabilità, tista' l-Ministru tgħid x'se tkun qed tagħmel biex tottempora ruħha mal-liġi mingħajr ebda dewmien?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif jgħaddu l-emendi l-ġodda għall-Att dwar il-Vjolenza Domestika se tinħatar Kummissjoni ġdida skont il-ligi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom degree mill-Università? Tista' tgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Tista' tgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u l-ebda entità taħt il-Ministeru tiegħi ma għandha staff klerikali li għandhom degree mill-Università.
Uffiċċju tal-Konsumatur — rapporti fuq kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni mill-Qorti b’ġurisdizzjoni ċivili
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30469, tista’ l-Ministru tgħid meta l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ntalab li jagħmel dan ir-rapport u meta dan ġie sottomess il-Qorti? Tista’ tindika liema settur tas-suq dan kien jikkonċerna?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata illi r-rapport ġie mitlub fil-25 ta’ Awissu 2015 u l-ordni ġiet notifikata lill-Uffiċċju fit-3 ta’ Settembru 2015. Ir-rapport ġie sottomess lill-Qorti fid-29 ta’ Novembru 2016. Is-settur huwa dak tal-enerġija.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – każijiet pendenti quddiem il-Qorti
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30465, tista’ l-Ministru tgħid għal kull każ meta nfetħu l-proċeduri quddiem il-Qrati indikati?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant dwar is-segwenti:
Ismijiet tal-kważi
Data tal-bidu tal-proċeduri
Pulizija vs Marphil Gauci (Qorti tal-Magistrati (Malta) Ġudikatura Kriminali) 9 ta’ Marzu, 2011
Pulzija vs Nazzareno Muscat (Qorti tal-Magistrati (Malta) Ġudikatura Kriminali) 4 ta’ Dicembru, 2014
Pulizija vs Mark Andrew Brincat et (Riferenza Kostituzzjonali) 7 ta’ Ottubru, 2014
Pulizija vs Mark Andrew Brincat et (Riferenza Kostituzzjonali) 7 ta’ Ottubru, 2014
Pulizija vs Chalcedon Vella (Qorti tal-Magistrati (Malta) Ġudikatura Kriminali) 2 ta’ Novembru, 2010
Pulizija vs Josef Gauci (Qorti tal-Appell Kriminali) 21 ta’ Novembru, 2013
Melita plc et vs Direttur Ġenerali (Affaijiet tal-Konsumatur) 26 ta’ Novembru, 2012
(Tribunal tal-Appelli għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur) (Deċiżjoni mogħtija fil-21 ta’ Frar, 2017 u Melita Limited appellat lill-Qorti tal-Appell fit-8 ta’ Marzu, 2017.)
Benny Borg Bonello nomine vs MCCAA u Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) 12 ta’ Marzu, 2014
(Qorti tal-Appell)
Att dwar il-Kompetizzjoni – Direttur Ġenerali — sottomissjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30466, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) għażel li ma jagħmel ebda notifika biex sidien oħra ta’ pompi tal-petrol jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30466 fejn diġa ġie spjegat li d-Direttur Ġenerali m’hux obligat li jagħmel l-ebda notifika biex operaturi oħra fis-suq jagħmlu s-sottomissjonjiet tagħhom. Id-Direttur Generali fil-kors tal-investigazzjoni talab lil diversi sidien tal-pompi tal-petrol għall-informazzjoni.
Att dwar il-Kompetizzjoni – Direttur Ġenerali — sottomissjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30466, tista’ l-Ministru tgħid mingħand kemm-il sid ta’ pompi tal-petrol oħra, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) talab informazzjoni? Tista’ tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) jafx kemm hemm sidien tal-pompi tal-petrol b’kollox f’Malta u Għawdex? Jekk iva, tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn sidien?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30482, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn skont it-tabella provduta fl-imsemmija tweġiba, f’sitt każijiet id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ma pprovdiex informazzjoni lill-konsumaturi fuq il-ġurnali? Tista’ tispjega għalfejn f’żewġ każi d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ippubblika din l-informazzjoni f’aktar minn ġurnal wieħed? Tista’ tispjega għalfejn hemm din id-differenza fil-mod li dawn l-avviżi pubbliċi qed jidhru fuq il-ġurnali? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iStandard Operating Procedures ta’ kif jimxi l-Uffiċċju għall-Konsumatur f’dawn iċ-ċirkostanzi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li filwaqt li l-artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jistabilixxi s-setgħa tad-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) li joħrog avviż pubbliku, ma hemmx proċeduri speċifiċi dwar il-pubblikazzjoni tal-avviż pubbliku stabbiliti mil-liġi, kull każ għandu jiġi ttrattat fuq bażi individwali, in vista tal-partikolarità u tal-esigenżi ta’ kull każ.
Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30481, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ma jippubblikax l-Avviżi Pubbliċi li huwa ħareġ minn żmien għal żmien fuq ir-rivista “L-Għażla”? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iStandard Operating Procedures ta’ kif jimxi l-Uffiċċju għall-Konsumatur f’dawn iċ-ċirkostanzi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li filwaqt li l-artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jistabilixxi s-setgħa tad-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) li joħrog avviż pubbliku, ma hemmx proċeduri speċifiċi dwar il-pubblikazzjoni tal-avviż pubbliku stabbiliti mil-liġi, kull każ għandu jiġi ttrattat fuq bażi individwali, in vista tal-partikolarità u tal-esigenżi ta’ kull każ. Il-proċedura hija li fejn il-kummerċjant ikkonċernat jonqos li jonora d-deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi, huwa jiġi mwissi u jingħata l-opportunità li jimxi skont l-istess deċiżjoni u fejn jibqa’ inosservanti jinħareġ l-avviż pubbliku skont il-liġi. L-avviż pubbliku ma jinħariġx biss meta deċiżjoni tat-Tribunal imsemmi ma tiġix onorata imma wkoll għal kull ċirkostanza msemmija fl-istess artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar ta' Frar 2017? Tista' tgħid kemm każijiet ġew deċiżi tul is-sena li għaddiet 2016?
Response (DALLI, HELENA)
Matul l-2016 ġew deċiżi total ta’ 75 każ. F’dan ir-rigward sal-aħħar ta’ Frar 2017 kien hemm total ta’ 592 każ pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali li jinkludu 313-il każ ta’ ħaddiema tal-eks-Malta Drydocks.
MCCAA — Direttorat ta’ Market Surveillance fl-Entita Regolamenti Tekniċi – uffiċjali ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu uffiċjali ġodda fl-aħħar sena mad-Direttorat ta’ Market Surveillance fid-Diviżjoni Regolamenti Tekniċi fl-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista' tgħid minn liema lokalitajiet ġejjin dawn l-uffiċjali ġodda? Tista' tgħid ukoll minn min kien kompost l-Interview Bord li kien responsabbli għall-għażla ta' dawn l-uffiċjali?
Response (DALLI, HELENA)
Interviewing Board għall-għażla ta’ Inspectors kien kompost hekk kif imsemmi hawn taħt:
Chairperson – Director Enforcement, MCCAA
Member – Senior Manager, Office of the Permanent Secretary
Member – Head of Human Resources, MCCAA
Interviewing Board għall-għa¿la ta’ Xjentist kien kompost hekk kif imsemmi hawn taħt:
Chairperson – Director General, Technical Regulations, MCCAA
Member – Director General Standards and Metrology, MCCAA
Member – Senior Manager Finance, Office of the Permanent Secretary
Liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għall-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30476, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn se jkunu ttieħdu kważi sentejn u nofs sabiex id-Direttiva 2014/104/UE tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea tkun inkorporata fil-liġi Maltija? Tista’ tispjega għalfejn kien hemm dan id-dewmien?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fil-proċess tal-abbozzar tar-regolamenti kellha ssir bosta riċerka, tiġi kkonsultata l-Kummissjoni Ewropea diversi drabi, ssir konsultazzjoni pubblika u evalwazzjoni tal-impatt tar-regolamenti f’Malta. Hekk kif jitlesta dan ix-xogħol kollu tkun inkorporata fil-liġi Maltija.
