Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ghal Għawdex m'għandu l-ebda awtorita', etc li taqa' taħtu.
Tista' l-Ministru tgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tagħha, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Tista' tgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Tista' tgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma sar l-ebda xogħol ta' sub contracting mal-ministeru għal Għawdex u d-dipartiment li jaqgħu taħtu matul Jannar, Frar u Marzu 2007.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Tista' tagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 24501.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġiex ikkummisjonat xi studju dwar interventi meħtieġa biex iċ-Ċittadella tiġi ppreservata bl-aħjar mod? Jekk iva, meta? Lil min ġie kkummissjonat? Kemm se jiswa? Meta għandu jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa qiegħed jitħejja dokument biex toħroġ offerta għal Master Plan għall-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar taċ-Ċittadella u li l-valur ta’ dan l-istudju u ż-żmien meħtieġ biex jitlesta l-pjan jiddependu mir-riżultat wara l-ħruġ tal-offerti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sar xogħol s'issa fuq Triq Rabat, San Lawrenz skond il-kwantitajiet riveduti? Kemm hu stmat li jiswa x-xogħol għal dik il-parti tat-triq li mis-siġra ta' Pinu twassal għal San Lawrenz? Minn fejn se jiġu l-flus għal din il-parti tat-triq, minn fondi Maltin jew minn fondi Ewropej? Jekk minn fondi Ewropej, liema proġett/i se jiġi/u sagrifikat/i?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li sa issa saru 2470 metri ta' kostruzzjoni fit-Triq li mir-Rabat twassal għal San Lawrenz. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija numru 25895. Jiena nfurmta wkoll li ma humiex ser jiġu sagrifikati proġetti oħra minħabba dan il-proġett.
B'riferenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 24450 dwar kumpless fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona, tista' l-Ministru tgħid jekk il-parkeġġ jaqax ukoll taħt il-Foundation for Tomorrow Schools? Jekk jaqa' taħt din il-fondazzjoni, il-parkeġġ se jkun miftuħ għall-pubbliku? Jekk il-parkeġġ ma jaqax taħt il-fondazzjoni meta huma mistennija li jitlestew iż-żewġ fażijiet tiegħu? Kemm se tiswa kull fażi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-parkeġġ huwa parti mill-proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools u hu mistenni li jkun miftuħ għall-pubbliku.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2453 dwar trasferimenti ta' ħaddiema mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nitlobha tagħtini t-tagħrif li ġej: Kemm ġew trasferiti ħaddiema sena sena mill-1999 sal-lum mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma direttament għall-ministeru tagħha? Kemm ġew trasferiti ħaddiema għall-ministeru tagħha sena sena mill-1999 sal-lum li xi darba kienu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma? X'inhu l-grad tagħhom? X'xogħol qed jagħmlu? Kemm minnhom għandhom allowance?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li mis-sena 1999 sal-lum ġew traferiti 16-il ħaddiem mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għal mal-Ministeru għal Għawdex. L-informazzjoni mitluba milll-Onor. Interpellant dwar dawn il-ħaddiema tinsab fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet l-ispiża ta' Notte Gozitana Lejliet Lapsi li saret f'Għawdex dan l-aħħar? Tista' tagħti breakdown item item ta' l-ispiża kollha involuta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26293
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25881 dwar Lm1,750,000 ivvotati għall-improving the quality of health and insurance (ERDF), tista' l-Ministru tgħidli x'inhuma l-proġetti li qed jippjana l-Ministeru? X'sar x'issa fuq kull wieħed minnhom? Kemm huwa stmat li jiġi jiswa kull proġett? Meta mistenni li jibda jiġi implimentat kull proġett? Meta huwa mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programm tal-fondi strutturali Ewropej 2007-2013?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 25881 dwar il-Lm1,400,000 ivvotati għall-product development (ERDF), tista' l-Ministru tgħidli x'inhuma l-proġetti li qed jippjana l-Ministeru? X'sar s'issa fuq kull wieħed minnhom? Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa kull proġett? Meta mistenni li jibda jiġi implimentat kull proġett? Meta huwa mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programm tal-fondi strutturali Ewropej 2007-2013?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant.
L-għażla ta' dawn il-persuni ssir skond il-prassi li normalment tintuża f'dawn il-każijiet. Il-pagi ta' dawn l-uffiċjali huma kif indikat fil-"Guidelines for the Engagement of Staff for Minister's Privaate Secretariats" li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-Kamra. Ma nara ebda raġuni valida għalfejn għandi nsemmi l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25883 dwar il-proġett Villa Rundle, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm flus ivvotati għal dan il-proġett? Kemm hu mistenni li jiġi jiswa? Meta hu mistenni li jibdew ix-xogħlijiet fuqu? X'inhuma t-timeframes għat-tkomplija tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-istima preliminari għal dan il-proġett tlaħħaq id-Lm970,000 u li x-xogħlijiet mistennija jibdew wara li tispiċċa l-fażi ta' ppjanar dettaljat u jinħarġu l-offerti u jitlesta l-proċess tagħhom. It-time frames għal dan il-proġett jiddependu fuq il-proċess tal-offerti.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 26650 u tgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24458 dwar shift allowances fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, tista' l-Ministru tagħtini l-istess informazzjoni għall-aħħar ta' Marzu 2007?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond t-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24456 dwar Triq Rabat, San Lawrenz bħala tweġiba għal mistoqsija parlamentari 24132 fejn jien talbatha tgħidli liema prezzjijiet inbidlu wara li ntrebħet l-offerta tat-Triq Rabat, San Lawrenz u tlabtha tagħtini wkoll breakdown ta' l-ispejjeż skond kif kienu aċċettati meta ngħatat l-offerta u breakdown ta' l-ispejjeż wara li saru l-varjazzjonijiet. Peress li fit-tweġiba tagħha għal mistoqsija parlamentari 24456 ma tatnix t-tagħrif li jien kont tlabtha fil-mistoqsija parlamentari 24132, tista' jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif li kont tlabtha aktar minn xahar ilu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba tinsab fl-iskeda annessa mar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari numru 26771.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24134 dwar Triq ir-Rabat, San Lawrenz fejn jien kont tlabtha tgħidli liema kwantitajiet inbidlu wara li ntrebħet l-offerta tat-Triq Rabat, San Lawrenz. Kemm kienu l-kwantitajiet oriġinali u kemm saru wara li nbidlu, x'xogħlijiet saru li l-kwantitajiet tagħhom ma kenux nklużi fl-iskeda tax-xogħlijiet u tal-kwantitajiet oriġinali, tista' l-Ministru jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif mitlub?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba, diġa ngħatat fir-risposta għal-mistoqsijiet parlamentari numru 23409, 24457 u 22760.
Tista' l-Ministru tgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tagħha li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imnħares aħjar l-aspett ambjentali?
X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fic-Centru Amministrattiv t’Ghawdex, giet stallata sistema ta’ pannelli solari tal-kobor ta’ 10kW.
Minhabba fl-investiment sostanzjali biex giet stallata din is-sistema (li fil-prezent hija l-ikbar wahda tax-xorta taghha fil-pajjiz), mhuwiex mistenni li jsir xoghol gdid iehor ta’ dan it-tip fis-sitt xhur li gejjin.