Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-pazjenti fl-2007 li mill-iSptar Ġenerali ta' Għawdex ġew riferuti Malta għat-trattament/test/intervent kirurġiku; l-eta' u s-sess tal-pazjent, kundizzjoni jew trattament/test/intervent meħtieġ u d-data?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarref lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Isptar Ġeneral ta' Għawdex hemm Konsulent tal-Ġinekoloġija li għandu 'l fuq minn 61 sena. Dan qed jaħdem full-timeb'salarju ta' Lm10,578 fis-sena u huwa ta' nazzjonalita' barranija.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. L-approvazzjoni għal din in-nefqa ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 25587.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema temporanji u x'suġġetti qed igħallmu? Tista' tgħid jekk dawn jistgħux isiru għalliema permanenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm għalliem temportanju wieħed li qiegħed jgħallem il-mużika fl-Iskola tal-Mużika t'Għawdex. Għalliema permanenti jiġu mpjegati wara sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Ministeru għal Għawdex — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Tista' tgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet inqas minn dik ta’ sena ilu fuq l-istess perijodu b’ammont ta’ Lm39,626.80.
L-Onorevoli Nterpellant jifhem li hu diffiċli tispjega ‘l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta’ energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ntefaq xejn fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu. Pero' nixtieq inżid li fis-sena 2006 ġew installati photovoltaic panels sabiex jipprovdu l-elettriku fil-blokk amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni reġa' nqala' l-asfaltar li kien diġa' sar mis-siġra ta' Pinu 'l ġewwa lejn it-triq ta' Pinu? Tista' tgħid l-ispiża adizzjonali kemm ġiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma nqalgħax asfalt fil-parti tat-triq imsemmija fil-mistoqsija u li kull ma qiegħed isir hu li qiegħda titranġa bankina biex din tkun taqbel mal-livell tat-tarmac meta tingħata l-aħħar kisja ta' din il-parti tat-triq. Dan ix-xogħol isir għas-spejjes tal-kuntrattur.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru għamilx ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu lill-Gvern u lill-Kummissjoni Ewropea skond it-trattat ta' adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp ta' Għawdex biex jitnaqqsu l-iżvantaġġi bejn Għawdex u Malta u mal-bqija Ewropea? X'kienu dawk ir-rakkmandazzjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fuq parir tal-Gvern, ir-rakkmandazzjonijiet imsemmija ma sarux minħabba l-fatt li l-pajjiż kollu, Malta kif ukoll Għawdex, baqa’ taħt l-ambitu ta’ Objective 1 (illum magħruf bħala l-Għan ta’ Konverġenza). Kif kulħadd jaf, Għawdex dejjem kien priorita’ ghall-Gvern Nazzjonalista u hekk se jibqa’. Fil-fatt, fil-Qafas ta’ Referenza Strateġika Nazzjonali (2007-2013) u fil-Programmi Operattivi rispettivi, il-Gvern impenja ruħu li jonfoq mill-inqas 10 fil-mija tal-Fondi biex jissaħħaħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku f'Għawdex.
B'referenza għall-problemi kbar li għandha r-recompression chamber ta' Għawdex bil-konsegwenzi li qiegħda hemm għal xejn għax kull każ qiegħed jiġi riferut Malta u anzi l-istess chamber hija ta' periklu għall-pazjenti, tista' l-Ministru tgħid x'inhu jsir biex l-investiment li sar mill-gvern f'dan il-makkinarju jkun jista' ta' l-inqas jintuża?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'hu minnu xejn li c-chamberhija perikoluża għall-pazjenti kif qalet l-Onorevoli Interpellant. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 27075.
Peress li r-residenti ta' Triq ir-Ramla u residenti oħra fl-inħawi tal-Ħali, Nadur, Għawdex qed ibatu minn inkonvenjent kbir minħabba l-istat u l-kondizzjoni ħażina ta' din it-triq, anke minħabba l-fatt li hemm ħafna trabijiet li qed jaffettwa avversament ukoll is-saħħa ta' diversi residenti fosthom anzjani u tfal, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat minnufih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq li twassal għar-Ramla ngħatat l-ewwel kisja tarmac u għalhekk ma fadalx l-inkonvenjent imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li żewġ tobba għamlu kors u ngħataw ċ-ċertifikat relattiv dwar kif għandu jitħaddem id-decompression chamber fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Iva, huwa minnu li żewġ tobba għamlu kors u ngħataw ċ-ċertifikat relattiv kif għandu jitħaddem id-Decompression Chamber.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li l-Gvern inaddaf u jirranġa l-arkata mkissra u t-triq tal-wied magħrufa bħala Ta' Taħt l-Ixkora, f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-tindif u manutenzjoni f'dawn l-inħawi hija responsabilita' tal-Kunsilli Lokali u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Filwaqt li x-xogħol meħtieġ fuq it-Triq ta' Xkora ser isir iktar 'il quddiem, meta jkun possibbli.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa' l-Gozo Sports Board matul dawn l-aħħar sentejn? X'suġġetti kienu diskussi, lil min jirrapporta u fejn jiltaqa'?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tagħha li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rigward impjegati li għalqu l-61 sena u ngħataw estensjoni hija kif murija fit-tabella li tidher hawn taħt.
Numru ta' ħaddiema Minn liema sezzjoni ġejjin Eta' Grad Għalkemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni
1 Sptar Ġenerali 68 Konsulent tal- Għal tnax il-xahar li jiskadu
Ġinekoloġija f'Awissu 2007
Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jiġu offruti mill-isptar ġenerali ta' Għawdex lill-pazjenti diabetiċi tfal?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-srvizzi kollha meħtieġa jiġu offruti lill-pazjenti diabetiċi tfal fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Dawn is-servizzi huma:
malli jsir
d-diagnosis
li l-pazjent f'dan il-każ tifel/tifla huwa diabetiku jingħata immediatement il-kura kollha meħtieġa;
wara jingħata wkoll it-tagħlim u tagħrif meħtieġ lilhom kif ukoll lill-ġenituri tagħhom dwar il-kundizzjoni, l-ikel, l-kura, mediċina li hemm bżonn; u
jsirulhom ukoll appuntamenti regolari l-
outpatients
sabiex jsirilhom dak kollu li jkun meħtieġ bħal
blood tests
u osservazzjonijiet oħra mediċi.
Peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex il-kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta diġa mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26736.
Tista' l-Ministru tgħid x'sejjer isir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi? Tista' tgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-kirjiet tal-Ħwienet propjeta tal-Gvern huma regolati mid-Dipartiment tal-Artijiet nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li l-pilloli Omeprayole-20 huma out of stock mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u ħafna pazjenti qed ibatu minn inkonvenjenti kbar, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-mediċina Omerprazole hija out ot stock fl-istores ta' St. Luke's. Il-problema hija waħda teknika rigward xi reġistrazzjoni li għandha bżonn approvazzjoni biex tinxtara minn barra.