B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23734 dwar asfaltar ta' toroq residenzjali, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li tlabtha u tgħid meta għandha titlesta kull triq skond il-kuntratt u żżid tgħid meta kellu jibda u fhiex wasal ix-xogħol s'issa fuq kull triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija skond kif tidher fit-tabella li qed titpġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23733 dwar proġetti f'Għawdex finanzjat mill-UE, tista' l-Ministru tgħid għaliex ħalliet barra t-triq tax-Xlendi li x-xogħol fuqha kellu jibda sentejn ilu u li kellha tkun lesta fl-2006 u t-triq ta' l-Imġarr li kellha tibda fl-2005 u titlesta fl-2007? Tista' tagħtini l-informazzjoni fuq dawn iż-żewġ proġetti kif tlabtha fil-mistoqsija parlamentari 23733?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-triq tax-Xlendi ġie pospost biex isir aktar 'l quddiem, peress li, wara li saru aktar testijiet fuq din it-triq nstab li l-build up tat-triq kellha tiġi ddisenjata mill-ġdid.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtha li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn
a) 8,000 sa 9,000
b) 9,000 sa 10,000
c) 10,000 sa 12,000
d) aktar minn 12,000
e) anqas minn 5,000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Tista' tgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab nfurmata li ma nxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru u d-dipartiment li jaqgħu taħtu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007.
Tista' l-Ministru tgħid fhiex jikkonsisti l-proġett għall-iżvilupp taż-Żewwieqa? X'sar s'issa għat-twettiq ta' dan il-proġett? Kemm se jiswa? Kemm hemm flus ivvotati għalih fl-2007?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li l-proġett għall-iżvilupp taż-Żewwieqa jikkonsisti minn upgrading ta’ din iż-żona u li sa issa ġiet imnedija kompetizzjoni għad-disinn għal dan il-proġett li qiegħda tiġi evalwata. L-istima ta’ dan il-proġett tiġi stabbilita aktar il-quddiem skond id-disinn mgħażul.
Tista' l-Ministru tgħid x'jonqos isir biex jitlesta l-istazzjoni għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex? Meta hu mistenni li jitlesta? Kemm se jiswa? Kemm mill-ispiża se tiġi mill-fondi Ewropej? Sa meta kellu jkun lest skond il-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea? Għaliex għas-sena 2005 kienu ġew ivvotati Lm1,671,000 u minnhom intefqu Lm280,000 biss? Għaliex għas-sena 2006 kienu ġew ivvotati Lm2,250,000 u minnhom intefqu Lm160,000 biss? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa s'issa? Għal xhiex huwa kommess dan l-ammont u meta ġie kommess? X'ammont għad irid ikun kommess? Għal xhiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'jonqos isir biex titlesta l-infrastruttura fuq is-sit għat-twaqqif ta' l-impjant innifsu li se jitratta d-drenaġġ f'Għawdex? X'sar s'issa fuqu? Meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq id-diversi strutturi fosthom it-tankijiet? X'sar s'issa biex jiġi prokurat l-apparat/makkinarju li jitratta d-drenaġġ? Meta hu mistenni li jibda jiġi nstallat? Meta hu mistennni li jiġi kkummissjonat? Meta huwa mistenni li jibda jaħdem il-proġett kollu? Sa meta għandu jibda jaħdem skond l-arranġamenti ġodda li saru mal-Kummissjoni Ewropea? X'użu se jsir mill-ilma li jipproduċi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li:
madwar sittin fil-mija tal-bini ta' strutturi u xogħlijiet fuq it-tankijiet tlestew u ser jibda jiġi stallat l-apparat dan ix-xahar.
l-apparat/makkinarju huwa mixtri u mistenni jibda jasal Malta dan ix-xahar.
it-tankijiet kollha ser ikunu lesti sa Lulju 2007
l-impjant huwa ippjanat li jitlesta għal nofs Awissu 2007, jiġi kkumissjonat u jibda jopera lejn l-aħħar t'Awissu 2007.
l-arranġamenti ġodda ma' l-U.E. jestendu l-proġett sa l-aħħar ta' Settembru 2007.
rigward l-użu ta' l-ilma li ser jipproduċi l-impjant, huwa neċessarju li l-kwalita' ta' l-ilma ttrattat jilħaq livelli ta' kwalita' konsistenti. Wara li dan jintlaħaq mistenni jsiru diskussjonijiet ma' l-MRA sabiex isir l-aħjar użu minn dan ir-riżors.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-proġetti li għalihom hemm ivvotati Lm1,750,000 għall-Improving the Quality of Health and Leisure (ERDF) tal-Fondi Strutturali Ewropej 2007-2013 għas-sena 2007? Kemm se jiswa kull proġett? Kemm hemm flus ivvotati għal kull proġett fl-2007? X'sar s'issa fuq kull proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex qed jippjana numru ta' proġetti li mhux neċessarjament ser jiġu ffinanzjati mill-Fondi Strutturali Ewropej 2007-2013.