Uffiċċju tal-Konsumatur — Il-Każ Federation of Estate Agents – laqgħat ma’ rappreżentanti tal-għaqdiet tal-konsumaturi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30475 fejn il-Ministru konfermat li ma saru ebda laqgħat ma’ rappreżentanti tal-għaqdiet tal-konsumaturi u dawk tan-negozju dwar is-sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali fit-3 ta’ Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et, u peress li jien ukoll staqsejt dwar ir-raġuni għalfejn s’issa ma sarux dawn il-laqgħat, tista’ l-Ministru tirrispondi għal din il-parti tal-mistoqsija parlamentari? Tista’ wkoll tgħid meta se jsiru dawn il-laqgħat sabiex l-organizzazzjonijiet imsemmija jiġu infurmati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma sarux laqgħat mar-rappreżentanti msemmija għax ma inhasx il-bzonn li dan issir ghax dawn l-organizzazzjonijiet għandhom fi hdanhom persuni li jafu jinterpretaw u jifhmu din id-deċizjoni. Madanakollu kieku saret xi talba lill-Uffiċċju biex issir laqgħa, l-Ufficcju kien jiltaqa’ maghhom.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30474, tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jinvestiga każijiet bħalissa l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u liema setturi dawn jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju qed jinvestiga 17 il-każ. Dawn jikkonċernaw is-setturi tas-servizzi finanzjarji, komunikazzjoni, transport, enerġija, divertiment, lotteriji, sports, tax-xorb u uniformijiet tal-iskola.
Il-każ tal-Federation of Estate Agents — evalwazzjoni tas-sentenza mid-Direttur Ġenerali
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 30472 u tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) wara s-sentenza meħuda fil-każ Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et mill-Qorti Kostituzzjonali fit-3 ta’ Mejju 2016, li kkonfermat dik tal-21 t’April 2015, kienx għamel evalwazzjoni tal-impatt ta’ din is-sentenza fuq il-liġi tal-Kompetizzjoni u r-rimedji li għandhom jittieħdu? Jekk iva, tista’ tgħid meta dan sar u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-analiżi? Jekk dan ma sarx, tista’ tispjega l-għala dan ma sarx?
Response (DALLI, HELENA)
Mhux korrett meta l-Onor. Interpellant qed jgħid li s-sentenza ġiet ikkonfermata għax fil-fatt il-Qorti Kostituzzjonali ma qablitx ma’ parti mis-sentenza dik li l-proċeduri kkontemplati fl-Att imorru kontra l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem kif kienet iddeċidiet l-ewwel Qorti.
Ninforma lill-Onor Membru li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni kien ħejja
position paper
bl-analiżi tiegħu tas-sentenza fil-11 ta’ Mejju.
Peress li l-analiżi tirrigwarda proċeduri li huma pendenti quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), l-Uffiċċju m'huwiex f’pożizzjoni li jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-analiżi peress li il-każ huwa
sub judice
.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 30471 u tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) wara s-sentenza meħuda fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et mill-Qorti Kostituzzjonali fil-21 t’ April 2015 kienx għamel evalwazzjoni tal-impatt ta’ din is-sentenza fuq il-liġi tal-Kompetizzjoni u x’rimedji ssuġġerixxa? Jekk iva, tista’ tgħid meta dan sar u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-analiżi? Jekk dan ma sarx tista’ tispjega għaliex?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li s-sentenza ġiet diskussa internament u fuq parir tal-Avukat Ġenerali ġie deċiż li s-sentenza tiġi appellata. Ta’ din l-istess opinjoni kien il-Bord tal Gvernaturi.
Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur – bord ta’ Governanza – każ tal-Federation of Estate Agents
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30470, filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 2016 ikkonfermat li l-proċeduri kontemplati fl-Att tal-Kompetizzjoni jmorru kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta, tista’ l-Ministru tgħid jekk id-deċiżjoni meħuda mill-Bord ta’ Governanza kenitx unanima jew ittieħditx b’vot? Tista’ l-Ministru telenka l-parteċipanti kollha li kienu preżenti għal dik il-laqgħa?
Response (DALLI, HELENA)
Id-deċiżjoni meħuda mill-Bord ta’ Governanza kienet unanima.
Il-membri preżenti kienu:
Mr Marcel Pizzuto
Dr Gordon Cordina
Ing Mario Cassar
Ms Anna Spiteri
Dr Phyllis Aquilina
Mr John Abela
Mr Joseph Sciberras