Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #26467 Sitting 533 2007-06-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għarb — Triq Dun Alwiġ Mizzi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26224 li ġiet riferuta lill-Ministru għal Għawdex, peress li għaddejjin xogħlijiet fit-triq li tagħti għall-Għarb, Għawdex u per konsegwenza qed jgħaddi ħafna traffiku minn Triq Dun Alwiġ Mizzi u l-vetturi qed jgħaddu minn hemm b'ċerta veloċita' li toħloq ċertu perikolu, tista' l-Ministru tara li ssir sinjaletika li tiggwida lis-sewwieqa biex isuqu bil-mod f'dik iż-żona?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li minn spezzjonijiet li saru ma hemmx il-frekwenza tat-traffiku jew traffiku li jgħaddi b'veloċita eċċessiva minn Triq Dun Alwiġ Mizzi minħabba li hemm toroq alternattivi aħjar.
Leg 10 PQ #26469 Sitting 533 2007-06-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għarb — Triq il-Knisja

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlarmentari 26220 li ġiet riferuta lill-Ministru għal Għawdex, peress li fi Triq il-Knisja, Għarb m'hemm ebda tabella li turi li fil-viċinanzi hemm skola, biex is-sewwieqa speċjalment dawk mhux midħla ta' l-inħawi jkunu jafu li jridu joqogħdu aktar attenti, tista' l-Ministru tara li din it-tabella jew tabelli jsir jew isiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li fi Triq il-Knisja, Għarb diġa hemm sinjali miżbugħin fl-art biex is-sewwieqa jsuqu bil-mod u biex juru li hemm skola fil-viċinanzi.
Leg 10 PQ #25362 Sitting 532 2007-05-30 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Lukandi

Question

Tista' l-Ministru tgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #25148 Sitting 531 2007-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Nru. 22557 / Seduta 474. Magħha rrid inżid dawn it-tliet direct orders mogħtija mid-Dipartiment tal-Customer Services: Kompressur għar-Residenza Sant'Anna Valur/ Lm 1,500 Awarded lil General Gas Kompressur għax-~Xjuħ Irġiel / Lm 2,183 Frizoll Cladding tas-saqaf tal-kċina/Sptar Ġenerali / Lm 2,295 De Vallier
Leg 10 PQ #25356 Sitting 531 2007-05-29 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi Environmental friendly

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li ma nxtrawx karozzi li huma environmental friendly fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħi matul iax-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007.
Leg 10 PQ #25360 Sitting 531 2007-05-29 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #26290 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nadur — Triq Tiġrija

Question

Tista' l-Ministru tara li l-bankina fi Triq Tiġrija Nadur senjatament il-parti tan-naħa ta' l-iskola isirulha x-xogħlijiet meħtieġa peress li fiha ħafna toqob u hija ta' periklu u inkonvenjent għat-tfal li jattendu l-iskola?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma jirriżultax li l-bankina indikata fiha ħafna toqob li huma ta periklu jew inkonvenjent għat-tfal li jattendu l-iskola.
Leg 10 PQ #26291 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-artisti/performers barranin li pparteċipaw fin-Notte Gozitana ġewx ingaġġati permezz ta' kuntratt jew le?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-parteċipanti barranin fin-Notte Gozitana kienu l-Isbandieratori Ducati Caetani minn Sirmoneta li nġiebu direttament mill-Kumitat Organizattiv ta’ Lejlet Lapsi – Notte Gozitana mingħajr ebda kuntratt formali peress li dawn ma tħallsux tal-wirjiet tagħhom. L-Isbandieratori ingħataw biss il-passaġġi ta’ l-ajru li kienu ssussidjati mill-Air Malta u l-akkomodazzjoni u l-ikliet. Il-parteċipanti l-oħra kienu t-Tenori li taw kunċert fil-Bitħa tal-Ministeru għal Għawdex u li kienu ingaġġati permezz ta’ kuntratt ma’ Stardom Promotions – l-aġenti tat-Tenori f’Malta.
Leg 10 PQ #26292 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana — Direct orders

Question

Tista' l-Ministru telenka t-tenders u d-direct ordersmaħruġa in konnessjoni man-Notte Gozitana u tindika min ħa t-tender/direct order relattiv u l-ammont involut?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond it-tabellla li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kanra. Inżid ukoll li dawn huma biss l-ispejjez li saru min-naħa tal-Ministeru tiegħi, peress li l-ativita' kienet imtellgħa flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu.
Leg 10 PQ #26293 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana — Spejjeż