Dan jiġi stabbilit wara li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt dan il-programm u ssir l-għażla tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-proġetti li għalihom hemm ivvotati Lm1,400,000 għall-Product Development (ERDF) tal-Fondi Strutturali Ewropej 2007 - 2013 għall-2007? Kemm se jiswa kull proġett? Kemm hemm flus ivvotati għal kull proġett fl-2007? X'sar s'issa fuq kull proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex qed jippjana numru ta' proġetti li mhux neċessarjament ser jiġu ffinanzjati mill-Fondi Strutturali Ewropej 2007-2013.
Dan jiġi stabbilit wara li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt dan il-program u ssir l-għażla tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid fhiex jikkonsisti l-proġett għar-riġenerazzjoni tal-Villa Rundle? X'sar s'issa għat-twettiq ta' dan il-proġett? Kemm se jiswa? Kemm hemm flus ivvotati għalih fl-2007?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Proġett għar-riġenerazzjoni tal-Villa Rundle għandu l-għan li jerġa jagħti l-valur mistħoq lill-aktar ġnien importanti tal-gżira Għawdxija u jinvolvi fost l-oħrajn it-tqegħid ta' pavimentar gdid, l-introduzzjoni ta' elementi ġodda ta' soft landscaping u l-kreazzjoni ta' zoni b'temi speċifiċi (bħal per eżempju discovery play garden), l-installazjoni ta' garden furniture, il-kostruzzjoni ta' stage area ġdida, l-installazzjoni ta' sistema ġdida ta' illuminazzjoni elettrika u l-kostruzzjoni ta' reservoir taħt l-art, ecc.
Il-proġett ġie reċentament approvat mill-MEPA u jinsab issa fi stadju avvanzat ta ppjanar.
Peress li r-residenti ta' l-Għarb qed ibatu minn inkonvenjent ta' qtugħ ta' ilma in konsegwenza tax-xogħlijiet li qed isiru fit-Triq Ta' Pinu, tista' l-Ministru tara li jingħata avviż lir-residenti anke permezz ta' media lokali meta l-ilma jkun se jiġi maqtugħ minħabba dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li f'każi ta' emerġenza ma jkunx jista' jsir avviż lill-pubbliku iżda fejn kien possibli l-pubbliku kien qiegħed ikun infurmat permezz tal-midja li kien sr ikun hemm qtugħ fis-servizz tal-ilma.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10661 li ġiet risposta fl-14 ta' Frar, 2005 u kienet titratta dwar Triq Sannat, Sannat, peress li fit-tweġiba li ngħatat il-Ministru qalet li x-xogħolijiet kienu pjanati li jsiru s-sena d-dieħla, jiġifieri fl-2006; peress li diġa' qegħdin f'Mejju 2007 u għadu ma sar xejn tista' l-Ministru tispjega għaliex għadu ma sar xejn u tgħid meta ser isir ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li nħarġet u ngħatat tender għax-xogħol fi Triq Sannat, Sannat u li x-xogħol sejjer isir aktar tard matul is-sena.
Peress li Trejqet l-Andar fiz-Żebbuġ Għawdex tinsab fi stat ħażin ħafna u għadha torba b'inkonvenjent kbir għar-residenti tat-triq, tista' l-Ministru tgħid meta ser tiġi asfaltata din it-triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol fuq din it-triq huwa ppjanat li jsir aktar tard matul din is-sena.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 23633 li saret fis-7 ta' Frar, 2007 u li sa issa għadha ma ġiet mwieġba, tista' l-Ministru twieġeb id-domanda?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija jif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-ispecialised tools li hemm fil-kaxxi ta' l-iskola ta' l-arti u l-artiġjant Wistin Camilleri mhux qed jitpoġġew a dispożizzjoni ta' l-istudenti biex ikunu jistgħu jużawhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ispecialised tools li hemm fil-kaxxi ta' l-iskola ta' l-Arti u Artiġjanat, Wistin Camilleri, hu apparat ġdid mixtri sabiex jitwaħħal u jiġi wżat mill-istudenti fil-wing il-ġdida. Dan l-apparat qed jiġi temporanjament maħżun ġewwa l-iskola sabiex ma tiġrilux ħsara.
Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jiġu provduti lin-nisa f'Għawdex dwar il-breast cancer u jekk hemmx il-ħsieb li titwaqqaf unit apposta biex tagħti servizz f'dawn il-każijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Bħalissa is-servizzi relatati mal-breast cancer li jigħataw mill-isptar Ġenerali t'Għawdex huma:
Eżami tas-sider minn tobba u speċjalisti
Operazzjonijiet tas-sider meta jkun hemm bżonn
Follow up
tat-treatment bir-raġġi jew
Chemotherapy
li jsiru mill-onkoloġisti li jattendu tlett darbiet fix-xahar.
Hemm il-ħsieb li bħala parti mir-refurbishment tad-Dipartimenti tar-Radjoloġija fl-isptar Ġenerali t'Għawdex, ikun hemm Mammogram li tintuża kemm għal screening kif ukol dijanjosi tal-breast cancer.
Peress li waħda miż-żewġ fattigi fil-Qorti t'Għawdex irtirat bil-pensjoni u allura spiċċajna b'waħda, tista' l-Ministru tgħid meta ser tintbagħat fattiga oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li saret talba biex din il-fattiga tiġi sostitwita.
Infurmata wkoll li saru l-arranġamenti neċessarji biex ix-xogħol li għandu jsir ma jonqosx li jsir.