Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2134 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Użu minn teams/għadqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' flus minn teams lokali u barranin u għaqdiet li għamlu użu mill-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq sa Settembru 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-dħul tal-Pixxina Nazzjonali mill-bidu tas-sena sa Settembru 1998 kien ta' Lm21,785 minn teams u għaqdiet lokali u Lm16,350 minn teams barranin.
Leg 9 PQ #1674 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

C.Carbonaro School of Hairdressing and Beauty Therapy — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti f'C.Carbonaro School of Hairdressing and Beauty Therapy ma jirċevux l-istipendji? Billi l-istudenti f'din l-iskola post sekondarja għandhom ħafna spejjeż f'equipment u prodotti oħra kosmetiċi, apparti kotba, ma jaħsibx il-Ministru li dawn l-istudenti għandhom jingħataw ukoll l-istipendji?

Response (GALEA, LOUIS)

Hemm diversi studenti bħal dawk ta' Carmen Carbonaro School of Hairdressing and Beauty Therapy li ma jirċevux stipendju. Bħalissa qed isir studju dwar id-diversi sistemi ta' stipendji u tal-bżonnijiet ta' l-istudenti biex tiġi mfassla sistema kemm jista' jkun ġusta u li tissussidja lill-istudenti fl-ispejjeż konnessi ma' l-istudji tagħhom.
Leg 9 PQ #1703 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Watchmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm li jitħallsu l-allowance li għandhom dritt għaliha l-watchmen fl-iskejjel? Għaliex għadhom ma tħallsux minn Ġunju, 1998 il-watchmen ta' l-iskola sekondarja bniet tar-Rabat (Malta) u ta' l-iskola primarja tal-Mellieħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-'watchmen' dejjem qegħdin jitħallsu regolarment. Il-'watchmen' ta' l-iskola Sekondarja Bniet tar-Rabat (Malta) tħallsu l-allowances minn Mejju sa l-aħħar ta' Ottubru. Il-'watchmen' ta' l-iskola Primarja tal-Mellieħa għadhom ma tħallsux l-allowances peress li dawn huma 'on loan' u jitħallsu mid-dipartimenti rispettivi tagħhom. Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ser iħallas l-allowances bi transfer voucher.
Leg 9 PQ #1964 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Rapport "The Right to Work"

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport bit-titlu "The Right to Work" li ġie ppreżentat fil-laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ? Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq dan il-kunsill fl-aħħar sena u x'ħidma għandu l-ħsieb li jwettaq fil-futur? Min huma l-membri li jagħmlu parti mill-Kunsill Nazzjonali u lil min jirrappreżentaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #1974 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Madum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-madum tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq li nbidel din is-sena? Minn se jħallas għal dan il-madum? Nħarġu tenders biex inxtara dan il-madum? Kemm kien hemm tenders u min tefa' l-offerta? Min fil-fatt ħa din it-tender?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol biex inbidel il-madum tal-Pixxina Nazzjonali sar mill-kuntrattur oriġinali u għalhekk ma kienx hemm bżonn li toħroġ sejħa għall-offerti. Il-Bord qabbad konsulenti biex jippreparaw rapport tekniku u qabel ma jiġi stabbilit minn fejn tirriżulta l-ħsara, ma hu se jsir ebda ħlas.
Leg 9 PQ #1975 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Accountant

