Jista' l-Ministru jikkonsidra li jitrasferixxi lejn il-Bibljoteka il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li bħalissa qiegħed fir-Registry peress li fir-Registy m'hemmx bżonnu, waqt li fil-Bibljoteka jinħass ħafna l-bżonn ta' aktar persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Inħoss li għandi noqgħod fuq il-pariri li qed ningħata, fis-sens li s-servizzi tal-persuna indikata huma konsidrati bħala essenzjali fix-xogħol tar-Registry tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema organizzazzjonijiet qed jikkonsidraw id-dokument imsemmi f'mistoqsija parlamentari numru 1225? Meta se jlestu x-xogħol tagħhom? Meta huwa maħsub li l-proċeduri jidħlu fis-seħħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Jidhirli li diffiċli jirriżulta li kull ma kien jonqsu dan id-dokument, dwar proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każijiet ta' suspett ta' tfal abbużati, kien li jidħol fis-seħħ. Ħassejt li jonqos proċess ta' konsultazzjoni mal-Ministeru tal-Politika Soċjali. Naf li d-dokument ġie konsidrat mit-Taqsima Ippjanar tal-Ministeru u mit-Taqsima għall-Protezzjoni tat-Tfal ta' l-SWDP. Jonqos konsultazzjoni mal-MUT. Nikkonsidra aktar progress dwar il-materja meta nirċevi l-kummenti u l-pariri mill-organizazzjonijiet li semmejt.
Peress li qed jiżdiedu l-għadd ta' tfal li għandhom bżonn għajnuna għax għandhom id-dyslexia, jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex jiżdiedu s-servizzi, biex jiżdiedu l-faċilitajiet u biex jitħarrġu iżjed għalliema f'dan il-qasam? Jista'l-Ministru jara li għallinqas il-kamra li hemm ħdejn iċ-ċentru fil-Furjana bħalissa tiżdied maċ-ċentru biex jikber l-ispazju u jintlaħqu iżjed tfal bid-dyslexia?
Response (GALEA, LOUIS)
Naqbel ma' l-Onor. Kollega li għad fadal ħafna x'isir biex tfal bħal dawk imsemmija jingħataw edukazzjoni ta' kwalita' kif hu dritt tagħhom u tal-ġenituri tagħhom. Beħsiebni nibda l-ħidma għat-twettiq ta' pjan ta' ħidma f'dan il-kamp b'seminar li fih ser jieħdu sehem l-għalliema involuti, il-ġenituri tat-tfal, l-Assoċjazzjoni li tinteressa ruħha f'dan il-qasam u l-awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' -Edukazzjoni. Diġa' approvajt li żewġ għalliema jintbagħtu barra għal taħriġ speċjalizzat. Il-kwestjoni immedjata ta' l-ispazju qed tiġi trattata mid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni. Naħseb li servizz kif suppost ikollu bżonn sew aktar mill-kamra li għaliha qed jirreferi.
Peress li hemm nuqqas ta' cleaners fl-iskejjel, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu fulltime caretakers/cleaners mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fil-futur qarib?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sabiex tittaffa l-problema tan-nuqqas ta' cleaners fl-iskejjel, id-Diviżjoni għadha kemm ħarġet sejħa għall-cleaners part-time f'numru ta' skejjel. L-applikazzjonijiet għall-mili ta' dawn il-postijiet qed jiġi pproċessat mill-iskejjel konċernati.
Universita' — Dipartiment tal-Psychology - Studenti
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'se jiġri wara Frar 1999 mill-istudenti li qed jattendu għal Certificate Course in Education (Classroom support trainee) organizzat mid-Dipartiment tal-Pyschology fl-Universita' ta' Malta flimkien mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti għall-perjodu mill-5.9.98 sal-1.12.98 lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; b) min għamel l-ispecifications; c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; d) lil min intalbu l-quotations; e) kemm kienet kull quote; f) min rebaħ il-kuntratt; g) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u; h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jikkonferma l-Ministru li fl-iskola Guże' Despott, Bormla hemm nuqqas ta' siġġijiet u mwejjed fil-klassijiet? X'beħsiebu jagħmel il-Ministru sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tingħabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa mill-full compliment għall-iskola Guże' Despott, Bormla? Għal-liema suġġetti hemm għalliema nieqsa f'din l-istess skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqgħu ma' għaqdiet sportivi taż-żgħażagħ u volontarji, hu jew is-segretarju parlamentari jew it-tnejn flimkien?
Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn l-għaqdiet jew organizzazzjonijiet, meta ltaqgħu magħhom u x'kien is-suġġett diskuss?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu talbiet għal għajnuna għal inizjattivi minn Għaqdiet taż-Żagħżagħ issa li l-applikazzjoni għalqet fit-30 ta' Novembru, 1998? Kemm hemm flus ivvotati għal dawn it-talbiet? Min huma l-għaqdiet li applikaw, x'inhu l-proġett jew l-attivita' tagħhom u kemm hi s-somma li ġiet mitluba?
Min se jiddeċiedi dwar kif se jingħataw dawn il-fondi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet it-tender għall-kiri tal-bar/restaurant fil-Pixxina Nazzjonali, f'Tal-Qroqq? Kemm kien l-ammont ta' tenders mitfugħa? Min ħa t-tender u b'liema kondizzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew nies bi ħlas għall-attivitajiet li saru matul l-1998 u x'kien l-ammont ta' flus li nġabar? Ħarġu complimentary tickets u f'każ affermattiv, lil min?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li daħlu membri fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq u kemm kien l-ammont ta' flus li daħal permezz ta' din il-membership?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Aġenziji tar-reklamar
Question
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': (a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar ta' l-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tuck shops fl-iskejjel ta' l-Istat li ngħataw b'tender pubbliku? X'kontroll hemm biex jiġi żgurat li l-prodotti li jinbiegħu - ikel u xorb - huwa tajjeb għall-istudenti u konformi mar-regolamenti tas-saħħa? Isir xi kontroll fuq it-tuck shops ta' l-iskejjel privati u tal-knisja biex ikun magħruf li dak li qed jinbiegħ huwa ta' ġid għat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'sitta u għoxrin skola ta' l-Istat it-tmexxija ta' Tuck Shops ingħataw b'tender pubbliku.
Fl-ewwwl ta' Ottubru 1998 id-Dipartiment tas-Saħħa ntalab jagħmel spezzjonijiet f'dawn it-Tuck Shops biex ikunu żgurati l-iġjene fil-post u s-saħħa fil-prodotti għal-bejgħ mit-Tuck Shop.
Id-Direttur tal-Kummerċ intalab ukoll biex jagħmel spezzjonijiet rigward il-kontroll tal-prezzijiet.
Spezzjonijiet bħal dawn isiru perjodikament matul is-sena skolastika.
Id-Diviżjoni m'għandiex kontroll fuq it-tmexxija tat-Tuck Shops fi skejjel privati u dawk tal-Knisja.
Peress li fl-artiklu tiegħu fil-gazzetta "In-Nazzjon" tal-ġimgħa li għaddiet dwar l-iSkolaSport, is-Segretarju Parlamenti fil-ministeru tiegħek ma semma xejn dwar l-għawm li qiegħed isir fil-Pixxina Nazzjonali taħt din l-iskema, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar: 1) kemm hemm tfal, adulti, eċċ li qed jieħdu sehem f'din id-dixxiplina; 2) kemm hemm għalliema li qed jagħtu s-sehem tagħhom u kemm jitħallsu; 3) isir xi ħlas mill-Gvern lill-Pixxina Nazzjonali? Kemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 560 tfal u madwar 80 adult li qed jattendu għall-lezzjonijiet tal-għawm taħt l-iskema Skolasport. Dawn qegħdin imqassma fil-Pixxina Nazzjonali f' Tal-Qroqq u fil-pixxina tar-Razzett tal-Ħbiberija f'Wied il-Għajn.
B'kollox hemm 20 għalliem li jitħallsu bir-rata ta' Lm5.10 għal kull sessjoni ta' sagħtejn u nofs.
Il-ħlas minn naħa tal-Gvern huwa ta' Lm1655 lill-Pixxina Nazzjonali u Lm1500 lir-Razzett tal-Ħbiberija għall-perjodu Ottubru 1998 sa Mejju 1999.