B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23872 dwar allowances li ngħataw mill-Ministeru tagħha, tista' jekk jogħġobha tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet u ta' l-approvazzjoni tagħhom kif tlabtha tagħmel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23872.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24454 taqbel il-Ministru miegħi li huwa fid-dover ta' kull wieħed minna li nassiguraw li l-flus li din il-Kamra tivvota għall-operat tal-Gvern jintefqu b'għaqal u prudenza. Għaldaqstant tista' l-Ministru tagħtini l-informazzjoni mitluba biex inkun nista' nifli aħjar l-operat tal-ministeru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid:
Kemm hi n-nefqa s'issa taħt kull item of expenditure għal din is-sena sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-ministeru tagħha?
Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx?
Għal xhiex ġie kommess kull wieħed minnhom?
Meta ġie kommess?
Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor?
Jekk saru, kemm kien l-ammont ta' kull wieħed minnhom?
Mil-liema items ħarġu u fuq liema marru?
X'kienet ir-raġuni f'kull każ?
Meta sar kull wieħed minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentar 24456 dwar it-Triq Rabat - San Lawrenz, tista' l-Ministru tgħidli fuq liema items tal-bill of quantities n-nefqa kienet akbar minn dik aċċettata fl-offerta? Kemm kienet in-nefqa aċċettata fuq kull item u kemm kienet in-nefqa finali? Għaliex kien hemm bżonn iż-żieda f'kull nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif jidher fuq l-iskeda li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien ir-riżultat tal-investigazzjonijiet ġeoloġiċi dwar l-istabilita' strutturali tat-Tieqa tad-Dwejra, studju li sar mill-Bureau Veritas Consulting Limited mir-Renju Unit?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid fhiex wasal il-proġett ta' l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex? Fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li qed isiru, kemm se tkun l-ispiża u kemm minnha se tkun finanzjata mill-Unjoni Ewropea? Kemm mistenni jipproduċi ilma dan l-impjant u x'inhu ppjanat li jsir minnu? X'se jkun ifisser għall-gżira Għawdxija dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li din is-sena l-pazjenti tar-residenza ta' Sant'Anna reġgħu għaddejjin minn inkonvenjent kbir minħabba li l-aircondition mhux jaħdem u t-tbatija għal dawn l-anzjani hija kbira tant li hija ta' detriment kbir għal saħħithom, tista' l-Ministru tindirizza immedjatament din il-problema li qed tinħoloq ta' kull sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-problema ta' l-aircondition qed tiġi indirizzata peress li l-offerta għax-xiri ta' l-airconditionqiegħda fil-fażi ta' adjudication. Sadanittant il-pazjenti qed jiġu fornuti b'fans.
Tista' l-Ministru tgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tagħha? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv tista' tgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2006 ma kien qed jinkera l-ebda garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċċjali tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtha mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex l-kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur tal-bini m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li permessi biex barrieri jintużaw għar-rimi ta' skart jinħarġu mill-MEPA, għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienet kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari li għamel l-Onor. Interpellant hija fin-negattiv.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kienet involuta l-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru magħha, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjaha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għas-sejħa ta' l-offerti li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern 1 ta' Ġunju, 2007, Avviż Nru: WB 27/2007 dwar feasibility studies għat-Triq Xlendi u Triq ta' Pinu, Għawdex tista' l-Ministru tispeċifika dan l-istudju fhiex jikkonsisti b'mod dettaljat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-istudji msemmija fil-mistoqsija jikkonsistu f'Economic and financial feasibility studies u li l-kontenut tagħhom huma spjegati b'mod dettaljat fis-sejħa għall-offerti li hija ppublikata bħalissa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm pazjenti li regolarment jużaw il-magni tal-kliewi fl-Sptar Ġenerali ta' Għawdex u kemm hemm magni a diżpożizzjoni tal-pazjenti f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-numru ta' pazjenti li regolarment jużaw il-magni tal-kliewi fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex huwa sebgħa iżda magħhom ġieli jkun hemm xi każijiet ta' pazjenti Maltin u oħrajn barranin. Il-magni li huma għad-diżpożizzjoni tal-pazjenti f'Għawdex jammuntaw għal erbgħa.
Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tagħha ntitolati għall-gazzetti kuljum? Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ikkontribwixxa finanzjarjament l-ministeru tagħha għan-Notte Gozitana ta' Lejliet Lapsi? Il-ministeru kemm irnexxielu jġib sponsorships biex jilqa' għall-uħud minn dawn l-ispejjeż?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex ikkontribwixxa s-somma ta' Lm25,123.21 għan-Notte Gozitana ta' Lejliet Lapsi.
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ministeru tat-Turiżmu u l-Kultura rnexxielhom iġibu bejniethom
Lm25,300 fi sponsorships biex jilqgħu għal uħud minn dawn l-ispejjeż.