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli u jieħu ħsieb l-accounts tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm ilu jagħmel dan ix-xogħol u kemm jitħallas? Kien ġie mpjegat wara sejħa pubblika?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #1976 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Kumitat tat-Tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jieħu flus membru tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull membru tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali għandu allowance ta' Lm100 fix-xahar.
Leg 9 PQ #1977 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Chairman Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta għalaq l-kuntratt taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Pixxina Nazzjonali m'huwiex impjegat b'kuntratt. Huwa kien ingħata ittra ta' ħatra fil-15 ta' Lulju 1998 għal perjodu ta' sena minn din id-data. Kopja ta' din l-ittra ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #1978 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Part-timers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm part-timers jaħdmu fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Meta bdew jaħdmu l-ewwel darba u minn fejn huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent hemm seba' (7) part-timers jaħdmu fil-Pixxina Nazzjonali. Dawn huma: ISEM LOKALITA' BEDA L-IMPIEG Franklin Axisa San Ġwann Ottubru 1996 Alan Falzon San Ġiljan Novembru 1996 William Galea Kalkara April 1998 David Grech Birkirkara Frar 1997 Emanuel Reitano Tarxien April 1997 Elizabeth Valentino Tarxien Novembru 1997 Keith Zahra Davies Ta' Xbiex Marzu 1995 Tlett part-timers oħra, Simone Fenech mill-Mellieħa li kienet ilha taħdem mal-Pixxina minn April 1998 Jane Gatt minn Raħal Ġdid minn April 1997 u Elaine Micallef mis-Siġġiewi li kienet ġiet impjegata f'April 1998 ingħataw impjieg full-time fl-24 ta' Awissu 1998. Dawn l-impjegati kollha ingħataw kuntratt ta' part-time employment għal sitt xhur f'April u Mejju ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #1979 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Ħaddiema fulltime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fulltime fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kienet saret sejħa pubblika għall-impjieg ta' dawn l-impjegati? Kien intalab permess mill-ETC? Minn liema belt jew raħal ġejjin dawn il-fulltimers u fiex jikkonsisti x-xogħol li jagħmlu? Meta bdew jaħdmu l-ewwel darba?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħaġar Qim — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra xi ħsara bata t-tempju ta' Ħaġar Qim? X'miżuri se jittieħdu mid-dipartiment biex dan jiġi rranġat u f'liema fażi wasal il-proġett oriġinarjament mibni minn Gvern Nazzjonalista għal preservazzjoni moderna tal-post?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li b'kawża tal-maltemp li kellna fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, nhar is-Sibt wara nofsinhar, waqa' xi ġebel f'parti ta' ġewwa ta' Ħaġar Qim. Il-ħsara kienet lokalizzata f'post bejn l-ewwel żewġt Apsidi ta' fuq il-lemin tad-daħla tat-tempju. Id-Dipartiment mill-ewwel ħa dawn il-passi: 1. Għalaq is-sit temporanjament għall-pubbliku 2. Nhar il-Ħadd stess saret ħidma immedjata biex tiġi stabilizzata s-sitwazzjoni 3. Dr Alex Torpiano, il-perit li kien għamel xogħol ta' restawr fl-Imnajdra sentejn ilu, ġie mqabbad jagħmel rapport tekniku tal-ħsarat u rakkomandazzjonijiet dwar miżuri meqjusa essenzjali għall-ħarsien ta' wirt fost l-aktar prezzjuż fid-dinja. Id-Dipartiment ser jistenna r-riżultati ta' dan ir-rapport qabel ma jagħmel xogħol ta' rikostruzzjoni neċessarju. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet qed jieħu l-passi biex jinforma organizazzjonijiet internazzjonali, bħal UNESCO, biex iqanqal kuxjenza u appoġġ konkret għall-proġett meħtieġ biex nippreservaw dan il-monument dinji. Il-proġett tal-Park Nazzjonali ta' Ħaġar Qim qed jiġi żviluppat fażi fażi. Bħalissa għadu kif tlesta ħajt ta' sigurta' ġdid biex b'hekk jitneħħa dak li kien imbena xi 20 sena ilu. Fażijiet oħra ser jiġu konsidrati bi priorita' wara li nqisu r-rapport tal-Perit Torpiano.
Leg 9 PQ #2028 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attard - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li qiegħed isir fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard waqa' tant lura? Meta hu ppjanat li jintemm dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntrattur daħal f'xi diffikultajiet li effettwaw il-pjan tax-xogħol. Il-kuntratt ma jaħsibx biżżejjed biex jissalvagwardja l-interessi ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #2059 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Estimi Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm maħsub li jiġi ffinanzjat mill-Vot ta' Lm15,000 f'line item 60?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2060 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ — Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema attivitajiet taż-żgħażagħ u liema skambji se jiġu ffinanzjati mill-Lm71,000 li qed jivvota l-Gvern f'line item 4185?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2061 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attivitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema attivitajiet sportivi u liema organizzazzjonijiet sportivi se jiġu ffinanzjati matul l-1999 mil-line item 4178 li għalih il-Gvern qed jivvota Lm360,000?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2081 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bniet ta' l-iskola li llum m'humiex jattendu l-iskola minħabba li huma pregnant?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena skolastika, jiġifieri minn Settembru sal-lum, in-numru ta' studenti li m'humiex jattendu l-iskola minħabba li huma pregnant huwa ta' sitta.
Leg 9 PQ #1182 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kooperattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kooperattivi bħalissa f'pajjiżna? Kemm twaqqfu kooperattivi, sena b'sena, mill-1990 'il hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #1608 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kalkara - Skola Lorenzo Gafa'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jiftaħ mill-ġdid il-cantenn fl-Iskola Lorenzo Gafa', fil-Kalkara?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minħabba n-numru limitat ta' studenti ma rriżultax vijabbli canteen fl-iskola.
Leg 9 PQ #1663 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għalliem partikolari li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li qed jgħallem fil-Primarja ta'Raħal Ġdid qed jitlaq kmieni mill-klassi ripetutament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux minnu li l-għalliem imsemmi jitlaq kmieni mill-iskola riputatament. L-unika darba li ħareġ kmieni kien meta ġie msejjaħ fuq xogħol mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #1671 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Part-time clerks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur jagħti xi żieda lill-part-time clerks fl-iskejjel, imqar lil dawk li jkunu ilhom numru ta' snin impjegati f'dan il-grad? Jaħseb il-Ministru li l-paga li jieħdu ma tirriflettiex biżżejjed ix-xogħol li jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Jiddispjaċini li f'dan l-istadju ma nistax inwieġeb b'mod definit peress li l-materja ma tiddependix direttament minni. B'danakollu beħsiebni nżomm il-preokkupazzjoni ta' l-Onor. Membru f'moħħi f'kull diskussjoni li tista' ssir f'dan ir-rigward.