Question

Tista' l-Ministru telenka l-ispejjeż kollha relatati man-Notte Gozitana?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Inżid ukoll li dawn huma biss l-ispejjes li saru minn naħa tal-Ministeru tiegħi, peress li l-attivita kienet imtellgħa flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu.
Leg 10 PQ #26294 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Kunċert

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-gvern weħilx xi panali kuntrattwali jew tilifx xi depożitu jew ammont ieħor minħabba l-fatt li ġie kkanċellat il-kunċert ta' Bobby Solo?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Fir-rigward tal-kunċert ta’ Bobby Solo, il-Gvern ma’ seta’ weħel ebda penali għaliex ma kellu x’jaqsam xejn ma’ l-organizazzjoni ta’ dan il-kunċert. Il-kunċert ta’ Bobby Solo kien kollu kemm hu organizzat minn kumpanija privata fuq inizjattiva privata.
Leg 10 PQ #25130 Sitting 528 2007-05-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tagħha li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24977 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Telefonati minn linji fissi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment, kienet kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #25902 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kummissjoni Ewropea — Proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulata f'kull kuntratt li sar mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għal 2004 - 2006?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea ma għamlet l-ebda kuntratt mal-Ministeru għal Għawdex dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għal 2004-2006.
Leg 10 PQ #25904 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xiri ta' karozzi

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23726 dwar xiri ta' karozzi, tista' l-Ministru tgħid: Jekk il-prezzijiet ta' Lm10,000 u Lm14,500 li bihom inxtraw iż-żewġ karozzi msemmija jinkludux it-taxxa tar-reġistrazzjoni u taxxi oħra? Jekk tħallset taxxa ta' reġistrazzjoni kemm kienet għal kull karozza? Hemm limitu stabbilit kemm Ministru u Segretarju Permanenti jistgħu jonfqu fuq ix-xiri ta' karozza għall-użu tagħhom? Jekk hemm, kemm hu? It-taxxa ta' reġistrazzjoni hija nkluża? X'ikopri dan il-limitu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta nxtraw dawn iż-żewġ karozzi mxejna skond iċ-Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 10 PQ #25916 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Rabat

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 23411, 22318 u 22760 dwar l-ispejjeż tat-Triq Rabat, San Lawrenz biex tagħtini l-informazzjoni li tlabtha xahrejn ilu? Tista' tgħid għaliex hemm bżonn dan id-dewmien kollu biex tagħti tagħrif dwar xogħlijiet ta' toroq f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li b'żieda mal-informazzjoni li diġa ngħatat f'risposti għal mistoqsijiet preċedenti, ix-xogħolijiet li ma kienux inkluzi fl-istima oriġinali kienu stmati li jiswew Lm 794,851 (jinkludi Lm 203,357 fuq xogħolijiet reletati ma srvizzi) u li ġew jiswew Lm 864,905 (jinkludi Lm 211, 963 fuq xogħlijiet relatati ma servizzi).
Leg 10 PQ #25917 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Allowances

Question

B'referenza għat-tweġibiet ta' sitt mistoqsijiet parlamentari li tat dwar allowances li ngħataw mill-Ministeru tagħha, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet u ta' l-approvazzjoni tagħhom li ilni nitlobha tmien xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru 20212.
Leg 10 PQ #25895 Sitting 526 2007-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Rabat

Question

Tista' l-Ministru tagħtini t-tagħrif li tlabtha f'mistoqsija parlamentari 23866 dwar l-ispejjż tat-Triq Rabat, San Lawrenz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol fuq it-tieni parti tat-triq Victoria - San Lawrenz li qiegħed isir bħalissa hu ta 470 metri tul. Dan ix-xogħol huwa stmat li jiswa Lm 621,426 u huwa ko-finanzjat mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea. Jiena nfurmata ukoll li s'issa għadhom ma sarux pagamenti fuq di il-parti tat-triq.
Leg 10 PQ #25896 Sitting 526 2007-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Agrikoltura

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li hu l-bżonn ta' ilma kuljum għat-tisqija fl-agrikoltura f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li din l-istess mistoqsija Parlamentari diġa kienet saret f'seduta oħra, nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għar-rsiposta tal-Mistoqsija numru 23737.
Leg 10 PQ #25898 Sitting 526 2007-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23869 dwar is-servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex fejn irreferietni għat-tweġiba li hija tatni għall-mistoqsija parlamentari 23406, peress li t-tagħrif li tlabtha fl-aħħar mistoqsija m'għandu x'jaqsam xejn mat-tagħrif li kienet tatni fl-ewwel mistoqsija, tista' jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif li tlabtha, u cioe' jekk l-Gvern ħax deċiżjoni fuq ir-rakkmandazzjonijiet tal-kumitat? Tista' tgħid ukoll x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet tal-kumitat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru 23406.